This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31986D0554
86/554/EEC: Council Decision of 15 September 1986 on the conclusion of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Economic Community and the Republic of Iceland concerning non-agricultural and processed agricultural products not covered by the Agreement
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim
ĠU L 328, 22.11.1986, p. 49–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/554/oj
Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0049 - 0049
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim (86/554/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi huwa meħtieġ li l-Ftehim ikun approvat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim, sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunitá. It-test ta' l-Iskambju ta' l-Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'din jingħata s-setgħa li jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunitá. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986. Għall-Kunsill Il-President G. Howe --------------------------------------------------