EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3143

Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-għamla ta’ butir konċentrat

ĠU L 298, 12.11.1985, p. 9–14 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Imħassar b' 32005R1898

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3143/oj

31985R3143



Official Journal L 298 , 12/11/1985 P. 0009 - 0014
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0129
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0199


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85

tal-11 ta’ Novembru 1985

dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-għamla ta’ butir konċentrat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1298/85 [2], u partikolarment l-Artikoli 6(7) u 28 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 985/68 tal-15 ta’ Lulju 1968, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-intervent fis-suq tal-butir u l-krema [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3521/83 [4], u partikolarment l-Artikolu 7(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 974/71 tat-12 ta’ Mejju 1971 dwar ċerti miżuri ta’ politika konġunturali li jridu jittieħdu fil-biedja wara t-twessiegħ temporanju tal-marġini taċ-ċaqliq tal-muniti kurrenti ta’ ċerti Stati Membri [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/85 [6], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1079/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar imposta ta’ ko-responsabbiltà sabiex jitwessa’ s-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1302/85 [8], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi s-sitwazzjoni fis-suq tal-butir fil-Komunità hija karatterizzata mill-eżistenza ta’ ħażniet kbar li rriżultaw minħabba l-intervent fis-suq tal-butir skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68;

Billi l-kwantità kollha tal-butir li tikkostitwixxi dawn il-ħażniet ma tistax tiġi wżata skond il-kundizzjonijiet normali matul is-sena tal-marketing; billi, minħabba l-ispejjeż li jġorru, għandu jiġi evitat li jitwalu l-ħażniet; billi għalhekk għandhom jittieħdu miżuri li jinkoraġġixxu l-użu tal-butir;

Billi l-konsum ta’ dan il-prodott jista’ jiżdied permezz ta’ bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa fl-għamla ta’ butir konċentrat; billi sa mill-1972 ġew adottati miżuri varji li fihom dispożizzjonijiet b’dan il-għan;

Billi s-sitwazzjoni fis-suq tal-butir tagħti lok għat-tkomplija u t-twessigħ ta’ dawn il-miżuri; billi, minħabba d-daqs tal-ħażniet pubbliċi, għandha tingħata prijorità biex għall-użu ta’ dan ta’ l-aħħar;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 649/78 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1741/84 [10], daħħal sistema ta’ bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa għall-butir ta’ intervent maħsuba għall-konsum dirett fil-għamla ta’ butir konċentrat; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru emendi numerużi lil dan ta’ l-aħħar; billi, fl-interess tal-kjarezza, r-Regolament imsemmi għandu jiġi mħassar u mibdul b’test ġdid;

Billi t-tnaqqis fil-prezz tal-butir għandu jkun tali li jirriżulta f’żieda fil-konsum tiegħu f’għamla ta’ butir konċentrat u billi, għal din ir-raġuni, l-effett tat-tnaqqis għandu jinħass kollu kemm hu fil-livell tal-konsum dirett;

Billi għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi żgurata d-differenzazzjoni f’kull stadju tal-marketing bejn il-butir dispost skond it-termini ta’ dan ir-Regolament u tipi oħra ta’ butir; billi, għal dan l-effett, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kompożizzjoni u d-deskrizzjoni tal-butir konċentrat; billi, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-ipproċessar ta’ dan il-butir f’butir konċentrat u għall-ippakkjar tiegħu;

Billi, barra minn hekk, għandha tiġi preskritta rata għolja biżżejjed ta’ kontenut ta’ xaħam tal-butir;

Billi għandha tiġi applikata sorveljanza sabiex jiġi żgurat illi l-butir ma jintużax għal għanijiet oħra milli dawk stipulati; billi dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż ma’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1687/76 tat-30 ta’ Ġunju 1976 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati sabiex jiġu verifikati l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti mill-intervent [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2602/85 [12]; billi għandhom ukoll jiġu preskritti kundizzjonijiet addizzjonali ta’ sorveljanza minħabba l-karatteristika speċifika ta’ l-operat, partikolarment rigward il-proċessar tal-butir u rigward iż-żamma ta’ reġistri tal-ħażna mill-partijiet interessati; billi, madankollu, il-miżuri ta’ sorveljanza għandhom isiru fl-istadju li jiġi immedjatament qabel jgħaddi f’idejn is-settur tal-bejgħ bl-imnut;

Billi, partikolarment, il-butir mixtri skond dan ir-Regolament m’għandhux jiġi dirottat għall-użi provduti mir-Regolament tal-Kummssjoni (KEE) Nru 262/79 tat-12 ta’ Frar 1979 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa għall-proċessar fi prodotti tal-ħelu, f’ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3021/85 [14], u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1932/81 tat-13 ta’ Lulju 1981 dwar il-konċessjoni ta’ għajnuna lill-butir jew lill-butir konċentrat għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-ħelu, ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 453/85 [16];

Billi l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fatti u data dwar x’jiġri mill-butir skond dan ir-Regolament;

Billi għandu jittieħed akkont tal-valur tal-butir jew il-butir konċentrat rigward l-ammonti finanzjarji kompensatorji fissati bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 974/71; billi, għal dan l-effett, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġi applikat koeffiċjent għall-ammonti msemmija li jiġi applikat għall-butir u għall-butir konċentrat kif korrentement dikjarat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 343/85 ta’ l-24 ta’ Mejju 1985 li jiffissa l-ammonti finanzjarji kompensatorji u ċerti koeffiċjenti u rati meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom [17];

Billi, rigward il-finanzjament, in-nefqa li tinħoloq minn dan l-operat addizzjonali ta’ użu għandha tiġi kunsidrata bħala li tirriżulta minn waħda mill-miżuri riferiti fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

L-Artikolu 1

1. Il-butir mixtri bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 li ġie mdaħħal fil-ħażna qabel data li għad trid tiġi stabbilita għandu jinħareġ għall-bejgħ bi prezz imnaqqas bil-għan ta’ konsum dirett fil-Komunità fil-għamla ta’ butir konċentrat.

Il-konsum dirett, fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament, għandu jfisser ix-xiri mill-konsumaturi bil-għan ta’ l-utilizzazzjoni finali, inkluż dak magħmul mil-lukandi, ir-ristoranti, l-isptarijiet, id-djar, l-iskejjel li jraqqdu lill-istudenti, il-ħabsijiet u l-istabbilimenti kollha simili li jħejju l-ikel għall-konsum dirett.

2. L-arranġamenti għall-bejgħ provdut f’dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sakemm jippermettu l-ħażniet pubbliċi u fil-każi kollha għal perijodu ta’ żmien ta’ mhux iktar minn sena mid-data li fiha jingħata avviż ta’ tmiem li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, deċiż bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

L-Artikolu 2

1. Il-butir kopert b’L-Artikolu 1 għandu jiġi mibjugħ fil-maħżen u jittieħed mill-ħażna bi prezz ugwali għall-prezz tax-xiri tal-ħażna mill-aġenzija ta’ intervent fil-jum li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, imnaqqas b’224 Ecu għal kull 100 kilogramma.

2. L-applikazzjonijiet għax-xiri jista’ jkollhom x’jaqsmu biss ma’ butir ta’ l-istess kontenut ta’ xaħam, jew ta’ 82 % jew iktar jew ta’ inqas minn 82 %.

3. Il-butir għandu jinbigħ fi kwantitajiet ta’ mhux inqas minn tunnellata (1) metrika. Iżda, fejn il-kwantità disponibbli f’maħżen tal-ħażna hija ta’ inqas minn tunnellata (1) metrika, il-kwantità disponibbli għandha tikkostitwixxi l-kwantità minima fil-kuntratt tal-bejgħ.

4. Fil-jum li fih jiġi konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, ix-xerrej għandu:

- iforni prova illi ddepożita garanzija li tiggarantixxi d-destinazzjoni proprja tal-butir, kif provdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76, fl-ammont ta’ 234 Ecu għal kull 100 kilogramma,

- iħallas il-prezz tax-xiri tal-butir.

Il-kuntratt tal-bejgħ għandu jsemmi l-istabbiliment fejn il-butir kollu jiġi proċessat u ppakkjat bi qbil ma’ l-Artikoli 4 u 5 u, fejn xieraq, l-istabbiliment fejn il-butir konċentrat kollu jkun sejjer jiġi ppakkjat għall-marketing bi qbil ma’ l-Artikolu 4(3).

Il-butir għandu jinħareg fi żmien massimu ta’ 12-il jum mid-data li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt. Wara li jgħaddi ż-żmien msemmi, l-ispiża għall-ħażna tal-butir għandha tiġi mħallsa mix-xerrej.

L-Artikolu 3

1. Il-butir riferit fl-Artikolu 1 għandu jitħalla fit-tqartis oriġinali tiegħu sakemm jiġi proċessat f’butir konċentrat.

Għandu jkollu miegħu lista tal-pakkeġġi sabiex tgħin biex il-butir jingħaraf.

2. It-tqartis tal-butir meħud mill-ħażna għandhom iġorru waħda jew iktar mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin miktuba b’ittri stampati ċari u leġibbli:

- ,

- ,

- ,

- ,

- ,

- ,

- or

.

L-Artikolu 4

1. Trid tiġi konċentrata u mqartsa l-kwantità kollha tal-butir, bi qbil ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5, fi stabbiliment approvat għal dan il-għan mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-istabbiliment imsemmi jinsab.

Fil-każ tal-butir konċentrat b’kontenut minimu ta’ xaħam butiriku ta’ 99,8 %, mill-proċessar tal-butir iridu joħorġu mill-inqas 100 kilogramma minn dan il-butir konċentrat għal kull:

- 122,5 kg ta’ butir fejn il-butir użat ikollu kontenut xaħmi ta’ 82 % jew iktar,

- 125,5 kg ta’ butir fejn il-butir użat ikollu kontenut xaħmi ta’ inqas minn 82 %.

Fil-każ ta’ butir konċentrat b’kontenut minimu ta’ xaħam butiriku ta’ inqas minn 99,8 %, il-kwantitajiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu mnaqqsa b’1,23 kg u 1,26 kg rispettivament għal kull differenza perċentwali bejn il-kontenut minimu tax-xaħam butirriku tal-butir konċentrat prodott u ċ-ċifra ta’ 99,8 % imsemmija iktar’ il fuq.

2. Għandha tiġi mogħtija approvazzjoni bħala stabbiliment fit-tifsira tal-paragrafu 1 biss lil stabbiliment li:

(a) ikollu l-istallazzjonijiet tekniċi xierqa sabiex jipproċessa kwantità medja ta’ mill-inqas żewġ tunnellati metriċi ta’ butir kull xahar;

(b) ikollu fond li fuqu tista’ tinħażen separatament kull ħażna ta’ xaħam li mhux butiriku u li tiġi hekk identifikata;

(ċ) jimpenja ruħu li jżomm reġistri permanenti ta’ l-oriġini tal-materja prima wżata, il-kwantitajiet użati, il-kwantitajiet u l-kompożizzjoni tal-prodotti miksuba, id-data tal-ħruġ ta’ dawn il-prodotti u l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja; u

(d) jimpenja ruħu li jibgħat il-programm tiegħu tal-fabbrikazzjoni bi qbil ma’ l-arranġamenti deċiżi dwarhom mill-Istat Membru interessat lill-korp responsabbli għall-ispezzjon riferit fl-Artikolu 6.

Jekk l-istabbiliment jipproċessa wkoll butir mibjugħ skond ir-Regolament (KEE) Nru 262/79 jew li jkun ikkwalifika għall-għajnuna provvduta bir-Regolament (KEE) Nru 1932/81, irid ukoll jimpenja ruħu li:

- iżomm ir-reġistri riferiti fiċ-(ċ) ta’ hawn fuq bħala entità separata,

- jipproċessa suċċessivament il-butir mibjugħ skond ir-Regolament (KEE) Nru 262/79 jew li jkun irċieva għajnuna skond ir-Regolament (KEE) Nru 1932/81 u l-kwantità totali ta’ butir mixtrija skond dan ir-Regolament u maħżuna fuq il-fond ta’ l-istabbiliment. Madankollu, fuq it-talba tal-parti interessata, l-Istat Membru jista’ jaqbel li jwarrab dan l-obbligu jekk l-istabbiliment ikollu fond li jiżgura illi l-ħażniet ta’ butir involuti jistgħu jinħażnu separatament u jiġu hekk identifikati.

L-approvazzjoni għandha tiġi rtirata fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet; l-approvazzjoni tista’ wkoll tiġi rtirata fejn l-impriża interessata tinstab li ma tkunx ikkonformat ma’ xi wieħed mill-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament.

3. Il-kwantità kollha tal-butir konċentrat li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 5(1) u (2) tista’ tiġi ppakkjata għall-marketing, bi qbil ma’ l-Artikolu 5(4) u (5) fi stabbiliment ieħor approvat għal dan il-għan mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun lokat dak l-istabbiliment.

4. L-ipproċessar u l-ippakkjar, inkluż it-tqartis riferit fil-paragrafu 3, iridu jsiru f’perijodu massimu taż-żmien ta’ 60 jum mill-ġurnata li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ riferit fl-Artikolu 2(4).

L-Artikolu 5

1. Il-butir konċentrat irid:

- ikun fih mill-inqas 96 % ta’ xaħam tal-butir;

- ikun ġie soġġett għall-inkorporazzjoni provvduta fil-paragrafu 2, minbarra kull trattament ieħor differenti minn dak indikat fil-paragrafu 3.

Barra minn hekk il-butir konċentrat jista’ jiġi soġġettat għal inkorporazzjoni ta’ mhux iktar minn 2 % tal-komponenti tal-materjal niexef mingħajr ix-xaħam u ta’ 0,5 % ta’ leċitina (E 322).

2. Matul l-ipproċessar tal-butir f’konċentrat tal-butir għandhom jiġu inkorporati għal kull 100 kilogramma ta’ butir konċentrat, hekk li tiġi żgurata d-distribuzzjoni omogenja tagħhom skond il-formula magħżula minn qabel:

Formula I :

15-il gramma ta’ stigmasterol (PS29I48O = D 5,22—stigmastene-3-beta-ol) mill-inqas 95 % pur, kalkolati fuq il-prodott lest biex jiġi inkorporat, jew

17-il gramma ta’ stigmasterol (C29H48O = D 5,22-stigmastene-3-beta-ol) mill-inqas 85 % pur, kalkolat fuq il-prodott lest li jiġi inkorporat, li jkunu jinsabu f’mhux iktar minn 7,5 % ta’ brassikasterol (C28H46O = D 5,22-ergostene-3-beta-ol) u mhux iktar minn 4 % ta’ sitosterol (C29H50O = D 5-stigmastene-3-beta-ol),

jew 1,1 kg ta’ trigliċeridi ta’ l-aċidu enantiku (n-eptanojku), mill-inqas 95 % pur, kalkolat bħala trigliċeridi fuq l-prodott lest biex jiġi inkoporat, massimu ta’ valur aċidu ta’ 0,3 %, ċifra ta’ saponifikazzjoni ta’ bejn it-385 u t-395, u ta’ 95 % ta’ kontenut ta’ aċidu enantiku fil-parti esterifikata aċiduża;

Formula II:

10 grammi ta’ etil—ester ta’ aċidu butiriku u 15-il gramma ta’ stigmasterol (C29H48O = D 5,22-stigmastene-3-beta-ol) mill-inqas 95 % pur kalkolat fuq il-prodott lest biex jiġi inkorporat, jew

10 grammi ta’ etil-ester ta’ l-aċidu butiriku u 17-il gramma ta’ stigmasterol (C29H48O = D 5,22-stigmastene-3-beta-ol) mill-inqas 85 % pur, kalkolat fuq il-prodott lest biex jiġi inkorporat, li jkunu jinsabu f’mhux iktar minn 7,5 % brassikasterol (C28H46O = D 5,22-ergostene-3-beta-ol) u mhux iktar minn 4 % sitosterol (C29H50O = D 5-stigmastene-3-beta-ol), jew

10 grammi ta’ etil-ester ta’ l-aċidu butiriku u 1,1 kg ta’ trigliceridi ta’ aċidu enantiku (n-ettanojku), mill-inqas 95 % pur, kalkolat bħala trigliċeridi fuq il-podott lest biex jiġi inkorporat, ċifra ta’ saponifikazzjonita’ bejn it-385 u t-395, u minimu ta’ 95 % fil-kontenut ta’ aċidu enantiku fil-parti esterifikata aċiduża;

L-aġenzija kompetenti għandha iżgura illi l-ħtiġijiet imsemmja hawn fuq dwar il-kwalità u l-karatteristiċi, partikolarment il-grad ta’ purità, tal-prodotti li jridu jiġu inkorporati fil-butir konċentrat ikunu ġew imħarsa.

3. Jista’ jiżdied il-gass nitroġenu mal-butir konċentrat li jilħaq il-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 immedjatament qabel l-ippakkjar sabiex jikkawża r-ragħwa; iż-żieda fil-volum li tirriżulta minn dan it-trattament ma tistax taqbeż il-10 % tal-volum tal-butir konċentrat qabel it-trattament.

4. Il-butir konċentrat soġġettat sabiex jittimbrawlu l-marka bi qbil mal-formula 1 għandu jiġi preżentat f’pakketti siġillati. Jiddependi mill-prodotti inkorporati bi qbil mal-paragrafi 1 u 2 u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw id-deskrizzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel, il-pakketti għandhom iġorru, f’kitba stampata identika, ċara u leġibbli, waħda jew iktar mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

- ,

- or

,

- ή

ή

,

- or

,

- or

or

,

- or

or

,

- or

.

Il-butir konċentrat soġġettat għall-għotja tal-marka bi qbil mal-formula II għandu jiġi preżentat f’pakketti siġillati ermetikament li jġorru, f’kitba stampata identika ċara u leġibli, waħda jew iktar mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

- "Ghee",

- ,

- ,

- ,

- ,

- ,

- "Ghee".

5. Il-pakketti riferiti fil-paragrafu 4 għandu jkollhom kontenut nett għall-massimu ta’ żewġ kilogrammi.

L-Artikolu 6

1. Matul l-ipproċessar tal-butir f’butir konċentrat, l-aġenzija kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post frekwenti u mingħajr tagħrif minn qabel bażati fuq il-programm tal-fabbrikazzjoni ta’ l-istabbiliment. L-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni għandhom jitħallsu mill-impriża interessata.

L-ispezzjonijiet imsemmija għandhom ikunu jirrigwardaw il-kundizzjonijiet tal-fabbrikazzjoni u l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-prodotti miksuba, b’riferenza partikolari għall-butir użat u l-ippakkjar. Għandhom jikkonsistu f’kampjuni minn kull kunsinja ta’ butir konċentrat fabbrikat.

L-ispezzjonijiet għandhom iġorru magħhom perjodikament, jiddependi fuq il-kwantitajiet proċessati, spezzjonar rett tar-reġistri u l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet preskritti għall-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment.

2. Il-kelma "kunsinna" għandha tfisser kwantità ta’ butir konċentrat li tikkorrispondi mall-kuntratt kif riferit fl-Artikolu 2, ta’ kwalità omoġenja u prodott kontinwament fl-istess fond tal-ipproċessar.

L-Artikolu 7

1. Saż-żmien meta jingħadda lis-settur tal-bejgħ bl-imnut, kull persuna li żżomm il-butir konċentrat għandha żżomm reġistri tal-ħażna li juru għal kull kunsinja l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerejja tal-butir konċentrat u tal-kwantitajiet mixtrija f’kull każ.

Meta d-detentur tal-butir konċentrat skond dan ir-Regolament ikollu wkoll butir konċentrat fabbrikat mill-butir mixtri skond ir-Regolament (KEE) Nru 262/79 jew minn butir li għalih tkun ġiet konċessa għajnuna skond ir-Regolament (KEE) Nru 1932/81, għandhom jinżammu reġistri tal-ħażna separati għall-prodotti bis-saħħa ta’ kull wieħed mir-Regolamenti msemmija.

2. Meta l-butir konċentrat jiġi sussegwentement mibjugħ mill-ġdid lil negozjant intermedjarju, dan ta’ l-aħħar għandu, meta jagħmel l-ewwel ordni tiegħu, jipprovdi lill-bejjiegħ b’impenn bil-miktub illi jikkonforma ma’ l-obbligi rigward id-destinazzjoni tal-prodott. L-impenn imsemmi, li għandu japplika awtomatikamet għall-bejgħ kollu li jiġi wara, għandu jiddikjara illi x-xerrej huwa konxju mill-penalitajiet imposti mill-Istat Membru involut dwar il-ksur ta’ l-obbligi msemmija hawn fuq.

3. Fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament, il-butir jiġi wkoll meħud min-negozju tal-bejgħ bl-imnut meta x-xirjiet isiru mill-istabbilimenti li l-aċċess għalih ikun riservat għad-detenturi ta’ biljett tax-xerrej (cash and carry)

4. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76, l-ispezzjonijiet provvduti fl-Artikolu 6 għandhom jiġu supplimentati bi spezzjonar rett, mhux imgħarraf minn qabel tad-dokumenti kummerċjali u tar-reġistri tal-ħażna tad-detenturi kollha tal-butir konċentrat riferiti fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-ammont tat-tnaqqis fil-prezz jiġi rifless għall-kollox fil-livell tal-konsum dirett.

L-Artikolu 9

1. F’każijiet ta’ forza maġġuri fejn il-miżuri speċifikati fl-Artikolu 11(1)(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76 ma jkunux xierqa, l-aġenzija ta’ intervent għandha tiddeċidi x’miżuri għandha tieħu fiċ-ċirkostanzi li jinqalgħu.

2. Fil-każ ta’ nuqqas tat-twettiq tal-obbligi li għandhom x’jaqsmu, minn banda waħda, mall-ipproċessar tal-butir f’butir konċentrat sakemm jiġi ppakkjat finalment u, mill-banda l-oħra, bit-teħid tiegħu minn-negozju tal-bejgħ bl-imnut fil-Komunità, l-garanzija riferita fl-Artikolu 2(4) għandha tintilef kollha kemm hi.

Madankollu, jekk il-kontravenzjoni jkollha x’taqsam biss mal-konċentrazzjoni tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 5(2) u li tkun inqas minn 20 % taħt il-konċentrazzjoni preskritta, għandhom jintilfu biss 25 % ta’ l-ammont tal-ganranzija.

3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-perjodu taż-żmien tal-ipproċessar riferit fl-Artikolu 4(4), 5 % ta’ l-ammont li jifdal mill-garanzija wara li jkunu ġew imnaqqsa l-15 % għandhom jintilfu għal kull jum li fih jinqabeż il-perjodu taż-żmien.

4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur bil-każijiet fejn ikunu applikaw il-paragrafu 1 filwaqt li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li jkunu nqalgħu u l-miżuri mittieħda.

5. Għajr fil-każi ta’ forza maġġuri, il-garanzija għandha tintilef għall-kwantitajiet li dwarhom il-prova meħtieġa mir-Regolament (KEE) Nru 1687/76 ma tkunx ġiet fornita wara 12-il xahar mill-jum li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt.

Iżda, jekk il-prova tiġi fornita fi żmien 18-il xahar tat-temm taż-żmien imsemmi, għandhom jingħataw lura 85 % tal-garanzija.

L-Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Tlieta ta’ kull ġimgħa l-partikolaritajiet tal-kwantitajiet ta’ butir mibjugħ f’kull każ b’ċifri separati għall-kwantitajiet li jridu jiġu proċessati fi Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 11

L-ammonti tal-kumpens monetarju applikabbli għall-butir jew il-butir konċentrat għandhom ikunu ugwali għall-ammonti ta’ kumpens monetarju fissati skond ir-Regolament (KEE) Nru 974/71, imwieżna bil-koeffiċjent mogħti fil-Parti 5 ta’ l-Anness 1 mar-Regolament rilevanti tal-Kummissjoni li jiffissa l-ammonti tal-kumpens monetarju.

L-Artikolu 12

Il-punt 33 li ġej u n-nota fil-qiegħ tal-paġna li għandha x’taqsam magħha huma hawnhekk miżjuda mal-Parti II ta’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1687/76 "Prodotti maħsuba għal użu u/jew destinazzjoni oħra għajr dawk riferiti fil-Parti I":

"33. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa tal-butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-għamla ta’ butir konċentrat [(33)] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9:

(a) Mad-dispaċċ tal-butir fl-istat naturali tiegħu maħsub li jiġi konċentrat:

- it-Taqsima 104:

,

,

,

,

,

,

.

- it-Taqsima 106:

id-data li fiha l-butir kien mixtri.

(b) Mad-dispaċċ tal-butir wara l-konċentrazzjoni:

- it-Taqsima 104:

,

,

,

,

,

,

.

- it-Taqsima 106:

il-kwantità tal-butir użat għall-fabbrikazzjoni tal-kwantità ta’ butir konċentrat indikat fit-Taqsima 103.

(ċ) Mad-dispaċċ tal-butir wara l-konċentrazzjoni u l-ippakkjar:

- it-Taqsima 104:

,

,

,

,

,

,

.

- it-Taqsima 106:

il-kwantità tal-butir użat għall-fabbrikazzjoni tal-kwantità tal-butir konċentrat indikat fit-Taqsima 103."

L-Artikolu 13

Għall-għanijiet ta’ finanzjament dan ir-Regolament għandu, rigward in-nefqa addizjonali li ġiet miż-żieda fil-kwantitajiet ta’ kull sena tal-butir mibjugħa fejn għandu x’jaqsam ma’ dawk mibjugħa sa issa skond ir-Regolament (KEE) Nru 649/78, jikkostitwixxu miżura kif riferita fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolment (KEE) Nru 1079/77.

L-Artikolu 14

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 649/78 huwa hawnhekk imħassar.

2. Għandu jibqa’ japplika għall-awtorizzazzjonijiet u għall-kuntratti magħmula qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, għall-kwantitajit ta’ butir li ma jkunux ġew proċessatl f’butir konċentrat sad-data msemmija, l-kuntratti msemmija għandhom, fuq it-talba tal-parti interessata, jiġu emendati b’tali manjiera illi l-prezz tal-bejgħ tal-butir ikun l-istess bħal dak provdut għalih f’dan ir-Regolament bil-kundizzjoni li l-perjodu taż-żmien tal-ipproċessar ma jkunx għandu ntemm fid-data tat-talba.

L-Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 1985.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Novembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 137, tas-27.5.1985, p. 5.

[3] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 352, tal-15.12.1983, p. 4.

[5] ĠU L 106, tat-12.5.1971, p. 1.

[6] ĠU L 193, tal-25.7.1985, p. 33.

[7] ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 6.

[8] ĠU L 137, tas-27.5.1985, p. 9.

[9] ĠU L 86, ta’ l-1.4.1978, p. 33.

[10] ĠU L 164, tat-22.6.1984, p. 20.

[11] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1976, p. 1.

[12] ĠU L 248, tas-17.9.1985, p. 12.

[13] ĠU L 41, tas-16.2.1979, p. 1.

[14] ĠU L 289, tal-31.10.1985, p. 14.

[15] ĠU L 191, ta’ l-14.7.1981, p. 6.

[16] ĠU L 52, tat-22.2.1985, p. 22.

[17] ĠU L 138, tas-27.5.1985, p. 2.

--------------------------------------------------

Top