EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2824

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2824/85 tad− 9 ta' Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ ta' ċanga tal-friza bla għadam mill-ħażniet ta' intervent għall-esportazzjoni, jew fl-istess stat jew wara t-tqattigħ u/jew ippakkjar mill-ġdid

ĠU L 268, 10.10.1985, p. 14–15 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004; Imħassar b' 32004R2247

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2824/oj

31985R2824



Official Journal L 268 , 10/10/1985 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0184
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0038
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0184
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0038


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2824/85

tad− 9 ta' Ottubru 1985

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ ta' ċanga tal-friza bla għadam mill-ħażniet ta' intervent għall-esportazzjoni, jew fl-istess stat jew wara t-tqattigħ u/jew ippakkjar mill-ġdid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi ċerti aġenziji ta' intervent għandhom ħażniet sostanzjali ta' intervent ta' laħam bla għadam, billi jeżistu swieq f'ċerti pajjiżi li mhumiex membri għall-prodotti fil-kwistjoni, b'mod partikolari wara t-tqattigħ u l-ippakkjar mill-ġdid; billi l-esportazzjoni ta' dan il-laħam, jew fl-istess stat jew wara t-tqattigħ u/jew pakkjar mill-ġdid, għandha tkun awtorizzata; billi xi Stati Membri madankollu m'għandhomx fil-preżent l-istruttura amministattiva meħtieġa biex jagħmlu l-iċċekkjar applikabbli fir-rigward tal-ħidma ta' tqattigħ u pakkjar mill-ġdid; billi ħidma bħal din għandha għalhekk issir biss bil-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti;

Billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ ta' ċerta ċanga tal-friza bla għadma li hija miżmuma minn aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri u li għandha tkun esportata fl-istess stat jew wara li tkun imqatta’ u/jew ippakkjata mill-ġdid.

Artikolu 2

Barra mid-dettalji msemmija f'Artikoli 2(2) u 8 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2173/79 [2], in-negozjant għandu jgħid, fl-applikazzjoni għax-xiri jew appalt, jekk il-laħam hux se jkun esportat fl-istess stat jew wara li jitqatta’ u/jew jiġi ppakkjat mill-ġdid.

Negozjanti li jagħżlu esportazzjoni wara t-tqattigħ u/jew pakkjar mill-ġdid jistgħu, fl-applikazzjoni għax-xiri jew appalt tagħhom, jgħidu jekk jixtiqux li l-applikazzjoni jew l-appalt tagħhom jibqgħu jgħodd jekk l-awtorizzazzjoni imsemmija f'Artikolu 3(1) tkun miċħuda.

Artikolu 3

1. It-tqattigħ u/jew pakkjar mill-ġdid isir biss bl-awtorizzazjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tqattigħ u/jew l-ippakkjar mill-ġdid ta' laħam miżmun minnhom biss jekk:

- il-laħam li għandu jitqatta’ u/jew ippakkjat mill-ġdid huwa maħżun fit-territorju tagħhom u

- it-tqattigħ u/jew l-ippakkjar isir hemm.

3. Jekk l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun miċħuda l-appalt jew applikazzjoni għandha wkoll tkun miċħuda minbarra fejn id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2(2) japplikaw.

Artikolu 4

Ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ u li jirriferi għal dan ir-Regolament jista’ jispeċifika prodotti li mhumiex eliġibbli għar-rifużjoni.

Artikolu 5

1. Fejn laħam kif imsemmi f’Artikolu 4 ikun imqatta u/jew ippakkjat mill-ġdid ma jistax ikun imħallat mal-laħam l-ieħor mibjugħ.

2. Fejn il-laħam ikun imqatta’ u/jew ippakkjat mill-ġdid l-ixkejjer, kartun jew materjal ta' pakkjar ieħor li jkun fih għandu jkollhom fuqhom dettalji biex jagħmluha possibbli li jkun identifikat, inkluż il-piż nett u t-tip u n-numru tal-qatgħat.

3. Il-laħam għandu jkun fi stat ta' friża meta jiġi mqatta’ u ppakkjat mill-ġdid.

Artikolu 6

Fil-każ ta' laħam kif imsemmi fl-Artikolu 4 l-ordni ta' tneħħija msemmija f'Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1687/76 [3], u d-dokumenti msemmija f'Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament għandu jkollhom waħda minn dawn l-approvazzjonijiet:

"Uden restitution [forordning (EØF) nr. 2824/85]"

,

,

,

,

,

.

Din l-approvazzjoni għandha titniżżel ukoll fis-Sezzjoni 104 tal-kopji ta' kontroll T 5.

Artikolu 7

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal bejgħ individwali fejn ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ jagħmel riferenza xierqa għalih.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Ottubru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Vici-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 251, tal-5.10.1979, p. 12.

[3] ĠU L 190, ta' l-14.7.1976, p. 1.

--------------------------------------------------

Top