Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2651

    Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) nru 2651/85 tad-19 ta' Settembru 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2248/85 fir-rigward ta' l-attestat meħtieġ għall-esportazzjoni ta' ċerti ġobnijiet lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 251, 20.9.1985, p. 40–40 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2651/oj

    31985R2651



    Official Journal L 251 , 20/09/1985 P. 0040 - 0040
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0163
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0005
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0163
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0005


    Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2651/85

    tad-19 ta' Settembru 1985

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2248/85 fir-rigward ta' l-attestat meħtieġ għall-esportazzjoni ta' ċerti ġobnijiet lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 ta' l-20 ta' Diċembru 1979 għall-għoti ta' għajnuna għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ta' importazjoni speċjali f'pajjiż li mhux membru [1], u b'mod partikolari Artikolu 1(2) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2248/85 tal-25 ta' Lulju 1985 fuq regoli dettaljati għal għajnuna amministrattiva bl-esportazzjoni ta' ġobon Ementaler soġġett għar-restizzjoni tal-kwota li tikkwalifika għal trattament speċjali fuq l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika [2] introduċa attestat ta' l-esportazzjoni għall-ġobon Emmentaler biex tissaħħaħ il-koperazzjoni amministrattiva ma’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika u jkun assigurat l-użu sħiħ tal-kwota;

    Billi l-awtoritajiet tad-dwana Amerikana jikklassifikaw il-prodott li jikkwalifika għal trattament speċjali fuq l-importazzjoni skond l-Intestatura "950.10 B Svizzeru jew ġobon Emmenthaler b eye formation"; billi l-attestat imwaqqaf fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2248/85 għandu għalhekk ikun adottat skond dan;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien limitat stabbilit mill-President;

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2248/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Fit-Titolu tar-Regolament, il-kelmiet "ġobon Emmentaler" huma mibdula bil-kelmiet "ċerti ġobnijiet".

    2. Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    Għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika (inklużi Puerto Rico u l-Ħawaj) ta' ġobnijiet elenkati f'Anness I li huma skond is-sottotitlu 117.60.25 ta' l-Iskema tat-Tariffi ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta' kwota, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru esportatur għandu joħroġ, fuq talba ta' l-esportatur, attestat li jaqbel mal-mudell f’Anness II".

    3. F'Artikolu 4, il-kelma "Emmentaler" hija mħassra.

    4. F'Artikolu 5, il-kelma "Emmentaler" hija mħassra.

    5. Anness I li ġej huwa miżjud:

    "

    ANNESS I

    Lista ta' tipi ta' ġobon imsemmija fl-Artikolu 1

    Sottotitlu | Tip ta' ġobon |

    ex 04.04 A | Emmentaler |

    ex 04.04 E I b) 2 | Maasdam |

    Samsoe |

    Svenbo |

    "

    6. L-Anness ta' qabel isir Anness II u l-kelmiet

    "Attestat għall-esportazzjoni ta' ġobon Emmentaler lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika"

    huma mibdula bil-kliem

    "Attestat għall-esportazzjoni ta' ġobon Svizzeru jew Emmenthaler b’ eye formation lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Settembru 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 334, tat-28.12.1979, p. 8.

    [2] ĠU L 210, tas-7.8.1985, p. 9.

    --------------------------------------------------

    Top