This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31985R2589
Commission Regulation (EEC) No 2589/85 of 13 September 1985 amending Regulation (EEC) No 2264/69 on applications for reimbursement of aid granted by Member States to organizations of fruit and vegetable producers
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) nru 2589/85 tat-13 ta’ Settembru 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2264/69 dwar applikazzjonijiet għal rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonjiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) nru 2589/85 tat-13 ta’ Settembru 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2264/69 dwar applikazzjonijiet għal rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonjiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix
ĠU L 247, 14.9.1985, p. 6–10
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Official Journal L 247 , 14/09/1985 P. 0006 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0153
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 37 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0153
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 37 P. 0231
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2589/85 tat-13 ta’ Settembru 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2264/69 dwar applikazzjonijiet għal rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonjiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jsitabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1332/84 [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 449/69 tal-11 ta’ Marzu 1969 dwar ir-rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix [3] , u b’mod partikolari Artikolu 7 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3284/83 [4] biddel l-arranġamenti li taħthom l-għajnuna tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix; Billi l-formoli msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 850/80 [5] għandhom għalhekk jiġu adattati in linja mad-dispożizzjonijiet ġodda; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu uniku Annessi I u II mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2264/69 [6] huma hawnhekk sostitwiti b’Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Settembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. [2] ĠU L 130, tas-16.5.1984, p. 1. [3] ĠU L 61, tat-12.3.1969, p. 2. [4] ĠU L 325, tat-22.11.1983, p. 1. [5] ĠU L 92, tad-9.4.1980, p. 5. [6] ĠU L 287, tal-15.11.1969, p. 3. -------------------------------------------------- ANNESS I A. APPLIKAZZJONI GĦAL RIMBORS SKOND ARTIKOLU 36(2) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72 Stat Membru:… +++++ TIFF +++++ B. TABELLI LI JIRRELATAW GĦAL GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI TAĦT ARTIKOLU 14(1), (2) U (3) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72 Nru tas-serje (1): … Organizzazzjoni tal-produtturi: … Data ta’ rikonoxximent skond Artikolu 13 13 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72: … Numru ta’ membri skond Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 449/69: … Ammont ta’ għajnuna: … Data li fiha tingħata … l-għajnuna: … Għajnuna mogħtija għall-… sena wara d-data ta’ rikonoxximent ta’ l-organizzazzjoni tal-produttur B.1. Kalkolu tal-valur ta’ produzzjoni imqiegħed fis-suq skond Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 +++++ TIFF +++++ B.2. Il-Kalkolu tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq skond Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 +++++ TIFF +++++ B.3. Kalkolu ta’ għajnuna +++++ TIFF +++++ B.4. Il-Kalkolu ta’ għajnuna skond Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 Spejjeż li jirrelataw għal xogħol preparatorju | | Spejjeż li jirrelataw għat-tfassil ta’ memorandum u artikoli ta’ assoċjazzjoni | | Total | | Huwa kkonfermat li: - l-organizzazzjoni msemmija fuq għandha permanenza adattata fir-rigward tad-dewmien u l-effettività ta’ l-attivitajiet tagħha, skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, - l-organizzazzjoni msemmija fuq, mid-data ta’ rikonoxximent, iżżomm kontijiet speċifiċi fir-rigward ta’ attivitajiet li għalihom hemm bżonn rikonoxximent, skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, - il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq huwa kalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta’ (KEE) Nru 449/69 fl-implimentazzjoni ta’ Artikolu 14(1) jew (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, - l-ammont ta’ l-ispiża ta’ formazzjoni jew operazzjoni amministrattiva msemmi f’Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru [1], - fil-każ ta’ għaqda, il-miri msemmija f’Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jintlaħħqu iktar effettivament, - is-sistema li taħtha l-għajnuna tingħata in konformità ma’ Artikolu 12(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3284/83, - il-benefiċjarji ġew infurmati f’mod adattat bil-kontribuzzjoni Komunitarja. Timbru u firma [1] Għandu jintuża biss għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirċievu għajnuna għal ħames snin skond Artikolu 14 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. -------------------------------------------------- ANNESS II INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-ISTAT MEMBRU LI TIRRELATA GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI SKOND ID-DISPOSIZZJONIJIET TA' ARTIKOLU 13 TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72 Stat Membru:… - Numru tas-serje [1] … - Organizzazzjoni tal-produttur (isem u indirizz): … - Huwa kkonfermat li d-data ta' rikonoxximent skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija li ġej… 1. B'liema mezz l-istabilizzazzjoni ta' prezzijiet hija assigurata fl-istadju ta' produzzjoni sabiex il-fornitura tiġi armonizzata mad-domanda? 2. X'inhuma l-faċilitajiet tekniċi disponibbli għal produtturi għal prodotti ta' ppakkjar u tqegħid fis-suq? 3. Kif inhu impost l-obbligu fuq il-produtturi tal-membri sabiex il-produzzjoni totali tagħhom tiġi fornita lill-organizzazzjoni tal-produttur prevista fir-regoli u applikata fil-prattika? 4. Meta approprjat: X'inhuma l-kwantitajiet li produtturi tal-membri nfishom huma awtorizzati li jqiegħdu fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produttur? 5. X'inhuma r-regoli ta' produzzjoni applikati mill-organizzazzjoni tal-produttur (Ġabra fil-qosor)? 6. X'inhuma r-regoli tat-tqegħid fis-suq applikati mill-organizzazzjoni tal-produttur (Ġabra fil-qosor)? 7. X'inhuma r-regoli li jġiegħlu lil membri assoċjati bil-fors jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa mill-organizzazzjoni fir-rigward ta' ħsad u disponibiltà? 8. Fil-każ ta' għaqda, b'liema mod jintlaħħqu l-aħjar il-miri msemmija f'Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72? [1] Numerazzjoni konsekuttiva. --------------------------------------------------