Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0662

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1981 li temenda d-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand rispettivament

    ĠU L 237, 22.8.1981, p. 33–33 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/662/oj

    31981D0662



    Official Journal L 237 , 22/08/1981 P. 0033 - 0033
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0052
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0052


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-28 ta’ Lulju 1981

    li temenda d-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand rispettivament

    (81/662/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 77/98/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 16 tagħha,

    Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE tal-25 ta’ Lulju 1980 li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja [3], l-Isvezja [4], in-Norveġja [5], l-Awstralja [6], il-Kanada [7] u n-New Zealand [8] rispettivament ippreskrivew mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali biex jakkumpanjaw kunsinni ta’ laħam frisk;

    Billi huwa meħtieġ li jiġi modifikat il-kliem ta’ l-attestazzjoni tas-saħħa li tikkonċerna l-bruċellożi porċina, ovina u kaprina biex jiġu f’linja mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità ġà adottati dwar pajjiżi oħra li mhux membri;

    Billi l-miżuri li tiddisponi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi mad-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE huma b’dan emendati billi jiġu mibdula it-tieni u t-tielet inċiżi (it-tielet u r-raba fid-deċiżjoni 80/804/KEE) tal-paragrafu IV (Attestazzjoni tas-saħħa) b’dan li ġej:

    "— fil-każ ta’ laħam frisk tal-majjal, annimali li ma jkunux ġew minn azjendi li għal raġunijiet ta’ saħħa huma suġġetti għall-projbizzjoni bħala riżultat ta’ tifqigħa ta’ bruċellożi porċina matul is-sitt ġimgħat ta’ qabel;

    — fil-każ ta’ laħam frisk tan-nagħaġ u l-mogħoż, annimali li ma jkunux ġew minn azjendi li għal raġunijiet ta’ saħħa huma suġġetti għall-projbizzjoni bħala riżultat ta’ tifqigħa ta’ bruċellożi ovina jew kaprina matul is-sitt ġimgħat ta’ qabel;."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1982.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1981.

    Għall-Kummissjoni

    Gaston Thorn

    Il-President

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 81.

    [3] ĠU L 233, ta’ l-4.9.1980, p. 47.

    [4] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 35.

    [5] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 38.

    [6] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 41.

    [7] ĠU L 236, tad-9.9.1980, p. 25.

    [8] ĠU L 236, tad-9.9.1980, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top