EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R3453

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3453/80 tat-22 ta’ Diċembru 1980 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 dwar l-stabbiliment ta’ reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa

ĠU L 360, 31.12.1980, p. 15–15 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/3453/oj

31980R3453



Official Journal L 360 , 31/12/1980 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0248
Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0121
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0248
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0073
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0073


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3453/80

tat-22 ta’ Diċembru 1980

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 dwar l-stabbiliment ta’ reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u partikolarment l-Artikoli 22 u 146 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1794/79 [2], jelenka l-limiti taż-żmien biex jitwaqqaf ir-reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri produtturi fil-Komunità tad-Disgħa; billi l-istess limiti taż-żmien għandhom ikunu stabbiliti biex jitwaqqaf reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fil-Greċja u għandha ssir disposizzjoni għal dawn il-limiti ta’ żmien biex jibdew mill-1 ta’ Novembru, 1982;

Billi, biex ikun żgurat li hemm fondi biex ikopru l-ispiża biex jitwaqqaf reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fil-Greċja, għandhom jitniżżlu l-ammont li għandu jinżamm ta’ għajnuna għall-produzzjoni mħallsa lil min ikabbar iż-żebbuġ fil-Greċja, u l-perjodu li tulu dan għandu jsir,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 154/75 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. is-subparagrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 1 (2):

"Dwar it-twaqqif tar-reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fil-Greċja, il-limiti taż-żmien imsemmija f’(a) u (b) jibdew mill-1 ta’ Novembru, 1982."

2. il-paragrafu 2a li ġej jiżdied fl-Artikolu 3:

"2a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja responsabbli għall-pagament ta’ għajnuna għall-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE, fil-mument tal-pagament, jagħmlu tnaqqis ta’ 0,96 ECU għal kull 100 kilogramma. Dan it-tnaqqis jgħodd għall-għajnuna li ngħatat għall-bejgħ li sar fis-snin ta’ tqegħid fis-suq 1980/81, 1981/82, 1982/83 u 1983/84."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fl-1 ta’ Jannar, 1981.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Diċembru, 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Santer

[1] ĠU L 19, ta’ l-24.1.1975, p. 1

[2] ĠU L 206, ta’ l-14.8.1979, p. 3.

--------------------------------------------------

Top