Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0795

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Lulju 1979 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur li minnhom tista’ tara fuq wara

    ĠU L 239, 22.9.1979, p. 1–23 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/795/oj

    31979L0795



    Official Journal L 239 , 22/09/1979 P. 0001 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0057
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0198
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0057
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0167
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0167


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    ta’ l-20 ta’ Lulju 1979

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur li minnhom tista’ tara fuq wara

    (79/795/KEE).

    IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/547/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 11,12 u 13 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE ta’ l-1 ta’ Marzu 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur li minnhom tista’ tara fuq wara [3],

    Billi, fid-dawl ta’ esperjenza miksuba u in vista ta’ l-istat l-aktar avvanzat pre¿enti, issa huwa possibbli illi jsiru dispożizzjonijiet relevanti aktar sħaħ, aktar strinġenti u adattati aħjar għal-kondizzjonijiet tat-test attwali;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE tipprovdi illi l-ispeċifikazzjonijiet fuq il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni aġġustati mill-pożizzjoni tas-sewqan għandhom isiru hekk kif l-iżvilupp fit-tekonoloġija jkun jippermetti li dan isir;

    Billi l-mi¿uri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar l-Eliminazzjoni tal-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 71/127/KEE qiegħda tiġi hawnhekk emendata kif ġej:

    1. L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) hu emendat biex jinqara kif ġej:

    "Għandu jkun hemm nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat, fi ħdan it-tifsira ta’ l-ewwel sub-paragrafu, meta l-ħtiġiet tal-punt 2 ta’ l-Anness 1 ma jkunux osservati."

    2. L-Artikolu 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "1. B’effett mill-1 ta’ Frar 1980, l-ebda Stat Membru ma jista’, minħabba raġunijiet li jirrigwardaw il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara:

    (a) - jirrifjuta, fir-rigward ta’ kull vettura bil-mutur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

    - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tal-vetturi,

    jekk il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi jikkonformaw mad-dispo¿izzjoinijiet ta’ din id-Direttiva;

    (b) - fir-rigward ta’ xi tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jekk dawn il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew

    - jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara li għandhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent stabbilita f’din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1981 Stat Membru:

    (a) - m’għandux joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vetturi li l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħhom ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    - jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip nazzjoni fir-rigward ta’ vettura li l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħha ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

    (b) - jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara jekk din ta’ l-aħħar ma tikkonformax mad-dispo¿izzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

    - jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara jekk din ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

    3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984 l-Istati Membri;

    - jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li jkollhom il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħhom mhux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    - jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara illi ma jkollhomx il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li li hija stabbilita f’din id-Direttiva."

    3. L-Annessi I, II u III huma mibdula bl-annessi I, II, III u IV ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispo¿izzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 1980. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1979.

    Għall-Kummissjoni

    Étienne Davignon

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 39.

    [3] ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    1. DEFINIZZJONIJIET

    1.1. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara" tfisser kull mezzmezz maħsub biex jagħti veduta ċara tan-naħa ta’ wara tal-vettura, fil-kamp viżiv definit fil-punt 3.4. bl-esklużjoni minn din id-definizzjoni ta’ sistemi ottiċi komplessi, bħall-periskopji.

    1.2. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara interni" tfisser mezz kif definit fil-punt 1.1 li jista’ jiġi mwaħħal fil-kompartiment tal-passiġġier ta’ vettura.

    1.3. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna" tfisser mezz kif definit fil-punt 1.1 li jista’ jkun imwaħħal fuq in-naħa esterna tal-vettura.

    1.4. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara addizjonali" tfisser mera li minnha tista’ tara fuq wara barra mill-mezz tat-tip definit fil-punt 1.1 li tista’ tkun imwaħħla fuq in-naħa ta’ ġewwa jew ta’ barra tal-vettura i¿da li tħares ild-dispożizzjonijiet tal-punt 2 minbarra 2.1.1, 2.2 u 2.3.4.

    1.5. "Tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara" tfisser mezzi li mhux differenti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:

    1.5.1. id-dimensjonijiet u r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ li jirrifletti tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara:

    1.5.2. id-disinn, il-forma jew il-materjal tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara, li jinkludu l-konnessjoni mal-karozzerija.

    1.6. "Klassi ta’ mirjali minnhom tista’ tara fuq wara" tfisser il-mezzi kollha li jkollhom wieħed jew aktar karatteristiċi jew funzjonijiet komuni. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni huma klassifikati bħala Klassi I. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni addizzjonali huma klassifikati fi Klassi Is.

    Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni huma klassifikati bħala Klassi II u III.

    Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni addizzjonali huma klassifikati fi Klassijiet IIs u IIIs.

    1.7. "r" jfisser il-medju tar-raġġi tal-kurvatura li jkunu ġew imkejla fuq il-wiċċ li jirrifletti, skond il-metodu deskritt f’punt 2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

    1.8. "Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura fuq punt wieħed fuq il-wiċċ li jirrifletti (ri)" jfisser il-valuri miksuba bl-apparat definit fl-Appendiċi 1, imkejjel fuq l-ark tal-wiċċ li jirifletti li jgħaddi miċ-ċentru tal-mera filwaqt li jkun parallel mas-segment b, kif definit f’punt 2.2.2.1, u fuq l-ark perpendikulari ma’ dan is-segment.

    1.9. r

    =

    r

    + r′

    1.10. "Ċentru tal-mera" jfisser iċ-ċentrojdu ta’ l-arja vi¿ibbli fuq il-wiċċ li jirifletti.

    1.11. "Ir-raġġ tal-kurvatura tal-partijiet kostitwenti tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara" tfisser ir-raġġ "ċ" ta’ l-ark taċ-ċirku li l-aktar iqarreb għall-forma kuravata li tifforma l-parti imsemmija,

    1.12. "Il-punti okulari tas-sewwieq" tfisser ¿ewġ punti 65mm ’il bogħod minn xulxin u 635mm vertikalment ’il fuq mill-punt R tas-sedil tas-sewwieq kif definit fl-Anness IV. Il-linja dritta li tgħaqqad dawn il-punti tgħaddi perpendikularment mal-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura. Iċ-ċentru tas-segment li jgħaqqad i¿-¿ewġ punti okulari huwa fi pjan lonġitudinali vertikali li għandu jgħaddi miċ-ċentru ta’ l-imsemmija po¿izzjoni bilqiegħda tas-sewwieq, kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

    1.13. "Vi¿joni ambinokulari" tfisser il-kamp vi¿iv totali miksub bis-superimpo¿izzjoni tal-kampijiet monokulari ta’ l-għajn tal-lemin u l-għajn tax-xellug (Ara d-diagramma taħt).

    +++++ TIFF +++++

    1.14. "Tip ta’ vettura fir-rigward ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara" tfisser vetturi bil-mutur li huma identiċi b’rispett tal-karatteristiċi ba¿iċi li ġejjin:

    1.14.1. il-karatteristiċi tal-karozzerija li jnaqqsu l-kamp vi¿iv;

    1.14.2. il-koordinati ta’ punt R;

    1.14.3. il-po¿izzjonijiet preskritti u t-tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara.

    1.15. "Vetturi ta’ kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3" tfisser dawk definiti fl-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE.

    2. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRELETAW MA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT TAL-MIRJA LI MINNHOM TISTA’ TARA FUQ WARA

    2.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali

    2.1.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara kollha għandhom ikunu aġġustabbli.

    2.1.2 It-tarf tal-wiċċ li jirrifletti għandu jkun magħluq f’holder li fuq il-perimetru tiegħu għandu jkollu valur ta’ "ċ" ≥2.5mm fil-punti kollha u f’kull direzzjoni. Jekk il-wiċċ li jirrifletti jisporġi aktar ’il barra mill-holder, ir-raġġ tal-kurvatura "c" fuq it-tarf tal-parti li tisporġi ’l barra m’ għandhiex tkun anqas minn 2.5 mm u l-wiċċ li jirrifletti għandu jerġa’ jidħol fil-holder taħt forza ta’ 50 N applikata fuq il-punt ta’ l-akbar sporġenza, relattiva għall-holder, f’direzzjoni orizzontali, approssimatament parallela għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.1.3. Meta l-mera li minnha tista’ tara fuq wara tkun imwaħħla ma’ wiċċ ċatt, il-partijiet kollha, irrispettivament mill-pożizzjoni ta’ l-aġġustament tal-mezz, inkluż dawk il-partijiet li jibqgħu mwaħħlin mas-support wara t-test ipprovdut fi 2.4.2 li huma f’kuntatt statiku, potenzjali ma’ sfera jew ta’ 165 mm dijametru, fil-każ ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara interna jew ta’ 100 mm dijametru fil-każ ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna, għandu jkollhom raġġ ta’ kurvatura "ċ" ta’ mhux anqas minn 2.5 mm.

    2.1.3.1 It-truf tat-toqob jew l-għafsiet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal huwa inqas minn 12-il mm huma e¿enti mil-ħtiġiet tar-raġġ tal-punt 2.1.3 sakemm huma spuntati.

    2.1.4. Il-mezz tat-twaħħil fuq il-vettura għandu jkun desinjat b’tali mod illi ċ-ċilindru li jkollu raġġ ta’ 50 mm, li jkollu bħala l-assi tiegħu l-assi, jew waħda mill-assi, ta’ pivit jew rotazzjoni li jassigurazaw id-diflezzjoni tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara fid-direzzjoni ta’ l-impatt konċernat, jgħaddi mill-anqas minn parti tal-wiċċ li miegħu il-mezz huwa mwaħħal.

    2.1.5. Il-partijiet tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterni li hemm imsemmijin fil-punti 2.1.2. u 2.1.3. li huma magħmulin minn materjal ta’ ebusija ta’ Shore A li ma taqbi¿x 60 huma e¿enti mid-dispo¿izzjonijiet relevanti.

    2.1.6. Fil-ka¿ ta’ dawk il-partijiet ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni li huma magħmula minn materjal b’ ebusija ta’ Shore A ta’ inqas minn 50 u li huma montati fuq support riġidu, il-ħtiġijiet tal-punti 2.1.2 u 2.1.3 għandhom japplikaw biss għas-support.

    2.2. Dimensjonijiet

    2.2.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni (Klassi I)

    a = 15 cm ×

    1 +

    1000r

    2.2.2. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni (klassijiet II u III)

    2.2.2.1. Id-dimensjonijiet tal-wiċċ li jirifletti għandu jkun b’mod illi jkun possibbli li fuqu jiġi iskritt:

    - rettangolu ta’ 4 ċm li t-tul ba¿i tiegħu li, meta mkejjel f’ċentimetri, għandu valur "a",

    - segment li hu parallel ma’ l-għoli tar-rettanglu u t-tul li, espress f’ċentimetri, għandu valur "b".

    2.2.2.2. Il-valuri minimi ta’ "a" u "b" jingħataw fit-tabella taħt:

    Klassi ta' mera li minnha tista' tara fuq wara | Kateġoriji ta' vetturi li għalihom il-mirja li minnhom tista' tara fuq wara huma disenjati | a | b |

    II | M2, M3, N2 u N3 | 171 + 1000r | 20 |

    III | M1 u N1 | 131 + 1000r | 7 |

    2.3. Wiċċ li jirifletti u l-koeffiċjenti ta’ riflessjoni

    2.3.1. Il-wiċċ li jirifletti ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara għandu ikun jew ċatt jew konvess sferikament.

    2.3.2. Differenzi bejn ir-raġġ ta’ kurvatura

    2.3.2.1. Id-differenza bejn ri jew r’i u rp f’kull punt ta’ referenza ma għandhiex tkun aktar minn 0.15 r.

    2.3.2.2. Id-differenza bejn xi raġġ ta’ kurvatura (rp1, rp2, u rp3) u r ma għandhiex tkun aktar minn 0.15 r.

    2.3.2.3. Meta r ma tkunx inqas minn 3000 mm, il-valur ta’ 0.15 r kwotat f punti 2.3.2.1 u 2.3.2.2 hu mibdul bi 0.25 r.

    2.3.3. Il-valur ta’ "r" ma għandux ikun inqas minn:

    - 1800 mm għal mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ klassi II

    - 1200 mm għal mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ Klassi I u III.

    2.3.4. Il-valur tal-koeffiċjent normali ta’ riflessjoni, kif stabbilit skond il-metodu deskritt fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness, ma għandux ikun inqas minn 40 %.

    Jekk il-mera għandha ¿ewġ po¿izzjonijiet ("ta’bi nhar" u "ta’ bil-lejl"), il-po¿izzjoni ta’ "bi nhar" għandha tippermetti li l-kuluri tas-sinjali u¿ati għat-traffiku tat-triq ikunu rikonoxxuti. Il-valur tal-ko-effiċjent normali ta’ riflessjoni fil-po¿izzjoni ta’ "bil-lejl" ma għandhiex tkun inqas minn 4 %.

    2.3.5. Il-wiċċ li jirrifletti għandu j¿omm il-karatteristiċi stabbiliti f’punt 2.3.4 minbarra l-espo¿izzjoni imtawla b’mod ¿vantaġġu¿ għall-kundizzjonijiet tat-temp f’u¿u normali.

    2.4. Testijiet

    2.4.1. Ir-reazzjoni tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għal impatti u tgħawwiġ fuq il-holder li jkun imwaħħal mas-sieq jew is-support għandu jkun ittestjat kif deskritt fil-punti 2.4.2. u 2.4.3.

    2.4.1.1. It-test previst fil-punt 2.4.2 m’għandux ikollu l-ħtieġa fil-ka¿ ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna ta’ Klassi II jew IIs li l-ebda parti minnha mhix aktar għolja minn 2 m mill-art, irrispettivament mill-po¿izzjoni li fiha tkun aġġustata, meta l-vettura tkun mgħobbija bl-ogħla tagħbija teknikament permissibbli.

    F’dawn il-ka¿ijiet il-manifattur hu meħtieġ li jipprovdi deskrizzjoni li tistipula li mera li minnha tista’ tara fuq wara għandha tkun imwaħħla b’tali mod li l-partijiet tagħha, f’kull pozi¿¿joni li fiha tista’ tkun aġġustata, hija inqas minn 2 m ’il fuq mill-art meta l-vettura hija mgħobbija bl-ogħla tagħbija teknikament permissibbli.

    Meta tintuża din id-deroga, id-driegħ għandu jkun immarkat b’ mod li ma jitħassarx bis-simbolu

    +++++ TIFF +++++

    u ċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun konferma għal dan il-għan.

    2.4.2. Test ta’ impatt

    2.4.2.1. Deskrizzjoni tal-pjattaforma tat-test.

    2.4.2.1.1 Il-pjattaforma tat-test tikkonsisti f’pendlu kapaci li jitbandal madwar żewg assi orizzontali li jkunu f’angolu rett wieħed ma’ l-iehor, filwaqt li wieħed minnhom ikun perpendikulari mal-pjan li jkun jinstab fit-trajettorja tar-"rilaxx" tal-pendlu.

    It-tarf tal-pendlu jkollu martell li jkun iffurmat bi sfera riġida b’dijametru ta’ 165 ± 1 mm u li għandu għata tal-gomma bi ħxuna ta’ 5 mm ta’ ebusija Shore A 50.

    Mezz huwa ipprovdut li jippermetti d-determinazzjoni ta’ l-angolu massimu li d-driegħ jieħu fil-pjan tar-rilaxx.

    Support li jkun imwaħħal b’mod sod ma’ l-istruttura tal-pendlu sservi biex iżżomm il-kampjuni f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ l-impatt speċifikati fil-punt 2.4.2.2.6.

    Il-Figura 1 t’hawn taħt tagħti d-dimensjonijiet tal-pjattaforma tat-test u l-ispeċifikazzjonijiet tad- disinn speċjali.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1

    2.4.2.1.2 m

    = m

    d1

    2.4.2.2. Deskrizzjoni tat-test.

    2.4.2.2.1. Il-proċedura u¿ata biex il-mera li minnha tista’ tara fuq wara tiġi kklampjata għandha tkun dik rakkommandata mill-manifattur tal-mezz, jew, jekk ikun xieraq mill-manifattur tal-vettura.

    2.4.2.2.2. Il-po¿izzjoni tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara għat-test.

    2.4.2.2.2.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom ikunu hekk pożizzjonati fuq il-pendlu ta’ l-impatt b’tali mod illi l-assi li huma orizzontali u vertikali meta l-mera li minnha tista’ tara fuq wara hija istallata fuq vettura skond l-istruzzjonijiet ta’ min qiegħed jaghmel id-domanda huma f’pożizzjoni simili.

    2.4.2.2.2.2. Meta mera li minnha tista’ tara fuq wara tkun aġġustabbli fir-rigward tal-bażi, il-pożizzjoni tat-test se tkun dik li fiha l-mezz tal-fus huwa l-inqas li jaħdem fil-limiti ta’ l-aġġustament li hemm provdut minn min ikun qiegħed jagħmel id-domanda.

    2.4.2.2.2.3. Meta l-mera li minnha tista’ tara fuq wara għandha mezz għall-aġġustament tad-distanza mill-bażi, il-mezz għandu ikun imqiegħed f’pożizzjoni li fiha d-distanza bejn il-holder u l-bażi hija l-iqsar.

    2.4.2.2.2.4 Meta l-wiċċ li jirifletti jiċċaqlaq fil-holder, għandu jkun hekk aġġustat li r-rokna ta’ fuq li tkun l-aktar ’il boghod mill-vettura tkun fil-pożizzjoni ta’ l-aktar proġettazzjoni relattiva għall-holder.

    2.4.2.2.3. Minbarra fil-każ tat-test 2 għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni (ara l-punt 2.4.2.2.6.1), fejn il-pendlu huwa f’pożizzjoni vertikali fuq il-pjanijiet lonġitudinali u orizzonali li jgħaddu miċ-ċentru tal-mera kif definit fil-punt 1.10. Id-direzzjoni lonġitudinali ta’ l-oxxillazzjoni tal-pendlu se tkun parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.4.2.2.4. Meta, taħt il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aġġustament imni¿¿el fil-punti 2.4.2.2.1 u 2.4.2.2.2, il-partijiet tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara jillimitaw ir-ritorn tal-martell, il-punt ta’ l-impatt għandu ikun dispjazzat f’direzzjoni perpendikulari ma’ l-assi tar-rotazzjoni jew tal-fus in kwestjoni.

    Dan id-dispjazzament ma għandux ikun akbar milli hu strettament neċessarju għall-eżekuzzjoni tat-test; għandu ikun limitat b’mod li:

    - jew l-isfera li tiddelimita l-martell tibqa’ mill-inqas tanġenzjali maċ-ċilindru kif definit fil-paragrafu 2.1.4,

    - jew il-punt ta’ kuntatt bil-martell huwa lokat mill-inqas 10 mm mill-periferali tal-wicc li jirrifletti.

    2.4.2.2.5. It-test jikkonsisti f’martell li għandu jitħalla jaqa’ minn għoli li jikkorrispondi ma’ angolu tal-pendlu ta’ 60º mill-vertikal sabiex il-martell jolqot il-mera li minnha tista’ tara fuq wara fil-mument meta l-pendlu jilħaq il-pożizzjoni vertikali.

    2.4.2.2.6. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara huma suġġetti għal impatt taħt il-kundizzjonijiet different li ġejjin:

    2.4.2.2.6.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni

    - Test 1 - Il-punt ta’ impatt għandu jkun definit fil-punt 2.4.2.2.3. L-impatt għandu ikun tali li l-martell jolqot il-mera li minnha tista’ tara fuq wara fuq il-wiċċ tan-naħa li tirrifletti.

    - Test 2 – Il-punt ta’ impatt fuq it-tarf tal-qafas, sabiex l-impatt prodott jagħmel angolu ta’ 45º mal-pjan tal-mera u huwa sitwat fil-pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru tal-mera. L-impatt għandu isir fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

    2.4.2.2.6.2. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni

    - Test 1 - Il-punt ta’ impatt għandu jkun definit f’punt 2.4.2.2.3. jew 2.4.2.2.4. L-impatt għandu ikun hekk li l-martell jolqot il-mera li minnha tista’ tara fuq wara fuq il-wiċċ tan-naħa li jirifletti.

    - Test 2 - Il-punt ta’ impatt għandu jkun definit f’punt 2.4.2.2.3. jew 2.4.2.2.4. L-impatt għandu ikun hekk li l-martell jolqot il-mera li minnha tista’ tara fuq wara fuq in-naħa opposta għall-wiċċ li jirrifletti.

    2.4.3. Test tal-liwi fuq il-holder imwaħħal mas-sieq

    2.4.3.1. Deskrizzjoni tat-test.

    Il-holder jkun imqiegħed orizzontalment b’ tali mod illi l-partijiet fl-aġġustament tal-holder jkunu jistgħu jitwaħħlu b’mod sikur. Fid-direzzjoni ta’ l-akbar dimensjoni tal-holder, it-tarf l-aktar viċin għall-punt tat-twaħħil tal-parti ta’ l-aġġustament huwa immobilizzat permezz ta’ waqfa fissa b’wisa’ ta’ 15-il mm li tkopri l-wisa’ sħiħa tal-holder.

    Fin-naħa l-oħra, waqfa identika ma’ dik deskritta fuq hija mqiegħda fuq il-holder sabiex it-tagħbija tat-test speċifikat jista’ jkun applikat għalih (Figura 2).

    It-tarf tal- holder oppost għal dak li fuqu tkun qiegħda tiġi applikata forza tista’ tkun ikklampjata minflok sempliċment blokkata, kif muri fil-Figura 2.

    Eżempju ta' l-apparat tat-test tal-liwi għall- mera retrovi\uri

    +++++ TIFF +++++

    2.4.3.2. It-tagħbija tat-test hija ta’ 25 kg. Hija applikata għal minuta.

    2.5. Ri¿ultati tat-test.

    2.5.1. Fit-testijiet deskritti f’punt 2.4.2, il-pendlu għandu jibqa’ jitbandal wara l-impatt b’tali mod li l-isporġiment tal-pożizzjoni assunta mid-driegħ fuq il-pjan tar-rilaxxx tifforma angolu ta’ mill-anqas 20° mal-vertikal.

    L-eżatteza tal-kejl ta’ l-angolu għandha tkun fi ± 1º.

    Din il-ħtieġa mhux applikabbli għal mirja li minnhom tista’ tara fuq waramwaħħla mal-windscreen, fir-rigward ta’ liema l-ħtieġa stipulata f’punt 2.5.2 għandha japplika wara t-test.

    2.5.2. Jekk il-mounting tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara jinqasam matul it-testijiet deskritti f’punt 2.4.2 għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara mwaħħla mal-windscreen, il-parti li jifdal m’għandhiex tisporġi ‘l hinn mill-bazi b’aktar minn 1ċm u l-konfigurazzjoni li jifdal wara li t-test għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2.1.3.

    2.5.3. Il-mera ma għandhiex tinkiser matul it-testjiet deskritti f’punti 2.4.2 u 2.4.3. Madankollu, l-ksur tal-mera għandu jkun permess jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun osservata.

    2.5.3.1. il-biċċiet tal-ħġieġ jibqgħu mwaħħlin man-naħa ta’ wara tal-holder jew mal-wiċċ li jkun għadu mqabbad fermament mal-holder; is-separazzjoni parzjali tal-ħġieġ minn man-naħa ta’ wara huwa ammissibbli jekk kemm-il darba din is-separazzjoni ma tkunx aktar minn 2.5 mm fuq kull naħa tax-xquq. Huwa permissibbli għall-biċċiet zgħar li jinqalgħu mill-wiċċ tal-ħġieġ fil-punt ta’ l-impatt;

    2.5.3.2. il-mera tkun magħmula minn ħġieġ ta’ sigurtà.

    2.6. Il-kundizzjonijiet u l-immarkar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

    2.6.1. L-Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

    2.6.1.1. L-applikazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal xi tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara għandha ssir mill-pussessur tat- trade mark jew l-isem kummerċjali jew mir-rappre¿entant awtorizzat tiegħu..

    2.6.1.2. Għall kull tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara ma’ l-applikazzjoni għandu jkun hemm is-segwenti:

    2.6.1.2.1. deskrizzjoni teknika, li tispeċifika partikolarment it-tip(i) ta’ vettura għal-liema l-mera li minnha tista’ tara fuq wara hija maħsuba;

    2.6.1.2.2. dijagrammi dettaljati bi¿¿ejjed għall-identifikazzjoni tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet li jiddeskrivu kif il-mera għandha titwaħħal: id-diagrammi għandhom juru l-po¿izzjoni proposta għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent;

    2.6.1.2.3. erba’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara: tlieta għall-u¿u fit-testijiet u waħda li għandha tin¿amm mil-laboratorju għal aktar e¿amijiet li sussegwentement jistgħu jiġu meħtieġa. Il-laboratorju jista’ jagħmel talba għal kampjuni addizzjonali.

    2.6.2. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    2.6.2.1. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandha tikkonsisti f’ rettangolu li fih ikun hemm l-ittra minuskola "e" u warajha għandu jkun hemm l-ittra(i) jew numru distintiv ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent.

    1 għall-Ġermanja,

    2 għal Franza,

    3 għall-Italja,

    4 għall-Olanda,

    6 għall-Belġju,

    11 għar-Renju Unit,

    13 għal-Lussemburgu,

    18 għad-Danimarka,

    IRL għall-Irlanda.

    Il-marka għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettangolu n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    Dan in-numru għandu jikkonsisti fin-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent muri fuq iċ-ċertifikat kompletat għat-tip (ara l-Anness II), ppreċedut minn ¿ewg figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza ta’ l-aħħar emenda għad-direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tkun ingħatat. In-numru tas-sekwenza ta’ l-emenda u n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent li murija fuq iċ-ċertifikat għandhom ikunu separati b’asterisk. F’din id-Direttiva n-numru ta’ sekwenza huwa 01.

    2.6.2.2. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija hawn fuq (simbolu u numru) għandha tkun miktuba b’mod li ma jitħassarx fuq il-parti essenzjali tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara b’tali mod illi wara li mera li minnha tista’ tara fuq wara tkun ġiet imwaħħla fuq vettura, hija tibqa’ tidher.

    Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent [1]

    +++++ TIFF +++++

    L-oġġett li għandu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent murija hawn fuq huwa mera tal-Klassi I (mera li minnha tista' tara fuq wara interna) li ngħatat l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 01 * 1471.

    +++++ TIFF +++++

    L-oggett li ghandu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent murija hawn fuq huwa mera tal-Klassi II (mera li minnha ti sta' tara fuq wara esterna addizzjonali) li nghatat l-approvazzjoni tat-tip fi Franza (e 2) that in-numru 01 * 387

    3. ĦTIĠIET LI JIKKONĊERNAW IT-TWAĦĦIL MAL -VETTURI

    3.1. Ġenerali

    3.1.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom ikunu mwaħħla b’mod li l-mirja ma jiċċaqilqux b’mod illi jbiddel b’mod sinifikanti l-kamp vi¿iv kif ikun imkejjel jew jivvibraw b’mod illi s-sewwieq jimmi¿interpreta n-natura ta’ l-immaġini li jkun qiegħed jiġi perċepit.

    3.1.1.1. Il-kundizzjonijiet imni¿¿la fil-punt 3.1.1 għandhom jin¿ammu meta l-vettura li tiċċaqlaq b’ veloċità li twassal sa 80 % tal-veloċità massima ddisinjata, iżda mhux aktar minn 150 km fis-siegħa.

    3.1.2. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni mwaħħlin fuq vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mirja tal-Klassi II u dawk imwaħħla fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ijkunu mirja tal-Klassi II jew tal-Klassi III.

    3.2. In-Numru u l-Po¿izzjoni

    3.2.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom jitpoġġew b’mod illi s-sewwieq, meta jkun bilqiegħda fis-sedil tas-sewqan fil-po¿izzjoni normali tas-sewqan, ikollu veduta ċara tat-triq fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

    3.2.2. Il-vetturi kollha tal-kategoriji M1 u N1 għandu ikollhom mera li minnha tista’ tara fuq wara kemm interna kif ukoll esterna. Din ta’ l-aħħar għandha tkun imwaħħla fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura fl-Istati Membri fejn is-sewqan isir fuq in-naħa tal-lemin tat-triq u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura fl-Istati Membri fejn is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq.

    3.2.2.1. Jekk il-mera li minnha tista’ tara fuq wara interna ma’ tissodisfax il-ħtiġiet imsemmijin fil-punt 3.4.2, mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna addizzjonali għandha tiġi mwaħħla mal-vettura. Din ta’ l-aħħar għandha tkun imwaħħla fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura fl-Istati Membri fejn is-sewqan isir fuq in-naħa tal-lemin tat-triq u fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura fl-Istati Membri fejn is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq.

    3.2.2.2. Jekk il-mera li minnha tista’ tara fuq wara interna ma turix fuq wara tal-vettura, il-pre¿enza tagħha m’ għandhiex tkun meħtieġa.

    3.2.3. Il-vetturi kollha tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mwaħħlin b’¿ewg mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni, imwaħħlin waħda fuq kull naħa tal-vettura.

    3.2.4. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni għandhom ikunu vi¿ibbli mit-twieqi tal-ġnub jew mill-parti tal-windscreen li jkun milħuq mill-wiper tal-windscreen. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni mwaħħlin fuq in-naħa tal-lemin tal-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 fl-Istati Membri fejn is-sewqan isir fuq in-naħa tal-lemin tat-triq u fuq in-naħa tax-xellug tal-vetturi ta’ l-istess kategoriji fl-Istati Membri li fihom is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq.

    3.2.5. Fil-ka¿ ta’ xi vettura li hija fil-forma ta’ chassis/kabina meta l-kamp vi¿iv huwa mkejjel, il-wisgħat minimi u massimi tal-karozzerija għandhom ikunu dikjarati mill-manifattur u, jekk neċessarju, simulat bi dummy head board. Il-konfigurazzjonijiet kollha tal-vettura u tal-mera li jkunu ttieħdu in konsiderazzjoni waqt it-testijiet għandhom jintwerew fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

    3.2.6. L-użu ta’ mera b’żewġ pjani jew "doppja" mhuwiex permess jekk iż-żewġ pjani huma neċessarja biex jilħqu l-ħtiġiet tal-kamp viżiv. Madankollu, jekk il-ħġieġ prinċipali jilħaq il-ħtiġiet kollha għall-mera tal-Klassi 11 jew III, tkun aċċettabbli. Il-ħġieġ awziljarju għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni ta’ l-għoli mill-art u tal-isporġenza skond il-punt 3.2.10. Il- kontenitur tal-ħġieġ għandu wkoll iħares il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 2.1.2.

    3.2.7. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna preskritta fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vettura għandha tkun lokata b’mod illi jiġi ffurmat angolu ta’ mhux aktar minn 55º bejn il-pjan medjan longitudinali vertikali tal-vettura u l-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara u miċ-ċentu tal-linja dritta li tkun 65 mm twila li tgħaqqad iż-żewġ punti okulari tas-sewwieq.

    3.2.8. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ma għandhomx jisporġu i¿jed mill-karozzerija esterna tal-vettura sostanzjalment aktar milli jkun neċessarju biex iħarsu l-ħtiġiet li jirrigwardaw il-kampijiet vi¿ivi stabbiliti fil-punt 3.4.

    3.2.9. Billi t-tarf t’isfel tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna huwa inqas minn 2m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun mgħobbija, din il-mera li minnha tista’ tara fuq wara m’għandhiex tesporġi aktar minn 0.20 m aktar mill-wisa’ totali tal-vettura li tkun imkejla mingħajr il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara.

    3.2.10. Bla ħsara għal-ħtiġiet tal-punti 3.2.8. u 3.2.9., il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara jistgħu jesporġu ‘l hinn mill-wisgħat massimi permissibbli tal-vetturi.

    3.3. Aġġustament

    3.3.1. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara interna għandu ikollha l-kapaċità li tkun aġġustata mis-sewwieq mill-pożizzjoni tas-sewqan tiegħu.

    3.3.2. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna li tinsab fuq in-naħa tas-sewwieq għandu ikollha l-kapaċità li tkun aġġustata minn ġewwa l-vettura meta l-bieba tkun magħluqa, minkejja li t-tieqa tista’ tkun miftuħa. Il-mera tista’, madankollu, tkun aġġustata f’pożizzjoni minn barra.

    3.3.3. Il-ħtiġiet tal-punt 3.3.2. ma japplikawx għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni li, wara li jkunu ġew milquta u konsegwentement jitilfu l-allinejament, ikunu jistgħu jiġu jistgħu imqiegħda fil-po¿izzjoni ta’ qabel ma ġew milquta mingħajr il-b¿onn ta’ l-aġġustament.

    3.4. Il-kampijiet vi¿ivi

    3.4.1. Ġenerali

    Il-kampijiet viżivi kif definiti hawn taħt għandhom japplikaw fir-rigward ta’ viżjoni ambinokulari, bl-għajnejn li jkunu fil-"punti okulari tas-sewwieq" kif definit fil-punt 1.12 hawn fuq. Il-kampijiet viżivi għandhom jiġu stabbiliti meta l-vettura tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan kif definit fil-punt 2.6 ta’ l-Anness 1 mad-Direttiva 70/156/KEE u tkun qiegħda ġġorr addizzjonalment passiġġier wieħed fuq quddiem, bil-massa tal-passiġġier tkun 75 kg ± 1 %. Għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ twieqi li għandhom fattur tat-trasmissjoni tad-dawl ta’ mill-anqas 70 % li jkun imkejjel perpendikularment mal-wiċċ.

    3.4.2. Mera li minnha tista’ tara fuq wara interna

    Il-kamp vi¿iv għandu jkun tali illi s-sewwieq ikun jista’ jara mill-anqas porzjon li tkun wiesgħa 20 m, ċatta u orizzontali tat-triq ċentrata fuq il-pjan medjan vertikali u lonġitudinali tal-vettura u jestendi minn 60 m wara l-punti okulari tas-sewwieq (Figura 3) għall-orizzont.

    3.4.2.1. Huwa permisibbli li l-kamp vi¿iv ikun imnaqqas bil-pre¿enza ta’ restraints tar-ras mezz u mezzi r bħal ma huma l-vi¿ieri tax-xemx, wipers tal-windscreen ta’ wara u elementi li jsaħħnu basta li ma jgħattux aktar minn 15 % tal-kamp vi¿iv preskritt meta jkun ipproġettat fuq pjan vertikali perpendikulari għall-medjan lonġitudinali tal-vettura.

    3.4.3. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna ta’ fuq in-naħa tax-xellug għall-vetturi li jkunu misjuqa fuq il-lemin tat-triq u l-mera li minnha tista’ tara fuq wara eterna tal-lemin għall-vetturi li jinsaqu fuq ix-xellug tat-triq

    3.4.3.1. Il-kamp vi¿iv għandu jkun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara mill-anqas porzjoni tat-triq li jkollha l-wisa’ ta’ 2.50m u li tkun ċatta u wiesgħa li tkun tikkonfina fuq il-lemin (fil-ka¿ tal-vetturi li jkunu jinsaqu fuq il-lemin) mal-pjan li jkun parallel mal-medjan lonġitudinali vertikali li jkun jgħaddi mill-punt li jkun l-aktar ‘il barra tal-vettura fuq ix-xellug (fil-kax ta’ vetturi li jkunu jinsaqu fuq il-lemin); jew fuq il-lemin (fil-ka¿ tal-vetturi li jinsaqu fuq ix-xellug) u jestendi minn 10 m wara l-punti okulari tas-sewwieq lejn l-orizzont (Figura 4).

    3.4.4. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna għall-vetturi li jinsaqu fuq in-naħa tal-lemin u l-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna tan-naħa tax-xellug għall-vetturi li jinsaqu fuq ix-xellug..

    3.4.4.1. Il-kamp vi¿iv għandu jkun tali illi sewwieq ikun jista’ jara mill-anqas porzjon tat-triq li tkun 3.50 m wiesgħa, ċatta u orizzontali, li fuq ix-xellug tkun tikkonfina (fil-ka¿ ta’ vetturi li jsuqu fuq il-lemin), jew fuq il-lemin (fil-kaz ta’ vetturi li fuq ix-xellug) mal-pjan li jkun parallel għall-pjan medjan lonġitudinali u vertikali li jkun jgħaddi mill-punt tal-vetturi li jkun l-aktar ’il barra (fil-ka¿ ta’ vetturi li jinsaqu fuq il-lemin) jew fuq ix-xellug (fil-ka¿ tal-vetturi li jsuqu fuq ix-xellug) u li jestendi minn 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq għall-orizzont.

    3.4.4.2. Barra minn hekk, it-triq għandha tkun vi¿ibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 0.75 m,, minn punt 4 m wara l-pjan vertikali li jgħaddi mill-punti okulari tas-sewwieq (Figura 4).

    3.4.5. Xkiel

    Fid-determinazzjoni tal-kampijiet viżivi specifikati fuq, l-ebda kont m’ għandu jittiehed tax-xkiel ikkawżat bil-pumi tal-bibien, dwal li jimmarkaw it-truf, indikaturi tad-direzzjoni, l-estremitajiet tal-bumpers ta’ wara u x-xkiel li huwa kkawżat mill-karozzerija tal-vettura simili għal dawk ikkawżati mill-elementi msemmijin hawn fuq.

    3.4.6. Proċedura tat-test

    Il-kamp viżiv għandu jkun stabbilit billi jitqieghdu sorsi qawwijin ta’ dawl fil-punti okulari u billi jigi eżaminat id-dawl li jkun qiegħed jirrifletti fuq skrin vertikali tal-monitoragg. Jistgħu jintużaw metodi oħra ekwivalenti.

    +++++ TIFF +++++

    [1] In-numri fid-diagramma.għandhom iservu biss ta’ gwida.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAL-KEE TA’ KOMPONENT

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    L-ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-INSTALAZZJONI TA’ MIRJA LI MINNHOM TISTA’ TARA FUQ WARA

    (L-Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom).

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT H U L-VERIFIKA TAL-POŻIZZJONIJIET RELATTIVI TAL-PUNTI R U H

    Il-partijiet relevanti ta’ l-Anness III mad-Direttiva 77/649/KEE huma applikabbli.

    --------------------------------------------------

    Top