EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R2116

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2116/78 tas-7 ta' Settembru 1978 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2598/70 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970

ĠU L 246, 8.9.1978, p. 7–8 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0851

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/2116/oj

31978R2116



Official Journal L 246 , 08/09/1978 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0034
Greek special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0079
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0034
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 2 P. 0123


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2116/78

tas-7 ta' Settembru 1978

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2598/70 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) ta' dan,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet murija mill-membri tal-Kumitat ta' Esperti tal-Gvern,

Billi t-tipi ta' spiża li għandhom x'jaqsmu ma' infrastrutturi tal-ferroviji għandhom jiġu speċifikati sabiex it-total ta' dawn l-ispejjeż kif ukoll dik il-parti li taqa' fuq l-impriżi tal-ferroviji ikun jista' jiġi vverifikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu Waħdieni

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2598/70 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Settembru 1978.

Għall-Kummissjoni

Richard Burke

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 4.

[2] ĠU L 278, tat-23.12.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2598/70

A. OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

"Fil-każ tal-ferroviji, l-ammonti mnaqqsa għandhom jintwerew separatament. Dawn l-amonti jista' jkollhom x'jaqsmu partikolarment mal-kumpens riċevut fir-rigward ta':

- spiża ta' infrastruttura (Regolament (KEE) Nru 1107/70 [1], l-Artikolu 3(1) (b)),

- ħlasijiet fir-rigward ta' irtirar u pensjonijiet oħrajn (Regolament (KEE) Nru 1192/69 [2], l-Artikolu 4(1)(ċ), Klassi III)."

[1] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 8.

--------------------------------------------------

Top