Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L1031

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż

    ĠU L 364, 27.12.1978, p. 1–21 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2006; Imħassar b' 32004L0022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/1031/oj

    31978L1031

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż

    Official Journal L 364 , 27/12/1978 P. 0001 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0127
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0127
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0134
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 9 P. 0134
    CS.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    ET.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    HU.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    LT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    LV.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    MT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    PL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    SK.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265
    SL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 245 - 265


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-5 ta’ Diċembru 1978

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż

    (78/1031/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekomomika Ewropea, u partikolarment l-artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li tikkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3]

    Billi fl-Istati Membri varji l-kostruzzjoni u l-metodi ta' kontroll ta’ magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż huma soġġetti għal disposizzjonijiet mandatorji li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u konsegwentement jostakolaw in-negozju f'tali strumenti; billi huwa għalhekk neċessarju li dawn id-disposizzjonijiet jiġu mqarrba;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll għal metodi ta' kontroll metroloġiku [4], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 72/427/KEE [5], stabbilixxa l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-mudell fil-KEE u l-verifika inizjali fil-KEE; billi skond dik id-Direttiva huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi li l-manifattura u t-tħaddim tal-magni awtomatiċi li l-piż u li jiggradaw il-piż għandhom jissoddisfaw sabiex jiġu importati, jitqiegħdu fuq is-suq u użati liberalment wara li jkunu għaddew mill-ispezzjonijiet rekwiżiti u li jkunu ġew provduti bil-marki u s-sinjali rekwiżiti.

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tapplika għal magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż. Dawn l-istrumenti huma definiti f'Taqsima 1 ta' l-Anness.

    Artikolu 2

    Dawk il-magni li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż li jista’ jkollhom il-marki u s-sinjali tal-KEE huma deskritti fl-Anness.

    Huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u għandhom jiġu soġġetti għall-verifika inizjali tal-KEE.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista' jrażżan, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fuq is-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż li għandhom il-marka ta' approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jew il-marka tal-verifika inizjali tal-KEE għal raġunijiet dwar il-karatteristiċi metroloġiċi tagħhom.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jissoddisfaw din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika u jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-5 ta’ Diċembru 1978.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Lahnstein

    [1] ĠU Nru C 54, 8.3.1976, p. 44.

    [2] ĠU Nru C 125, 8.6.1976, p. 43.

    [3] ĠU Nru C 197, 23.8.1976, p. 13

    [4] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 1.

    [5] ĠU Nru L 291, 28.12.1972, p. 156.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KAPITOLU I

    DEFINIZZJONIJIET U TERMINOLOĠIJA

    1. DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI

    Magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u u magni li jiggradaw il-piż jissuddividu l-artikoli f'żewġ subgruppi skond il-massa ta’ dawn l-artikoli.

    1.1. Magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż

    Magni li jissuddividu artikoli li l-massa tagħhom tvarja fuq kull naħa b’valur predeterminat li jissejjaħ il-massa nominali.

    Il-funzjoni ta’ magna li tivverifika l-piż hija li tissuddividi l-artikoli f'żewġ subgruppi skond il-valur tad-differenza bejn il-massa tagħhom u l-massa nominali.

    1.2. Magni li jiggradaw il-piż

    Magni li jissuddividu artikoli ta’ massa differenti li għalihom m'hemm l-ebda massa nominali predeterminata.

    Il-funzjoni tal-magni li jiggradaw il-piż, hawnhekk imsejħa bħala magni li jiggradaw, huwa li jikklassifikaw l-artikoli f'diversi subgruppi, kull wieħed karatterizzat minn firxa ta’ massa fissa.

    1.3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal magni awtomatiċi li jgħoddu l-prezzijiet jew li jkejlu u joħorġu l-biljetti, u magni li jiggradaw il-bajd.

    Isiru disposizzjonijiet dwar magni li jiggradaw il-piż li attrezzati b'tagħmir elettriku, li għal issa mhumiex eliġibbli għall-approvazzjoni dwar disinn tal-KEE, aktar ’il quddiem.

    2. TERMINOLOĠIJA

    2.1. Klassifiki skond il-metodu ta’ verifika tal-piż jew gradar tal-piż

    2.1.1 Magni li jissuddividu l-artikoli fi gruppi differenti li jitilqu mill-magna separatament.

    2.1.2 Magni li li jissuddividu l-artikoli billi japplikaw għal kull artikolu marka distintiva li tiddentifika l-grupp li tappartjeni għalih.

    2.1.3. Magni li jgħoddu l-artikoli f'kull grupp mingħajr separazzjoni

    2.1.4. Magni li jagħtu sinjal viżibbli jew li jinstama’ għal kull artikolu f'grupp mingħajr separazzjoni

    2.2 Klassifiki skond il-metodu ta’ tħaddim

    2.2.1 Magni kontinwi li jivverifikaw il-piż u magni li jiggradaw il-piż

    Magni b'ċaqlieq kontinwu tat-tagħbija

    Iċ-ċaqlieq tat-tagħbija għal fuq ir-reċettur tat-tagħbija huwa kontinwu, u l-informazzjoni dwar il-massa tingħata waqt dan iċ-ċaqlieq. Magni li jivverifikaw il-piż u u magni li jiggradaw il-piż mhux kontinwi

    2.2.2 Magni b'ċaqlieq mhux kontinwu tat-tagħbija

    Magni b'ċaqlieq kontinwu tat-tagħbija

    Iċ-ċaqlieq tat-tagħbija għal fuq ir-reċettur tat-tagħbija mhuwiex kontinwu, u l-informazzjoni dwar il-massa tingħata meta t-tagħbija tkun wieqfa.

    2.3 Tagħmir komponenti

    2.3.1. Sistema ta’ kejl

    2.3.1.1. Unità ta’ użin

    Tagħmir li jagħti informazzjoni dwar il-massa tat-tagħbija li għandha tiġi verifikata jew gradata. Dan it-tagħmir jista' jkun magna li tivverifika t-tagħbija mhux awtomatika, sħiħa jew parti minnha.

    Hija tikkonsisti f’reċettur tat-tagħbija, mekkaniżmu ta’ ekwilibriju, u possibbilment xi tagħmir li jindika per eżempju l-valur tal-massa tat-tagħbija jew id-differenza bejn dan il-valur u valur ta’ referenza, f'unitajiet ta’ massa.

    2.3.1.2. Tagħmir ta’ tqabbid

    Tagħmir li jagħti l-ordni biex tingħata l-informazzjoni dwar il-massa.

    2.3.1.3. Tagħmir ta' l-ipproċessar

    Tagħmir li jaqleb l-informazzjoni mill-unità tal-kejl f'sinjal, u tipproċessa dan is-sinjal sabiex tagħti ordni ta’ verifika jew ta' gradar tal-piż.

    2.3.1.4. Tagħmir ta’ indikazzjoni

    Tagħmir li jagħti mill-inqas waħda mill-informazzjonijiet li ġejjin:

    - il-massa tat-tagħbija li ġiet verifikata jew gradata

    - id-differenza bejn din il-massa u l-valur ta’ referenza

    - is-subgrupp li fih tappartjeni t-tagħbija verifikata jew gradata.

    2.3.2. Load conveyor

    Tagħmir li jċaqlaq it-tagħbija fuq u mir-reċettur tal-piż

    Jista' jifforma parti mill-unità ta' użin

    2.3.3. Tagħmir ta' settjar

    Tagħmir li jiffissa l-limiti tal-massa tas-subgruppi

    2.3.4. Tagħmir ta’ sortjar

    Tagħmir li permezz tiegħu t-tagħbija hija awtomatikament maqsuma fi gruppi fiżikament separati. Dan it-tagħmir m'għandhux għalfejn ikun parti mill-magna.

    2.3.5. Tagħmir ta’ korrezzjoni (tagħmir servo feed-back)

    Tagħmir li, skond ir-riżultati tal-verifika tal-piż, jikkorreġi awtomatikament is-settjar tal-magna li tifforma t-tagħbijiet upstream mill-magna tal-verifika tal-piż.

    2.3.6. Counter

    Tagħmir li jindika n-numru ta’ tagħbijiet li ċċaqalqu għal fuq ir-reċettur tat-tagħbija (counter taċ-ċaqlieq) jew li jindika n-numru ta’ tagħbijiet f’kull subgrupp (counters ta’ taqsim).

    2.4. It-tagħbija standard ta’ test

    It-tagħbija standard ta' test hija t-tagħbija li permezz tagħha z-zona standard ta’ indeċiżjoni (Us) tiġi testjata taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'7.2.1.1.

    2.5. Karatteristiċi metroloġiċi

    2.5.1. Punt fiss nominali

    Valur espress f'unitajiet ta' massa, issettjati minn qabel mill-operatur permezz tat-tagħmir ta' l-issettjar sabiex jiġi stabbilit il-limitu bejn is-subgruppi konsekuttivi.

    2.5.2. Punt attwali stabbilit

    Valur f'unitajiet li dwarhom jistgħu jittieħdu żewġ deċiżjonijiet dwar l-istess piż, kull waħda bl-istess probabbiltajiet

    2.5.3. Firxa ta’ settjar

    Firxa li fih punt fiss nominali jista’ jiġi aġġustat għal valur nominali fiss tal-massa tat-tagħbijiet.

    2.5.4. Intervall ta’ settjar (wisa’ ta’ subgrupp)

    Intervall, espress f'unitajiet ta' massa, bejn punti fissi nominali konsekuttivi.

    2.5.5. Żball fis-settjar

    Differenza bejn il-valur tal-punti nominali u dak fiss attwalment.

    2.5.6. Kategorija ta’ piż

    Subgrupp ta’ piżijiet li jaqgħu fi grad fiss ta' massa. B'punti fissi 'n' il-kategorija sħiħa ta’ tagħbijiet minn żero għall-infinità, hija diviża f'kategoriji ta’ piż (n + 1).

    2.5.7. Kapaċità minima

    Valur tat-tagħbija li inqas minnu l-magna ma tistax tidentifika u tikklassifika t-tagħbija korrettament fis-subgrupp li jappartjeni għalih.

    2.5.8. Zona ta’ indeċiżjoni

    Il-firxa, espressa f'unitajiet ta' massa li fihom id-deċiżjoni tal-magna hija indeterminata.

    2.5.8.1. Żona standard ta’ indeċiżjoni (Us)

    Il-firxa, pretiża mill-manifattur u espressa f'unitajiet ta' massa, li fiha l-magna tista' tieħu żewġ deċiżjonijiet differenti għal tagħbija standard ta' test u veloċità fissa ta’ tħaddim.

    2.5.8.2. Żona nominali ta' indeċiżjoni (Un)

    Skala, pretiża mill-manifattur u espressa f'unitajiet ta' massa, li fihom il-magna tista' tieħu żewġ deċiżjonijiet differenti għal prodott partikolari u veloċità ta’ tħaddim.

    2.5.8.3. Żona attwali ta' indeċiżjoni (Ua)

    Skala aċċertata mis-servizz metroloġiku u u espressa f'unitajiet ta' massa, li fihom il-magna tista' tieħu żewġ deċiżjonijiet differenti għal tagħbija standard ta' test jew għal prodott partikolari u veloċità ta’ tħaddim.

    Il-valur konvenzjonali tagħha huwa daqs 6σ (minn –3 sa + 3σ), fejn σ ikun daqs id-devjazzjoni standard.

    2.5.9. Rata ta’ verifika jew gradar ta’ piż (veloċità ta’ tħaddim)

    Numru ta’ piżijiet li t-tagħbija tagħhom ġiet verifikata jew gradata għal kull unità ta’ ħin.

    2.5.10. Tul tat-tagħbija

    Tul tat-tagħbija mkejla fid-direzzjoni li fiha miexja.

    2.5.11. Ħin ta’ kejl

    Ħin li għadda bejn il-mument meta t-tagħbija ikun kompletament fuq ir-reċettur tat-tagħbija u l-mument meta tingħata l-informazzjoni dwar it-massa.

    2.5.12. Ħin tar-rispons

    Ħin li għadda bejn il-mument meta t-tagħbija tkun kompletament fuq ir-reċettur tat-tagħbija u l-mument meta r-rispons istantaneju ta' l-unità ta' użin hija differenti mir-rispons finali b'inqas minn Un.

    KARATTERISTIĊI METROLOĠIĊI

    +++++ TIFF +++++

    KAPITOLU II

    REKWIŻITI METROLOĠIĊI

    3. ĠENERALI

    3.1. Intervall fl-iskala ta' l-unità ta' l-użin

    Meta l-unità ta’ kejl għandha tagħmir indikatriċi bi skala suddiviża f'unitajiet ta’ massa, l-intervall fl-iskala tagħha u l-intervall fl-iskala ta’ verifika tagħha għandu jkun konformi mar-rekwiżiti fil-Komunità għal-magni ta' l-użin mhux awtomatiċi.

    3.2. Żona standard massima ta' indeċiżjoni

    Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ 3.1.2. iż-żona standard ta’ indeċiżjoni (Us) ma għandhiex tkun aktar minn:

    - 1 g għal tagħbijiet ta’ massa nominali sa u inkluż 100 g,

    - 1 % għal tagħbijiet ta' massa nominali aktar minn 100 g.

    3.3. Relazzjoni bejn iż-żoni ta’ indeċiżjoni nominali u standard

    Iż-żona nominali ta’ indeċiżjoni (Un) ma għandhiex tkun inqas miż-żona standard ta’ indeċiżjoni (Us)

    4. ŻBALJI MASSIMI PERMESSI

    4.1. Żbalji massimi permessi fuq approvazzjoni dwar disinn tal-KEE

    4.1.1. Unità ta' l-użin

    Meta l-unità ta' l-użin għandha tagħmir indikatriċi bi skala suddiviża f'unitajiet ta’ massa, hija titqies bħala magna ta’ kejl mhux awtomatika u għandha tikkonforma, permezz ta' testjar statiku, mar-rekwiżiti tal-Komunità rigward żbalji massimi permessi għal dawn il-magni.

    4.1.2. Żona attwali ta' indeċiżjoni (Ua)

    Iż-żona jew żoni attwali ta’ indeċiżjoni determinati waqt it-testijiet mwettqa skond il-Kapitolu V, m'għandhomx jeċċedu 0.8 drabi ż-żona standard ta’ l-indeċiżjoni (Us).

    4.1.3. Żball fis-settjar

    Iż-żball fis-settjar m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni

    4.1.4. Varjazzjoni tal-punt fiss attwali bil-ħin

    Il-varjazzjoni tal-punt fiss attwali m'għandux jeċċedi ż-0.5 drab taż-żona ta’ indeċiżjoni fi żmien tmien sigħat ta’ tħaddim.

    4.1.5. Varjazzjoni tal-punt fiss attwali bit-temperatura

    Il-varjazzjoni tal-punt fiss attwali m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni għal differenza fit-temperatura ta’ 5ºĊ.

    4.1.6. Effett ta' loading eċċentriku

    Jekk huwa possibbli li t-tagħbijiet jitqiegħdu eċċentrikament, id-differenza massima bejn il-valuri tal-mases meħtieġa sabiex tintlaħaq il-pożizzjoni ta’ ekwilibriju f'tagħbija ugwali għall-kapaċità minima m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona standard ta’ indeċiżjoni kull fejn it-tagħbijiet jitqiegħdu fuq ir-reċettur tal-piż.

    4.2. Żbalji massimi permessi fuq il-verifika inizjali tal-KEE

    4.2.1. Unità ta' l-użin

    Meta l-unità ta' l-użin għandha tagħmir indikatriċi bi skala suddiviża f'unitajiet ta’ massa, hija titqies bħala magna ta’ l-użin mhux awtomatika u għandha tikkonforma, permezz ta' testjar statiku, mar-rekwiżiti tal-Komunità dwar żbalji massimi permessi għal dawn il-magni.

    4.2.2. Żona attwali ta' indeċiżjoni (Ua)

    Iż-żona jew żoni attwali ta’ indeċiżjoni determinati waqt it-testijiet mwettqa skond il-Kapitolu V, m'għandhomx jeċċedu ż-0.8 drabi ż-żona standard ta’ l-indeċiżjoni (Us).

    4.2.3. Żball fis-settjar

    Iż-żball fis-settjar m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni

    4.2.4. Varjazzjoni tal-punt fiss attwali bil-ħin

    Il-varjazzjoni tal-punt fiss attwali m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni fi żmien tmien sigħat ta’ tħaddim.

    4.2.5. Varjazzjoni tal-punt fiss attwali bit-temperatura

    Il-varjazzjoni tal-punt fiss attwali m'għandux jeċċedi ż-0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni għal differenza fit-temperatura ta’ 5ºĊ.

    4.3. Żbalji massimi permessi fis-servizz

    4.3.1. Unità ta' l-użin

    Meta l-unità ta' l-użin għandha tagħmir indikatriċi bi skala suddiviża f'unitajiet ta’ massa, hija titqies bħala magna ta’ kejl mhux awtomatika u għandha tikkonforma, permezz ta' testjar statiku, mar-rekwiżiti tal-Komunità dwar żbalji massimi permessi għal dawn il-magni.

    4.3.2. Żona attwali ta' indeċiżjoni (Ua)

    Iż-żona ta’ indeċiżjoni determinata waqt it-testijiet mwettqin skond il-Kapitolu V, m'għandhiex teċċedi ż-żona standard ta’ l-indeċiżjoni (Us).

    4.3.3. Żball fis-settjar

    Iż-żball fis-settjar m'għandux jeċċedi 0.5 drabi taż-żona ta’ indeċiżjoni

    5. KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' L-IŻBALJI MASSIMI PERMISSIBBLI

    5.1. Kondizzjonijiet normali ta’ l-użu

    5.1.1. Massa tat-tagħbijiet

    It-massa tat-tagħbijiet għandha tkun ġewwa l-iskala bejn il-kapaċità minima u massima tal-magna.

    5.1.2. Kapaċità minima

    Il-kapaċità minima m'għandhiex tkun inqas minn:

    25 Un for Un ≤ 200 mg

    50 Un for 200mg < Un ≤ 500 mg

    100 Un for 500 mg < Un

    5.1.3. Ħin ta’ kejl

    Il-ħin ta’ kejl għandu jkun ikbar minn jew daqs il-ħin ta’ risposta u inqas jew daqs il-ħin meta t-tagħbija huwa kompletament fuq ir-reċetttur tal-piż.

    Iżda l-awtorità kompetenti tista' ma tagħmilx dan ir-rekwiżit fejn jippermettu l-prinċipji tal-kostruzzjoni u/jew tħaddim tal-magna.

    Għall-veloċitajiet kollha inqas jew daqs il-veloċità massima ta’ tħaddim, iż-żball fis-settjar u ż-żona ta’ indeċiżjoni għandu jibqa' inqas minn jew daqs il-valuri speċifikati fit-Taqsima 4.

    5.2. Fatturi li jinfluwixxu

    5.2.1. Temperatura

    Il-magni għandhom jikkonformaw, mar-rekwiżiti tat-Taqsima 4 fit-temperaturi kollha virtwalment kostanti fi skala ta’ mill-inqas 25ºĊ.

    Meta l-magna hija magħmula li topera f'kondizzjonijiet fejn it-temperatura hija kkontrollata, l-iskala tat-temperatura tista’ titnaqqas għal 10ºĊ.

    It-temperatura titqies virtwalment kostanti fejn hemm konformità ma’ waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

    - id-differenza bejn iż-żewġ temperaturi estremi reġistrati waqt it-test ma teċċedix il-5º Ċ.

    - It-tibdil fit-temperatura f'ħames minuti ma’ jeċċedix il-1ºĊ.

    5.2.2. Provvista ta’ enerġija

    Il-punt fiss attwali u ż-żona ta’ indeċiżjoni (Ua) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 4 għal dawn il-varjazzjonijiet fil-provista ta’ enerġija:

    Minn – 15% sa + 10% tal-vultaġġ nominali u

    Minn – 2% sa + 2% tal-frekwenza nominali

    5.2.3. Fatturi oħra li jinfluwixxu

    Magni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsima 4 meta jiġu sottomessi għall-effetti tal-fatturi li jinfluwenzaw għajr dawk li hemm referenza għalihom f'5.2.1 u 5.2.2 u li jirriżultaw mill-kondizzjonijiet ta' l-istallazzjoni tagħhom u l-użu maħsub għalihom.

    KAPITOLU III

    ĦTIĠIET TEKNIĊI

    6. ĠENERALI

    6.1. L-adekwatezza għall-użu

    Il-magni għandhom jiġu ddiżinjati biex ikunu xierqa għall-użu maħsub tagħhom u għandhom ikunu ta' kostruzzjoni attenta u robusta.

    6.2. Malaġġustamenti inċidentali

    Il-Magni għandhom ikunu mibnija b'tali mod li malaġġustamenti li x'aktarx jiddisturbaw it-tħaddim tagħhom ma jistgħux normalment iseħħu mingħajr ma l-effett jinkixef faċilment.

    6.3. Damper ta' l-oxxillazzjoni (dashpot)

    Dampers ta' oxxillazzjoni li l-karatteristiċi tagħhom huma effettwati bi bdil fit-temperatura sa grad li t-twettieq u l-eżattezza tal-magni tkun lil hinn mit-tolleranzi preskritti għandu jkollhom apparat awtomatiku ta' kumpens.

    Sinjal għandu jindika meta l-apparat huwa f'temperatura korretta.

    Id-damper ta' oxxillazzjoni m'għandux ikun faċilment aċċessibbli għal persuni mhux awtorizzati.

    6.4. It-trasportatur

    Jekk it-trasportatur jinkludi ċineg, tapes, jew ktajjen, intiżi biex jgħaddu tagħbijiet lir-riċevitur tat-tagħbija, u jekk iċ-ċineg, it-tapes, jew il-ktajjen ikollhom tagħmir li jirregola t-tensjoni, it-tagħmir m'għandux ikun aċċessibbli faċilment jekk l-aġġustament tat-tensjoni jista' jaffetwa l-informazzjoni li tirrigwarda l-massa provduta mill-unità ta' l-użin.

    6.5. L-illivellar

    6.5.1. Il-magni għandhom jinżammu f'pożizzjoni livell.

    6.5.2. Jekk il-magni jistgħu jiġu spustjati, għandu jkollhom tagħmir ta' livellar u indikatur ta' livell jew jikkonformaw mal-ħtiġiet fis-Sezzjoni 4 meta mxeqilba bit-tul jew trasversament sa 5%.

    6.5.3. Meta jingħata indikatur ta' livell biex jikkonforma ma' 6.5.2, is-sensittività ta' l-indikatur ta' livell għandha tkun tali li l-parti tiegħu ta' indikazzjoni li tiċċaqlaq turi spustament ta' mill-inqas 2 mm għal xeqliba ta' 0.5%

    6.6. Apparat li jaġġusta l-ekwilibriju u apparat ta' stabilizzazzjoni

    Għandu jkun possibbli li l-kontrolli ta' kemm l-apparat li jaġġusta l-ekwilibriju kif ukoll l-apparat ta' stabilizzazzjoni jiġu aġġustati sa mill-inqas kwart taż-żona nominali ta' indeċiżjoni, kemm jekk il-magna tkun mgħobbija u kemm jekk le, skond il-metodu tagħha ta' tħaddim.

    6.7. Masses li jistgħu jinqalgħu

    Masses li jistgħu jinqalgħu għandhom ikunu jew piżijiet ta' l-ogħla klassijiet jew il-klassijiet medji ta' eżattezza skond il-ħtiġiet Komunitarji jew masses iddiżinjati għall-iskop distingwibbli mill-forma minn dawn it-tagħbijiet u identifikati mal-magna.

    6.8. Immarkar ta' deskrizzjoni

    6.8.1. Marki obbligatorji

    Il-magni għandu jkollhom il-marki li ġejjin:

    —il-marka ta' identifikazzjoni tal-manifattur, |

    —il-marka ta' identifikazzjoni ta' l-importatur, jekk applikabbli, |

    —in-numru konsekuttiv u d-deskrizzjoni tat-tip tal-magna, |

    —is-sinjal ta' approvazzjoni KEE, |

    —il-kapaċità massima | mass:… |

    —il-kapaċità minima | min:… |

    —iż-żona nominali ta' indeċiżjoni | Un… |

    —il-veloċità ta' tħaddim | …numru ta' tagħbijiet fil-minuta |

    —iż-żmien biex jidher l-effett | t…s |

    —interval ta' l-iskala ta' verifika ta' l-unità ta' l-ippeżar skond il-ħtiġiet Komunitarji għal magni ta' l-użin mhux awtomatiċi |

    —limiti tat-temperatura | …̊C/… ̊C |

    —vultaġġ ta' fornitura elettrika | … V |

    —frekwenza ta' fornitura elettrika | … Hz |

    —marka ta' identifikazzjoni fuq partijiet tal-magna li mhumiex imqabbda direttament ma' l-unità ewlenija. |

    6.8.2. Immarkar supplimentari.

    Skond l-użu partikolari tal-magna, tista' tkun meħtieġa marka supplimentari waħda jew iktar fuq approvazzjoni tal-mudell KEE mis-servizz metroloġiku li joħroġ iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell KEE.

    6.8.3. Preżentazzjoni ta' marki deskrittivi.

    L-immarkar deskrittiv għandu jkun li ma jistax jitneħħa u jkollu daqs, forma u ċarezza li tippermetti qari faċli taħt il-kondizzjonijiet normali ta' użu tal-magna.

    Għandu jkun miġbur flimkien f'post li jidher faċilment fuq il-magna, jew fuq pjanċa deskrittiva mwaħħla ħdejn l-apparat ta' indikazzjoni jew fuq l-apparat proprju ta' indikazzjoni.

    Għandu jkun possibbli li l-pjanċa li jkollha l-marki tkun ssiġillata, sakemm ma tistax titneħħa mingħajr ma tkun distrutta.

    6.8.4. Ittimbrar

    Il-pjanċa ta' deskrizzjoni tista' tinkludi spazju għall-ittimbrar. Jekk ma tinkludix spazju għall-ittimbrar, apparat iddiżinjat għal dan l-iskop għandu jkun provdut fil-viċinanza tagħha.

    KAPITOLU IV

    KONTROLLI METROLOĠIĊI

    Approvazzjoni dwar disinn tal-KEE u verifika inizjali tal-KEE ta’ magni awtomatiċi li jivverifikaw il-piż u li jiggradaw il-piż għandhom jiġu eżegwiti skond id-Direttiva 71/316/KEE. Uħud minn dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati f’dan il-Kapitolu.

    7. APPROVAZZJONI TA' DISINN TAL-KEE

    7.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tal-KEE

    L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn magna tad-disinn konċernat u mill-informazzjoni u d-dokumenti segwenti:

    7.1.1. Karatteristiċi metroloġiċi:

    - karatteristiċi speċjali ta’ l-unità ta’ użin

    - veloċità massima ta’ tħaddim skond il-veloċità tal-conveyor tat-tagħbija u t-tul tat-tagħbija,

    - karatteristiċi elettriċi tal-komponenti tas-sistema ta’ kejl

    7.1.2. Dokumenti deskrittivi

    - tpinġijiet ta' l-arranġament ġenerali

    - ritratti u, fejn neċessarju, tpinġijiet jew mudelli ta’ dettalji ta’ interess metroloġiku.

    - Dijagrammi skematiċi li juru l-mod ta’ operazzjoni u deskrizzjoni teknika tal-magna

    7.2. Eżami għall-approvazzjoni ta' disinn tal-KEE

    7.2.1. Testjiet għall-approvazzjoni ta' disinn tal-KEE

    Il-magni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti metroloġiċi speċifikati fit-taqsimiet 3, 4.1 u 5 b'referenza għaż-żona standard ta’ indeċiżjoni (Us) għal piżijiet standard tat-test fil-firxa tagħhom ta’ tħaddim, i.e. bejn il-kapaċità minima u massima u l-veloċitajiet minimi u massimi.

    Magni li jistgħu jkollhom diversi punti fissi nominali għandhom jiġu ttestjati b'għall-inqas żewġ punti nominali fissi.

    Tagħbija standard tat-test

    Meta jsiru t-testijiet għall-approvazzjoni dwar disinn tal-KEE, għandha tintuża tagħbija standard tat-test.

    It-tagħbija standard tat-test għandha tikkonforma ma' dawn il-kondizzjonijiet:

    —massa ‘m’ | = mass, min u ½(mass+min) |

    —tul ‘T’ (ċm) | = 3m (grammi) ± 20% |

    —Għoli (Għ) | = L2 |

    —massa kostanti—materjal solidu—materjal mhux iġroskopiku—materjal mhux elettrostatiku—għandu jiġi evitat il-kuntatt ta' metall ma' metall |

    7.2.1.1. Testijiet statiċi

    7.2.1.1.1. Testijiet b'tagħbijiet eċċentriċi

    Jekk huwa possibbli li t-tagħbijiet eċċentrikament jitqiegħdu fuq ir-reċettur tat-tagħbijiet, għandu jsir test b'tagħbija daqs il-kapaċità minima u mqiegħda suċċessivament fi kwalunkwe pożizzjoni fuq ir-reċettur tat-tagħbijiet. L-iżbalji massimi permissibbli huma speċifikati f'4.1.6.

    7.2.1.1.2. Testijet speċjali għal magna b'unità ta’ użin li tikkonsisti f'magna self-contained mhux awtomatika.

    L-unità ta' l-użin tal-magna għandha tgħaddi mit-testijiet ta’ sensitività, mobilità u preċiżjoni speċifikati fir-rekwiżiti tal-Komunità għal magni ta' l-użin mhux awtomatiċi.

    L-iżbalji massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess bħal dawk għall-magni ta’ l-ippeżar mhux awtomatiċi skond l-intervall tal-verifika ta’ l-iskala u l-preċiżjoni tal-klassi.

    7.2.1.2. Kejl ta’ ħin ta’ risposta

    Il-ħin ta’ risposta għandu jitkejjel taħt kondizzjonijiet ta’ test stabbli liberi minn effetti ta’ fatturi ta’ influwenza żejda. Il-valuri akkwistati m'għandhomx ikunu akbar mill-valuri murija fil-marki deskrittivi.

    Id-data msemmija f'7.1.1. dwar il-veloċità massima ta' l-operat u t-tul tat-tagħbija għandu jkun kompatibbli mal-valuri akkwistati għall-ħin tar-risposta.

    7.2.1.3. Test taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali

    7.2.1.3.1. Żona ta’ indeċiżjoni u żball fis-settjar

    It-testijiet għandhom isiru skond il-metodu Ċ deskritt f'10.3 tal-Kapitolu V.

    7.2.1.3.2. Varjazzjoni tal-punt attwali fiss bil-ħin

    Dawn it-testijiet għandhom isiru b'piżijiet standard tat-test mingħajr ma jinbidlu s-settings tal-magna u mingħajr ma jiġu varjati l-fatturi ta’ influwenza, u għandhom jiġu ripetuti kemm-il darba matul perijodu ta’ tmien sigħat ta’ operat. Metodi ta’ kejl elettriċi jistgħu jintużaw waqt it-testijiet sabiex jinkisbu r-riżultati.

    7.2.1.3.3 Varjazzjoni tal-put attwali fiss mat-temperatura

    Dawn it-testijiet għandhom isiru b'piżijiet standard tat-testijiet mingħajr ma jinbidlu s-settings tal-magna u mingħajr ma jiġu varjati l-fatturi influwenti ħlief it-temperatura; għandhom jiġu ripetuti kemm-il darba fil-grad ta’ temperaturi indikati mill-manifattur. Jistgħu jintużaw metodi ta’ kejl elettriċi waqt dawn it-testijiet sabiex jiġu akkwistati r-riżultati. L-iżbalji massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess bħal dawk għall-magni ta’ użin mhux awtomatiċi skond l-intervall fuq l-iskala tagħhom ta’ verifika u l-klassi ta’ preċiżjoni tagħhom

    7.2.2. Testijiet għall-konformità mar-rekwiżiti tekniċi.

    Għandu jkun possibbli minn dawn it-testijiet li jiġi stabbilit li l-magni jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi speċifikati fil-Kapitolu III.

    7.2.3. Disposizzjoni ta’ mezzi ta’ testjar

    Għall-iskopijiet tat-testjar, is-servizz metroloġiku jista’ jitlob lill-applikant it-tagħbijiet standard tat-test, l-ekwipaġġ tal-maniġġjar, il-ħaddiema xierqa kkwalifikati u l-magni meħtieġa tal-kontroll.

    7.2.4. Post tat-testjar

    Il-magni sottomessi għall-approvazzjoni dwar disinn jistgħu jiġu ttestjati:

    - jew fil-post tas-servizz metroloġiku li lilu ġiet sottomessa l-applikazzjoni, jew

    - f'kwalunkwe post ieħor xieraq miftiehem bejn is-servizz metroloġiku konċernat u l-applikant.

    8. VERIFIKA INIZJALI TAL-KEE

    8.1. Testijiet inizjali ta’ verifika tal-KEE

    Il-magni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsimiet 3, 4.2, 5 u 6 b'referenza għaż-żona nominali ta’ indeċiżjoni (Un) għal prodott fiss jew prodotti fissi fil-grad ta’ tħaddim, i.e. bejn il-kapaċità minima u massima u l-veloċitajiet minimi u massimi.

    Verifika inizjali tal-KEE titwettaq mis-servizz metroloġiku kompetenti fi stadju jew tnejn.

    8.1.1. Testijiet ta’ l-ewwel stadju

    Isiru testijiet statiċi skond 7.2.1.1.

    8.1.2. Testijiet tat-tieni stadju

    Iż-żona ta’ indeċiżjoni u l-iżball tas-settjar għandhom jiġu verifikati b'waħda mill-metodi deskritti fil-Kapitolu V bil-prodotti li għalihom il-magna hija maħsuba. F'kull każ, wieħed mit-testijiet għall-inqas għandu jkun b'kapaċità minima.

    Il-Metodu Ċ ikun il-metodu referent f'każ ta’ tilwima.

    8.2. Disposizzjoni ta’ mezzi ta’ testjar

    Għall-għanijiet tat-testjar, is-servizz metroloġiku jista’ jitlob mill-applikant it-tagħbijiet tat-test, l-ekwipaġġ ta' maniġġar, il-ħaddiema xierqa kkwalifikati u l-magni meħtieġa tal-kontroll.

    8.3. Post ta’ verifika inizjali tal-KEE

    L-ewwel stadju jista’ jitwettaq f'workshop jew kwalunkwe post iħeor xieraq miftiehem mas-servizz metroloġiku konċernat; it-tieni stadju għandu jitwettaq fil-post ta' l-istallazzjoni.

    Jekk il-verifika inizjali tal-KEE titlesta fi stadju wieħed, għandha ssir fil-post ta’ l-istallazzjoni.

    9. ISPEZZJONI WAQT IS-SERVIZZ

    9.1. Testijiet waqt is-servizz

    Jekk huwa maħsub li jsiru testjiet waqt is-servizz, jgħodd l-4.3.

    KAPITOLU V

    METODI TAT-TESTJAR

    10.1 METODU INKREMENTALI (METODU A)

    10.1.1. Proċedura

    10.1.1.1. Jintuża tagħbija tat-test, daqs it-tagħbija mixtieqa

    10.1.1.2. Aġġusta l-punt fiss li għandu jiġi ttestjat sabiex sinjal ‘warrab' jidher dejjem waqt użin ‘n’.

    Fejn magna għandha żewġ punti fissi jew aktar u jekk l-intervall fis-settjar huwa żgħir, il-punt jew punti fissi għandhom ikunu 'l bogħod mill-punt li qed jiġi ttestjat biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ interferenza waqt it-testijiet.

    10.1.1.3. Żid it-tagħbija b'żieda approssimattiva ta' wieħed minn għaxra taż-żona nominali ta’ indeċiżjoni (Un) kif muri fuq il-magna u għaddi t-tagħbija minn fuq il-magna għal ‘n’ drabi.

    10.1.1.4. Kompli t-test billi ż-żid it-tagħbija tat-test b'żidiet singoli sakemm is-sinjal "aċċetta" jidher għall-inqas darba waqt ‘n’ kejliet.

    10.1.1.5. Kompli t-test billi ż-żid it-tagħbija tat-test b'żidiet singoli sakemm is-sinjal "aċċetta" jidher dejjem matul ‘n’ kejliet.

    10.1.1.6. Kompli għal diversi żidiet fit-tagħbija lil hinn minn hawn

    10.1.1.7. Ikteb r-riżultati f'tabella

    10.1.1.8. Irrepeti l-proċedura tat-test bl-istess tagħbijiet tat-test billi tnaqqas it-tagħbijiet b'nuqqasijiet singoli, jew bl-użu tat-tagħbijiet bl-addoċċ.

    Jekk tintuża l-proċedura bl-addoċċ, tinħtieġ tagħbija tat-test għal kull żieda.

    10.1.1.9. Ikteb ir-riżultati f'tabella

    10.1.2. Kalkoli

    10.1.2.1. Mir-riżultati akkwistati kkalkola, bħala perċentwal, in-numru ta’ twarrib u ta’ aċċettazzjonijiet.

    10.1.2.2. Fuq karta aritmetika ta’ probabbiltà ddisinja r-relazzjoni bejn it-tagħbijiet inkrementali u l-preċentwal imwarrab.

    10.1.2.3. Mil-linja dritta li għandu jirriżulta għażel intervall konvenjenti fuq kull naħa tal-punt ta’ 50% (il-valuri ta’ l-intervalli 2,275% - 50% u 50% - 97,752% jikkorrespondu għal 2σ).

    10.1.2.4 Aqra l-intervall tat-massa li jikkorrispondi għal dawn il-punti

    10.1.2.5. Intervall tat-massa diviż bejn tnejn jagħti valur ta’ σ.

    10.1.2.6. Il-valur konvenzjonali taż-żona ta’ indeċiżjoni (6σ) issa jista’ jiġi stmat.

    10.1.2.7. Il-valur tal-punt 50% (il-punt fin-nofs taż-żona ta’ indeċiżjoni) huwa l-valur tal-punt fiss attwali.

    10.1.2.8. L-iżball fis-settjar huwa d-differenza bejn il-punt fiss nominali u l-valur tal-punt fiss attwali akkwistat.

    10.2. METODU ’L FUQ U ’L ISFEL (METODU B)

    10.2.1. Proċedura

    10.2.1.1. Tingħazel tagħbija tat-test. Il-valur tagħha għandha tkun inqas minn dak tal-punt fiss b'approssimattivament ħames darbiet iż-żona nominali ta’ indeċizjoni (Un)

    10.2.1.2. Jintgħażel valur taż-żieda bażika fit-tagħbija ‘d’. Dan għandu jkun ta' l-ordni Un/4 fejn Un huwa l-valur nominali ta’ indeċiżjoni kif jidher fuq il-plakka deskrittiva tal-magna. (Din it-tagħbija għandha tkun ta’ valur xieraq biex tippermetti l-użu ta’ piżijiet standard u biex tissimplifika l-kalkoli p.e. 10, 20, 50, 100, 200, 500).

    10.2.1.3. It-tagħbija tat-test imbagħad tgħaddi u terġa’ tgħaddi fuq il-magna, wara li tiżdied kif xieraq bejn kull mogħdija sabiex it-tagħbija tat-test u t-tagħbija miżjuda, li għandu massa totali Mo, jaqa’ fiż-żona ta’ indeċiżjoni mal-punt fiss magħżul. Il-magna issa hija lesta biex jibda r-reġistrar tar-riżultati.

    10.2.1.4. It-testjar ikompli kif ġej:

    It-tagħbija ta' Mo titgħadda minn fuq il-magna li tivverifika l-piż. Jekk jidher sinjal ‘warrab' it-tieni test jirrepeti l-proċess b'piż ta’ Mo + d; iżda jekk jidher sinjal ‘aċċetta’, it-tieni test jikkonsisti f'mogħdija ta’ piż Mo - d.

    Dan il-metodu ta’ testjar jikkonsisti fiż-żieda jew tnaqqis tal-valur ‘d’ skond ir-riżultat tal-verifika tat-tagħbija ripetutament sakemm jinkiseb in-numru rekwiżit ta’ mogħdijiet.

    10.2.1.5. Ir-riżultati miksuba għandhom jiġu reġistrati f'karta tat-test fil-forma murija f'10.2.3.

    Kull linja orizzontali fuq it-tabella tikkorrispondi għal valur partikolari ta’ tagħbija Mo ± id, in-numru totali ta’ singijiet li jkopri l-wesgħa taż-żona ta’ indeċiżjoni. Ir-riżultati ta’ kull mogħdija li ssir jiġu entrati fuq il-karta f'forma ta’ kodiċi; huwa ssuġġerit illi tintuża ‘X’ fejn titwarrab it-tagħbija u tintuża ‘O’ fejn tiġi aċċettat.

    10.2.2. Kalkoli

    10.2.2.1. Żona ta’ indeċiżjoni

    +++++ TIFF +++++

    Ix-’X’-jiet u l-’O’-jiet fuq kull linja Mo ± id huma totalizzati: in-numru ‘Nx’ ta’ ‘X’ u n-numru ‘No’ ta’ ‘O’ huma għal-linji kollha totalizzati b'dan il-mod.

    Meta jsiru l-kalkoli jintuża s-set bit-total numerikament iżgħar, jew ir-riżultati X jew ir-riżultati O, ladabra kwalunkwe sett ta’ riżultati jagħti approssimattivament l-istess informazzjoni statistika.

    Iż-żona ta’ indeċiżjoni tiġi kkalkolata bl-użu ta’ din il-formula.

    U

    = 9,72d

    NB - A

    N

    2 + 0,029

    fejn:

    d = żieda fit-tagħbija ta' l-istadju (Un/4, ara 10.2.1.2),

    i = numru ta’ żidiet fi-tagħbija

    ni = numru ta’ riżultati kkunsidrati fuq linja i

    N = total ta’ numru ta’ riżultati użati (l-iżgħar fost No jew Nx)

    A ∑ i·n

    i

    B ∑ i

    ·n

    i

    10.2.2.2. Punt fiss (2.5.2).

    Il-punt fiss jiġi kkalkolat billi tintuża l-formula li ġejja:

    m = M

    + d

    A

    N

    1

    2

    Is-sinjal tal-plus għandu jintuża fejn il-kalkolu huwa bbażat fuq twarrib (X) u s-sinjal tal-minus fejn il-kalkolu huwa bbażat fuq aċċettazzjonijiet (O).

    L-iżball ta' l-issettjar imbagħad jinħadem bħala d-diferenza bejn il-punt fiss attwali m (miksub bil-kalkolu muri fuq) u l-punt fiss nominali.

    10.2.2.3. Devjazzjoni standard tal-valuri kkalkolati.

    10.2.2.3.1. Żona ta’ indeċiżjoni (Ua)

    Id-devjazzjoni standard tal-varjat Ua (kif miksub f'10.2.2.1) jista’ jiġi stmat mill-formula:

    S

    =

    H U

    N

    d

    U

    a skond it-tabella murija f'10.2.2.3.1.1.

    Il-metodu matematiku li bih tiġi kkalkolata ż-żona huwa validu biss għal:

    13

    10.2.2.3.1.1. d

    U

    a huma:

    d/Ua: | 0,1 | 0,13 | 0,17 | 0,20 | 0,23 | 0,27 | 0,30 | 0,33; |

    H: | 1,6 | 1,47 | 1,38 | 1,32 | 1,30 | 1,25 | 1,25 | 1,25. |

    10.2.2.3.2. Żball tas-setting

    Id-devjazzjoni standard tal-varjant m (kif miksub f'10.2.2.2) jista’ jiġi stmat mill-formula

    S

    =

    G U

    N

    d

    U

    a skond it-tabella murija f'10.2.2.3.2.1.

    Il-metodu matematiku biex jiġi kkalkolat il-punt fiss huwa validu biss għal

    13

    10.2.2.3.2.1. d

    U

    a huma:

    d/Ua: | 0,1 | 0,13 | 0,17 | 0,20 | 0,23 | 0,27 | 0,30 | 0,33; |

    G: | 0,95 | 0,98 | 1 | 1,02 | 1,05 | 1,08 | 1,1 | 1,12. |

    10.2.3 Karta tat-test

    +++++ TIFF +++++

    10.3. METODU QUANTAL ASSAY (METODU Ċ)

    Jekk dan il-metodu jintuża għall-approvazzjoni dwar disinn tal-KEE, il-magna għandha topera b'piżijiet standard li jissimulaw linja ta’ produzzjoni. Għal raġunijiet prattiċi, is-servizz metroloġiku konċernat jista’ b'mod eċċezzjonali jwettaq dan it-test fuq linja ta’ produzzjoni bil-prodotti li għalih hija maħsuba l-magna.

    10.3.1. Proċedura

    10.3.1.1. Ħu l-valur taż-żona nominali ta’ indeċiżjoni (Un) kif jidher fuq il-magna.

    10.3.1.2. Ikkalkola l-massa tat-tagħbijiet tat-test (sebgħa b'kollox) li għandhom jintużaw biex tinfetaħ ż-żona ta’ indeċiżjoni; it-massa tat-tagħbijiet tat-test jinkiseb hekk:

    m1,7= A ± 1,645 B6 | m2,6= A ± 1,282 B6 | m3,5= A ± 1,842 B6 | m4= A |

    fejn:

    A 2

    B =

    H - L

    H u L huma l-valuri approssimati tat-massa fil-limit taż-żona ta’ indeċiżjoni għal punt fiss.

    10.3.1.3. Żgura li t-tagħbijiet tat-test ikopru ż-żona ta’ indeċiżjoni għall-punt fiss li qed jiġi ttestjat.

    10.3.1.4. Għaddi kull piż tat-test minn fuq il-magna 50 darba u kompli f'każ taż-żweġ eħfef u ż-żewġ itqal piżijiet sakemm jiġu kkompletati 200 mogħdija.

    It-tagħbijiet tat-test għandhom jitgħaddew każwalment. Iżda t-tagħbijiet fl-estremi opposti taż-żona ta’ indeċiżjoni għandhom isegwu lil xulxin konsekutivament, separati minn interval ta’ żmien li jikkorrispondi għall-tħaddim ta’ veloċità użat waqt it-test.

    10.3.2. Ittabbella r-riżultati

    10.3.2.1. Qassar ir-riżultati u qassam kif muri f'Tabella 1

    10.3.2.2. Ikseb il-valuri ta’ nw u nwy mit-Tabelli 2 u 3 għal n = 50 u r = 200 rispettivament. Qassar il-kolonni 5 u 6.

    10.3.2.3. n

    w

    x

    i2, u niwixiyi u qassar il-kolonni 7, 8 u 9.

    10.3.2.4. Mit-totali fit-Tabella 1 ikkalkola l-valuri għall-istimi tal-punt fiss

    +++++ TIFF +++++

    u l-istima taż-żona ta’ indeċiżjoni

    +++++ TIFF +++++

    kif jidher f'10.3.3.

    10.3.2.5. TABELLA 1

    Kolonna 1 | Kolonna 2 | Kolonna 3 | Kolonna 4 | Kolonna 5 | Kolonna 6 | Kolonna 7 | Kolonna 8 | Kolonna 9 |

    x | n | r | i | nw | nwy | nwx | nwx2 | nwxy |

    x1 | n1 | r1 | 1 | n1w1 | n1w1y1 | n1w1x1 | n1w1x12 | n1w1x1y1 |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    xi | ni | ri | i | niwi | niwiyi | niwixi | niwixi2 | niwixiyi |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    . | . | . | . | . | . | . | . | . |

    xk | nk | rk | k | nkwk | nkwkyk | nkwkxk | nkwkxk2 | nkwkxkyk |

    | | | | ∑1kniwi | ∑1kniwiyi | ∑1kniwixi | ∑1kniwixi2 | ∑1kniwixiyi |

    Fejn

    xi = piż inkrementali

    ni = numru ta’ mogħdijiet (50 jew 200)

    ri = numru ta’ drabi li ġiet aċċettata xi

    10.3.3. Is-segwenti jiġu kkalkolati mit-totali mogħtija f'Tabella 1

    x

    =

    ∑n

    w

    x

    ∑n

    w

    y

    =

    ∑n

    w

    y

    ∑n

    w

    S

    =

    ∑n

    w

    x

    ∑n

    w

    S

    =

    ∑n

    w

    x

    ∑n

    w

    y

    b =

    SnwxySnwxx

    Imbagħad l-istima

    +++++ TIFF +++++

    tal-punt fiss M huwa mogħti minn:

    +++++ TIFF +++++

    L-istima

    +++++ TIFF +++++

    taż-żona ta’ indeċiżjoni Ua huwa ottenut b'

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 2

    n = 50

    r | nw | nwy |

    0 [1] | 3,588 | – 8,346 |

    1 | 5,981 | – 12,282 |

    2 | 9,669 | – 16,928 |

    3 | 12,580 | – 19,559 |

    4 | 15,015 | – 21,097 |

    5 | 17,111 | – 21,929 |

    6 | 18,947 | – 22,263 |

    7 | 20,574 | – 22,226 |

    8 | 22,024 | – 21,902 |

    9 | 23,325 | – 21,351 |

    10 | 24,494 | – 20,614 |

    11 | 25,516 | – 19,726 |

    12 | 26,492 | – 18,711 |

    13 | 27,342 | – 17,591 |

    14 | 28,104 | – 16,380 |

    15 | 28,784 | – 15,094 |

    16 | 29,386 | – 13,744 |

    17 | 29,915 | – 12,339 |

    18 | 30,374 | – 10,888 |

    19 | 30,767 | – 9,399 |

    20 | 31,096 | – 7,878 |

    21 | 31,363 | – 6,332 |

    22 | 32,569 | – 4,766 |

    23 | 31,715 | – 3,185 |

    24 | 31,802 | – 1,595 |

    25 | 31,831 | 0 |

    26 | 31,802 | 1,595 |

    27 | 31,715 | 3,185 |

    28 | 31,569 | 4,766 |

    29 | 31,363 | 6,332 |

    30 | 31,096 | 7,878 |

    31 | 30,767 | 9,399 |

    32 | 30,374 | 10,888 |

    33 | 29,915 | 12,339 |

    34 | 29,386 | 13,744 |

    35 | 28,784 | 15,094 |

    36 | 28,104 | 16,380 |

    37 | 27,342 | 17,591 |

    38 | 26,492 | 18,711 |

    39 | 25,546 | 19,726 |

    40 | 24,494 | 20,614 |

    41 | 23,325 | 21,351 |

    42 | 22,024 | 21,902 |

    43 | 20,574 | 22,226 |

    44 | 18,947 | 22,263 |

    45 | 17,111 | 21,929 |

    46 | 15,015 | 21,097 |

    47 | 12,580 | 19,559 |

    48 | 9,669 | 16,928 |

    49 | 5,981 | 12,282 |

    50 [1] | 3,588 | 8,346 |

    TABELLA 3

    n = 200

    r | nw | nwy |

    0 [2] | 4,831 | – 13,560 |

    1 | 8,406 | – 21,650 |

    2 | 14,350 | – 33,384 |

    3 | 19,414 | – 42,128 |

    4 | 23,922 | – 49,128 |

    5 | 28,028 | – 54,932 |

    6 | 31,820 | – 59,846 |

    7 | 35,356 | – 64,062 |

    8 | 38,676 | – 67,710 |

    9 | 41,812 | – 70,890 |

    10 | 44,788 | – 73,668 |

    11 | 47,618 | – 76,102 |

    12 | 50,320 | – 78,236 |

    13 | 52,906 | – 80,104 |

    14 | 55,386 | – 81,736 |

    15 | 57,768 | – 83,158 |

    16 | 60,058 | – 84,386 |

    17 | 62,268 | – 85,444 |

    18 | 64,398 | – 86,342 |

    19 | 66,454 | – 87,094 |

    20 | 68,444 | – 87,714 |

    21 | 70,368 | – 88,212 |

    22 | 72,232 | – 88,594 |

    23 | 74,038 | – 88,872 |

    24 | 75,788 | – 89,050 |

    25 | 77,486 | – 89,138 |

    26 | 79,136 | – 89,138 |

    27 | 80,738 | – 89,058 |

    28 | 82,294 | – 88,902 |

    29 | 83,806 | – 88,676 |

    30 | 85,276 | – 88,382 |

    31 | 86,706 | – 88,024 |

    32 | 88,096 | – 87,608 |

    33 | 89,450 | – 87,134 |

    34 | 90,766 | – 86,606 |

    35 | 92,050 | – 86,028 |

    36 | 93,298 | – 85,402 |

    37 | 94,514 | – 84,728 |

    38 | 95,698 | – 84,012 |

    39 | 96,850 | – 83,254 |

    40 | 97,974 | – 82,456 |

    41 | 99,086 | – 81,620 |

    42 | 100,132 | – 80,750 |

    43 | 101,170 | – 79,842 |

    44 | 102,182 | – 78,904 |

    45 | 103,166 | – 77,932 |

    46 | 104,124 | – 76,932 |

    47 | 105,058 | – 75,902 |

    48 | 105,968 | – 74,844 |

    49 | 106,852 | – 73,762 |

    50 | 107,714 | – 72,652 |

    51 | 108,552 | – 71,518 |

    52 | 109,368 | – 70,362 |

    53 | 110,162 | – 69,182 |

    54 | 110,936 | – 67,982 |

    55 | 111,686 | – 66,762 |

    56 | 112,416 | – 65,520 |

    57 | 113,126 | – 64,262 |

    58 | 113,814 | – 62,984 |

    59 | 114,484 | – 61,688 |

    60 | 115,134 | – 60,376 |

    61 | 115,764 | – 59,048 |

    62 | 116,376 | – 57,704 |

    63 | 116,968 | – 56,346 |

    64 | 117,542 | – 54,974 |

    65 | 118,098 | – 53,588 |

    66 | 118,636 | – 52,190 |

    67 | 119,156 | – 50,778 |

    68 | 119,658 | – 49,354 |

    69 | 120,144 | – 47,920 |

    70 | 120,612 | – 46,474 |

    71 | 121,062 | – 45,018 |

    72 | 121,496 | – 43,552 |

    73 | 121,914 | – 42,076 |

    74 | 122,316 | – 40,590 |

    75 | 122,700 | – 39,098 |

    76 | 123,068 | – 37,596 |

    77 | 123,422 | – 36,086 |

    78 | 123,758 | – 34,568 |

    79 | 124,078 | – 33,044 |

    80 | 124,384 | – 31,512 |

    81 | 124,674 | – 29,974 |

    82 | 124,948 | – 28,432 |

    83 | 125,206 | – 26,882 |

    84 | 125,450 | – 25,328 |

    85 | 125,678 | – 23,768 |

    86 | 125,892 | – 22,040 |

    87 | 126,090 | – 20,636 |

    88 | 126,274 | – 19,064 |

    89 | 126,442 | – 17,488 |

    90 | 126,596 | – 15,908 |

    91 | 126,734 | – 14,326 |

    92 | 126,858 | – 12,740 |

    93 | 126,968 | – 11,154 |

    94 | 127,062 | – 9,564 |

    95 | 127,142 | – 7,972 |

    96 | 127,208 | – 6,380 |

    97 | 127,258 | – 4,786 |

    98 | 127,294 | – 3,192 |

    99 | 127,316 | – 1,596 |

    100 | 127,324 | 0 |

    101 | 127,316 | 1,596 |

    102 | 127,294 | 3,192 |

    103 | 127,258 | 4,786 |

    104 | 127,208 | 6,380 |

    105 | 127,142 | 7,972 |

    106 | 127,062 | 9,564 |

    107 | 126,968 | 11,154 |

    108 | 126,858 | 12,740 |

    109 | 126,734 | 14,326 |

    110 | 126,596 | 15,908 |

    111 | 126,442 | 17,488 |

    112 | 126,274 | 19,064 |

    113 | 126,090 | 20,636 |

    114 | 125,892 | 22,040 |

    115 | 125,678 | 23,768 |

    116 | 125,450 | 25,328 |

    117 | 125,206 | 26,882 |

    118 | 124,948 | 28,432 |

    119 | 124,674 | 29,974 |

    120 | 124,384 | 31,512 |

    121 | 124,078 | 33,044 |

    122 | 123,758 | 34,568 |

    123 | 123,422 | 36,086 |

    124 | 123,068 | 37,596 |

    125 | 122,700 | 39,098 |

    126 | 122,316 | 40,590 |

    127 | 121,914 | 42,076 |

    128 | 121,496 | 43,552 |

    129 | 121,062 | 45,018 |

    130 | 120,612 | 46,474 |

    131 | 120,144 | 47,920 |

    132 | 119,658 | 49,354 |

    133 | 119,156 | 50,778 |

    134 | 118,636 | 52,190 |

    135 | 118,098 | 53,588 |

    136 | 117,542 | 54,974 |

    137 | 116,968 | 56,346 |

    138 | 116,376 | 57,704 |

    139 | 115,764 | 59,048 |

    140 | 115,135 | 60,376 |

    141 | 114,484 | 61,688 |

    142 | 113,814 | 62,984 |

    143 | 113,126 | 64,262 |

    144 | 112,416 | 65,520 |

    145 | 111,686 | 66,762 |

    146 | 110,936 | 67,982 |

    147 | 110,162 | 69,182 |

    148 | 109,368 | 70,382 |

    149 | 108,552 | 71,518 |

    150 | 107,714 | 72,652 |

    151 | 106,852 | 73,762 |

    152 | 105,968 | 74,844 |

    153 | 105,058 | 75,902 |

    154 | 104,124 | 76,932 |

    155 | 103,166 | 77,932 |

    156 | 102,182 | 78,904 |

    157 | 101,170 | 79,842 |

    158 | 100,132 | 80,750 |

    159 | 99,086 | 81,620 |

    160 | 97,974 | 82,456 |

    161 | 96,850 | 83,254 |

    162 | 95,698 | 84,012 |

    163 | 94,514 | 84,728 |

    164 | 93,298 | 85,042 |

    165 | 92,050 | 86,028 |

    166 | 90,766 | 86,606 |

    167 | 89,450 | 87,134 |

    168 | 88,096 | 87,608 |

    169 | 86,706 | 88,024 |

    170 | 85,276 | 88,382 |

    171 | 83,806 | 88,676 |

    172 | 82,294 | 88,902 |

    173 | 80,738 | 89,058 |

    174 | 79,136 | 89,138 |

    175 | 77,486 | 89,138 |

    176 | 75,788 | 89,050 |

    177 | 74,038 | 88,872 |

    178 | 72,232 | 88,594 |

    179 | 70,368 | 88,212 |

    180 | 68,444 | 87,714 |

    181 | 66,454 | 87,094 |

    182 | 64,398 | 86,342 |

    183 | 62,268 | 85,444 |

    184 | 60,058 | 84,386 |

    185 | 57,768 | 83,158 |

    186 | 55,386 | 81,736 |

    187 | 52,906 | 80,104 |

    188 | 50,320 | 78,236 |

    189 | 47,618 | 76,102 |

    190 | 44,788 | 73,668 |

    191 | 41,812 | 70,890 |

    192 | 38,676 | 67,710 |

    193 | 35,356 | 64,062 |

    194 | 31,820 | 59,846 |

    195 | 28,028 | 54,932 |

    196 | 23,922 | 49,128 |

    197 | 19,414 | 42,128 |

    198 | 14,350 | 33,384 |

    199 | 8,406 | 21,560 |

    200 [2] | 4,831 | 13,560 |

    [1] Il-valuri ta’ nw u nwy f'din il-linja għandhom jintużaw biss għall-ogħla valur ta’ x meta r = 0 jew għall-valur l-aktar baxx ta’ x meta r = 50

    [2] Il-valuri ta’ nw u nwy f'din il-linja għandhom jintużaw biss għall-ogħla valur ta’ x meta r = 0 jew għall-valur l-aktar baxx ta’ x meta r = 200

    --------------------------------------------------

    Top