EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0764

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 255, 18.9.1978, p. 1–39 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/764/oj

31978L0764



Official Journal L 255 , 18/09/1978 P. 0001 - 0039
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0044
Greek special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0044
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0032
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 9 P. 0032


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta’ Lulju 1978

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(78/764/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, l-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw it-tratturi skond il-liġi nazzjonali huma relatati inter alia mas-sedil tas-sewwieq;

Billi, l-kondizzjonijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; filwaqt li, huwa għaldaqstant neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kundizzjonijiet jew bħala addizzjoni jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3];

Billi r-regoli relatati mas-sedil tas-sewwieq ikopru mhux biss il-kundizzjonijiet għall-istallazzjoni tagħhom fuq it-tratturi imma wkoll il-kostruzzjoni tas-sedili; filwaqt li, proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tippermetti li kull Stat Membru jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti komuni ta’ kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma l-Istat Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq; filwaqt li, t-tqiegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent fuq is-sedili tas-sewwieq kollha ffabbrikati b’konformità mat-tip approvat tneħħi l-bżonn ta’ verifiki tekniċi fuq is-sedili tas-sewwieq fl-Istati Membri l-oħra,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KEE għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ ttestjar stipulati fl-Annessi I u II.

2. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KEE għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jivverifika, sakemm ikun meħtieġ u jekk ikun hemm bżonn b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Verifikaa bħal din għandha tkun limitata għal spot checks.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq approvat skond l-Artikolu 1, joħorġu għall-fabbrikant jew għar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzoni tat-tip KEE għal komponent li tkun konformi mal-mudell muri f’3.5 ta’ l-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li għandhom ċans joħolqu konfużjoni bejn sedili tas-sewwieq li jkollhom l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u tagħmir ieħor.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi li sedili tas-sewwieq jitqiegħdu fis-suq fuq raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jiprojbixxi t-tqegħid fis-suq sedili tas-sewwieq li għandhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent li jkompli jonqos milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Isati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, waqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, kopja taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness III, mimli għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent jiskopri li numru ta’ sedili tas-sewwieq li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal komponent mhumiex konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, fejn ikun hemm nuqqas serju u konsistenti ta’ konformità, jestendu r-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent għal sedil tas-sewwieq jew li tipprojbixxi t-tpoġġija tiegħu fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha tispeċifika fid-dettal il-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi nfurmata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bit-termini ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur fuq raġunijiet relatati mas-sedil tas-sewwieq tiegħu jekk dan ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u jekk din tkun imwaħħla skond il-kundizzjonjiet stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew il-bidu ta’ l-użu ta’ trattur dwar raġunijiet relatati mas-sedil tas-sewwieq tiegħu jekk dan ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u jekk din tkun imwaħħla skond il-kundizzjonjiet stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 9

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, li hija mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf, li għandha ta’ l-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha qiegħda fil-qawwa tal-ġbid tagħha u li hi ddisinjata b’mod speċjali biex tirmonka, timbotta, ġġorr jew biex tforni b’enerġija lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet li huma ntenzjonati għall-użu agrikolu jew fil-foresti. Dan jista’ jkun mgħammar biex iġorr tagħbija jew passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tajers pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità tad-disinn massima ta’ bejn 6 u 25 km/siegħa.

Artikolu 10

L-emendi kollha, neċessarji biex jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet ta’ l-Annessi ta’ din id-Direttiva sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji biex huma jkunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

K. von DOHNANYI

[1] ĠU C 299, tat-12.12.1977, pġ 61.

[2] ĠU C 84, tat-8.4.1978, pġ.11

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, pġ10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET

1. Is-sit tas-sewwieq

‘Is-sit tas-sewwieq’ tfisser dak is-sit li hu kapaċi li jakkomoda persuna waħda biss, li hu pprovdut għall-użu tas-sewwieq meta dan ikun qed isuq it-trakter.

2. Is-superfiċje tas-sit

‘Is-superfiċje tas-sit’ tfisser l-arja kważi orizzontali tas-sit li tirfed lis-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda.

3. Serħ id-dar

‘Serħ id-dahar’' tfisser l-arja kważi vertikali tas-sit li jirfed id-dahar tas-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda.

4. L-irfid laterali tas-sit

'L-irfid laterali tas-sit’ tfisser l-apparat jew il-forom tas-superfiċje tas-sit li timpedixxi lis- sewwieq milli jiżżerżaq lejn il-ġenb.

4.1. L-‘armrests’ tas-sit

‘L-‘armrests’ tas-sit’ tfisser l-apparat fuq kull naħa tas-sit li jirfdu d-dirgħajn tas-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda.

5. Il-punt ta’ referenza tas-sit (S)

‘Il-punt ta’ referenza tas-sit (S)’ tfisser il-punt ta’ intersezzjoni tal-pjan medjan lonġitudinali tas-sit bejn il-pjan tanġenzali fil-bażi tad-dahar ikkuttunat u l-pjan orizzontali. Dan il-pjan orizzontali jaqsam is- superfiċje ta’ isfel tas-sit 150mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sit (S) (ara l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness II).

6. Il-fond tas-superfiċje tas-sit

‘Il-fond tas-superfiċje tas-sit’ tfisser id-distanza orizzontali bejn il-punt ta’ referenza tas-sit (S) u t- tarf ta’ quddiem tas-superfiċje tas-sit.

7. Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit

‘Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit’ tfisser id-distanza orizzontali bejn it-trufijiet ta’ barra tas-superfiċje tas-sit imkejjla fi pjan perpendikolari mal-pjan medjan tas-sit.

8. L-iskala ta’ aġġustament tat-tagħbija

‘L-iskala ta’ aġġustament tat-tagħbija’ tfisser l-iskala bejn iż-żewġ tagħbijiet li jikkorrispondu mal- posizzjonijiet medjani fil-kurvi tas-sistema ta' sospensjoni pplottjati għall-itqal u l-eħfef sewwieq.

9. Il-vjaġġ ta' sospensjoni

‘Il-vjaġġ ta’ sospensjoni’ tfisser id-distanza mill-ogħla posizzjoni sal-posizzjoni l-aktar baxxa fis-sistema ta’ sospensjoni.

10. Vibrazzjoni

‘Vibrazzjoni’ tfisser il-moviment vertikali ‘l fuq u l-isfel tas-sit tas-sewwieq

11. L-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni (a)

‘L-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni (a)’ tfisser it-tieni divrenzali ta’ l-ispostament tal-vibrazzjoni fir- rigward tal-ħin.

12. Il-valur Rms ta’ l-aċċelerazzjoni (aeff)

‘Il-valur Rms ta’ l-aċċelerazzjoni (aeff)’ tfisser ir-radiċi kwadrata ta’ l-aċċelerazzjonijiet.

13. Densità spettrali tal-forza (Ø)

‘Id-densità spettrali tal-forza (Ø)’ tfisser il-kwadrat tal-kwadrat medju tar-radiċi ta’ l-aċċelerazzjonijiet (aeff) imkejjel b’filtri terzjarji, diviż bil-wisa' ta' l-istrixxa ta' dawk il-filtri.

14. Aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija (aw)

‘Aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija (aw)’ tfisser l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija ddeterminata bl-għajnuna ta' filtru taż-żieda skond 2.5.3.3.5.2 ta' l-Anness II.

15. Proporzjon tal-vibrazzjoni

'Proporzjon tal-vibrazzjoni' tfisser il-proporzjon ta' l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija mkejla fuq is-sit tas-sewwieq ma' dik imkejjla fejn jeħel is-sit skond 2.5.3.3.2 ta' l-Anness II.

16. Klassi tal-vibrazzjoni

‘Klassi tal-vibrazzjoni’ tfisser il-klassi jew grupp ta’ trakters li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ vibrazzjoni.

17. Trakter tal-Kategorija A

‘Trakter tal-Kategorija A’ tfisser trakter li l-karatterstiċi tiegħu jippermettu li jiġi nkluż fi klassi ta’ vibrazzjoni mogħtija minħabba karatteristiċi ta’ kostruzzjoni simili.

17.1. Il-karatteristiċi ta’ dawn it-trakters huma kif ġej:

Numru ta’ fusien: tnejn

Distribuzzjoni tat-tagħbija:

fus ta’ quddiem : minn 30 sa 45 % tal-piż meta mhux mgħobbi tat-trakter,

fus ta’ wara : minn 70 sa 55% tal-piż meta mhux mgħobbi tat-trakter.

Tajers: ta' quddiem iżgħar minn ta' wara (proporzjon tar-radji tat-tajer ≤ 4: 5).

Wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti: l-iżgħar wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti li jista’ jiġi aġġustat akbar minn 1150 mm

Sospensjoni: fus ta’ wara bla molol.

Posizzjoni orizzontali tas-sit: bejn il-fus ta’ wara u ċ-ċentru ta’ gravità tat-trakter.

17.2. It-trakters tal-kategorija A huma maqsuma f’żewġ klassijiet:

Klassi I: minn 1400 sa 3600 kg ta' piż meta mhux mgħobbi.

Klassi II: aktar minn 3600 sa 5000 kg ta’ piż meta mhux mgħobbi.

18. Trakter ta’ referenza

‘Trakter ta’ referenza’ tfisser trakter li l-imġieba ta’ vibrazzjoni tiegħu hija speċifika biex tistabbilixxi l-valuri mwaqqfa għall-verifika ta’ l-istand tal-verifika ta’ sit għal klassi ta' trakters ta' vibrazzjoni mogħtija.

18.1. Id-densità spettrali tal-forza ta’ l-aċċelarazzjoni vertikali fil-punt tat-twaħħil tas-sit tat-trakter ta’ referenza trid tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Appendiċi 9 u 10 ta’ l-Anness II.

18.2. It-trakter ta’ referenza għandu - sakemm wieħed jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ 18.1 jissodisfa l-kondizzjonijiet mogħtija fit-tabella li ġejja:

| Klassi I | Klassi II | Tolleranzi |

Piż meta mhux mgħobbi f’kg | 3040 | 4750 | ± 5 % |

—fus ta’ quddiem f’kg | 1300 | 1830 | ± 5 % |

—fus ta’ wara f’kg | 1740 | 2920 | ± 5 % |

Tajers ta’ quddiem | 7.50 – 18 | 12.4/11-28 | |

Tajers ta’ wara | 16.9/14-34 | 16.9/14-38 | |

Pressjoni tat-tajer ta’ quddiem f’bar | 2.0 | 1.5 | + 0.1 bar |

Pressjoni tat-tajer ta’ wara f’bar | 1.1 | 1.3 | + 0.1 bar |

Il-bażi tar-rota f’mm | 2125 | 2590 | ± 10 % |

--------------------------------------------------

ANNESS II

KONDIZZJONIJIET TA' KOSTRUZZJONI U VERIFIKA - KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U L-IMMARKAR TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE

1. KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1. Is-sit tas-sewwieq irid ikun iddisinjat biex jiggarantixxi posizzjoni komda għas-sewwieq meta dan ikun qed jikkontrolla u jimmanuvra t-trakter, u biex jipprovdilu l-akbar protezzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà.

1.2. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni lonġitudinali u fl-għoli mingħajr l-użu ta’ għodda.

1.3. Is-sit irid ikun iddisinjat biex jirriduċi x-xokkijiet u l-vibrazzjoni. Għaldaqstant, irid ikun mgħammar sew b'molol, ikollu assorbiment tajjeb tal-vibrazzjoni u jipprovdi rfid adegwat fuq wara u fuq il-ġnub.

1.3.1. Is-sit irid ikun jista' jiġi aġġustat għal persuni b’iżijiet differenti. Kull aġġustament neċessarju sabiex din il-kondizzjoni tiġi sodisfatta, irid isir mingħajr l-użu ta’ għodda.

1.4. Is-superfiċje tas-sit, il-brekits, u l-irfid laterali, u jekk jitwaħħlu, l-'armrests' li jinfetħu u jingħalqu jew fissi, iridu jkunu kkuttunati.

1.5. Il-punt ta’ referenza tas-sit (S) irid jiġi kkalkulat bil-mod speċifikat fl-Appendiċi 1 ta' l-Anness II.

1.6. Safejn mhux provdut mod ieħor, il-qisien u t-tolleranzi jridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.6.1. il-qisien mogħtija jridu jkunu espressi f’unitajiet sħaħ, jekk ikun hemm bżonn miżjuda jew imnaqqsa sa l- eqreb numru sħiħ ta' unitajiet;

1.6.2. l-istrumenti wżati għall-kejl iridu jkunu jippermettu li l-valur imkejjel jiżdied jew jitnaqqas sa l-eqreb unità sħiħa u jridu jkunu eżatti fil-limiti ta’ tolleranza li ġejjin:

- għat-tul: ± 0.5 %

- għall-kejl ta’ l-angoli: ± 1o

- għad-determinazzjoni tal-massa tat-trakter: ± 20 kg

- għall-kejl tal-pressjoni tat-tajer: ± 1 bar;

1.6.3. għad-data kollha relatata ma' dimensjonijiet, hija permessa tolleranza ta’ ± 5 %

1.7. Is-sit irid jgħaddi mill-verifiki li ġejjin, li jridu jsiru fuq l-istess sit u fl-ordni indikat hawn taħt:

1.7.1. id-determinazzjoni tal-karatteristiċi tas-sospensjoni u l-iskala ta’ aġġustament mal-piż tas-sewwieq;

1.7.2. id-determinazzjoni ta’ l-istabbilità laterali;

1.7.3. id-determinazzjoni tal-vibrazzjoni vertikali

1.8. Jekk is-sit hu ffabbrikat b’dak il-mod li jista’ jdur madwar assi vertikali, allura l-verifiki għandhom isiru bis- sit iħares lejn il-posizzjoni ta' quddiem, maqful f'posizzjoni, maqful f'posizzjoni parallela mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter.ralleliarbut fil-rifiki g]andhom siru bis- sit iħares lejn il-posizzjoni ta' quddiem, maqful f'posizzjoni, maqful f'posizzjoni parallela mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter

2. KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI

2.1. Dimensjonijiet tas-superfiċje tas-sit

2.1.1. Il-fond tas-superfiċje tas-sit, imkejjel parallel ma’ u f’distanza ta’ 150mm mill-pjan lonġitudinali medjan tas-sit, irid ikun 400 ± 50 mm (ara l-figura hawn taħt).

2.1.2. Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit, imkejjel b’mod perpendikolari mal-pjan medjan tas-sit, 150 mm ‘l quddiem tal-punt ta' referenza tas-sit (S) u mhux aktar minn 80 mm ‘l fuq minn dak il-punt, irid ikun ta’ l-anqas 450 mm (ara l-figura hawn taħt).

2.1.3. Il-fond u l-wisa’ tas-superfiċje ta’ sits intenzjonati għal trakters fejn id-distanza ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ma taqbiżx 1150 mm, jistgħu jitnaqqsu jekk il-kostruzzjoni tat-trakter ma tippermettix li l-kondizzjonijiet 2.1.1 u 2.1.2 jiġu sodisfatti, jiġifieri mhux aktar minn 300 mm għall-fond u mhux aktar minn 400 mm għall-wisa’.

2.2. Il-posizzjoni u l-inklinazzjoni ta’ serħ id-dahar

2.2.1. It-tarf ta’ fuq ta’ serħ id-dahar irid ikun ta’ l-anqas 260 mm 'l fuq mill-punt ta' referenza tas-sit (S) (ara l-figura hawn taħt).

2.2.2. Serħ id-dahar irid ikollu nklinazzjoni ta’ 10 ± 5o (ara l-figura hawn taħt).

2.3. L-inklinazzjoni tas-superfiċje tas-sit

2.3.1. L-inklinazzjoni lura (ara l-angolu α fil-figura hawn taħt) tas-superfiċje tal-kuxxin mgħobbi trid tkun minn 3 sa 12o f’relazzjoni ma’ l-orizzontal, imkejjla bl-istrument ta’ tagħbija skond l-Appendiċi 1.

2.4. L-aġġustament tas-sit (ara l-figura hawn taħt)

2.4.1. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni lonġitudinali b'distanza minima ta':

- 150 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ aktar minn 1150 mm,

- 60 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta' bejn iż-żewġ roti ta' wara ta' 1150 mm jew inqas.

2.4.2. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni vertikali fuq distanza minima ta’:

- 60 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta' wara ta' aktar minn 1150 mm,

- 30 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ 1150 jew inqas.

+++++ TIFF +++++

2.5. Verifiki tas-sit

2.5.1. Verifika biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi ta’ sospensjoni u l-iskala ta’ aġġustament mal-piż tas-sewwieq.

2.5.1.1. Il-karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni huma ddeterminati b’verifika statika. Din trid issir bis-sit aġġustat biex jakkomoda sewwieq ta’ piż ta’ 50 kg u ta’ wieħed ta’ piż ta’ 120 kg.

Il-limiti ta’ l-iskala ta’ aġġustament tas-sit mal-piż tas-sewwieq huma kkalkulati mill-karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni.

2.5.1.2. Is-sit huwa mmuntat fuq stand tal-verifika jew fuq trakter u għandha fuqu tiġi applikata tagħbija, jew direttament, jew permezz ta’ apparat speċjali; din it-tagħbija ma tridx tkun differenti b’aktar minn 5 N mit- tagħbija nominali. Id-depressjoni tas-sistema ta’ sospensjoni trid titkejjel b’eżattezza ta’ mhux inqas minn ± 1 mm. Din it-tagħbija trid tiġi applikata skond il-proċedura preskritta fis-sezzjoni 3 ta' l-Appendiċi 1.

2.5.1.3. Kurva kompleta karatteristika li tirrapreżenta t-tagħwiġ fis-sistema ta' sospensjoni trid tiġi pplottjata mit- tagħbija żero sat-tagħbija massima. Il-gradwazzjonijiet tat-tagħbija li fihom hi mkejla d-depressjoni tas- sistema ta’ sospensjoni ma jridux jaqbżu 100N; iridu jiġu plottjati ta' l-anqas tmien punti ta' kejl f'intervalli bejn wieħed u ieħor ugwali fil-moviment tas-sistema ta' sospensjoni. Il-punt meħud bħala t-tagħbija massima jrid ikun jew dak li fih ma tistax tiġi rreġistrata l-ebda depressjoni oħra tal-molla, jew tagħbija ta’ 1500 N. Wara li tkun ġiet applikata jew imneħħija t-tagħbija, id-depressjoni vertikali tas-sistema ta’ sospensjoni trid titkejjel 200 mm ‘l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sit (S); wara l-applikazzjoni jew it-tneħħija tat-tagħbija, is-sit irid jitħalla fil-posizzjoni ta' mistrieħ tiegħu.

2.5.1.4. Fil-każ ta’ sits mingħajr limiti fissi ta’ l-aġġustament tal-piż, il-montatura trid tintagħżel b'dak il-mod li:

2.5.1.4.1. għall-eħfef sewwieq, is-sit jirritorna n-naħa ta’ fuq tal-vjaġġ ta’ sospensjoni meta titneħħa t-tagħbija; u

2.5.1.4.2. għall-itqal sewwieq, it-tagħbija ta’ 1500N kemm tagħfas is-sit sal-limitu l-aktar baxx tal-vjaġġ ta' sospensjoni.

2.5.1.4.3. L-iskala ta’ aġġustament hekk determinata billi jintużaw it-tagħbijiet preskritti f’2.5.1.4.1 u 2.5.1.4.2 trid titqies akbar mill-iskala li hemm bżonn f’3.1.1.

2.5.1.4.4. Jekk is-sit huwa mgħammar b’waqfa progressiva tal-molla l-aktar baxxa, il-posizzjoni l-aktar baxxa tal-vjaġġ ta' sospensjoni (ara s-sezzjoni 9 ta' l-Anness I) tista' tiġi definita bħala l-posizzjoni li jassumi s-sit taħt tagħbija ta' 1000N, fil-montatura għall-eħfef sewwieq.

2.5.1.5. Il-posizzjoni intermedjarja tas-sistema ta’ sospensjoni hija l-posizzjoni li jassumi s-sit meta jkun mgħafus b’nofs il-vjaġġ sħiħ tas-sistema ta’ sospensjoni.

2.5.1.6. Peress li l-kurvi karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni huma ġeneralment liwi ta’ isteresi, it-tagħbija trid tiġi ddeterminata billi wieħed jiddisinja linja taċ-ċentru minn ġol-liwja (ara s-sezzjoni 8 ta' l-Anness I, u s-sezzjonijiet A u B ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness II).

2.5.1.7. Biex jiġu determinati l-limiti ta’ l-iskala ta' aġġustament bħala funzjoni tal-piż tas-sewwieq, il-valuri tas- sezzjonijiet A u B (ara l-Appendiċi 2) stabbiliti skond 2.5.1.6 iridu jiġu mmultiplikati b’1.3.

2.5.2. Verifika biex tiġi ddeterminata l-istabbilità laterali

2.5.2.1. Is-sit irid jiġi ssettjat għall-piż massimu permessibbli tas-sewwieq u kkonnettjat ma’ l-istand tal-verifika jew mat-trakter b’dak il-mod li l-pjanċa tal-bażi tiegħu isserraħ fuq pjanċa fissa (l-istand tal-verifika) mhux iżgħar mill-pjanċa tal-bażi nnifisha.

2.5.2.2. Tagħbija tal-verifika ta’ 1000 N hija applikata fuq is-superfiċje jew il-kuxxin tas-sit. Il-punt ta' l-applikazzjoni jrid ikun 200 mm 'l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sit (S) u alternattivament fuq iż-żewġ naħat 150 mm mill-pjan ta’ simetrija minn ġos-sit.

2.5.2.3. Matul l-applikazzjoni tat-tagħbija, il-varjazzjoni fl-angolu laterali ta’ inklinazzjoni tas-superfiċje tas-sit hija mkejjla fil-muntaturi tax-xifer għall-aġġustament orizzontali u vertikali tas-sit. Id-deformazzjoni permanenti qrib il-punt ta' l-applikazzjoni tat-tagħbija ma tridx titqies.

2.5.3. Verifika biex tkun determinata l-vibrazzjoni

Il-vibrazzjoni tas-sit hija ddeterminata b’verifiki fuq stand tal-verifika u/jew fi triq standard skond jekk is-sit hux maħsub għal trakter tal-klassi (jew klassijiet) tal-Kategorija A jew trakter tal-Kategorija B.

2.5.3.1. Il-verifika fuq l-istand tal-verifika

2.5.3.1.1. L-istand tal-verifika trid tirriproduċi l-vibrazzjonijiet vertikali fil-punt tat-twaħħil tas-sit tas-sewwieq.

Il-vibrazzjonijiet huma ġġenerati permezz ta' apparat elettro-idrawliku. Il-valuri ssettjati li jridu jintużaw huma dawk speċifikati fl-Appendiċi 4 u 5 għall-klassi tat-trakter konċernata, jew is-sinjali ta’ aċċelerazzjoni integrata doppja rreġistrati fit-twaħħil tas-sit ta' trakter tal-Kategorija B miexi b'veloċità ta' 12 ± 0.5 km/siegħa fuq triq standard kif definit f’2.5.3.2.1. Il-vibrazzjonijiet iridu jiġu trasmessi għal pjattaforma li bejn wieħed w ieħor tikkorrispondi fid-dimensjonijiet tagħha mal-kabina tas-sewwieq ta' trakter. Biex jiġu ġġenerati l-vibrazzjonijiet trid tintuża ġirja doppja mhux interrotta tal-valuri ssettjati jew is-sinjali ta’ aċċelerazzjoni integrata doppja, irreġistrati fit-twaħħil tas-sit ta’ trakter tal-Kategorija B miexi fuq triq standard. Il-kejl ma jridx isir matul l-ewwel ġirja tal-valuri ssettjati jew tas-sinjal ta' aċċelerazzjoni.

2.5.3.1.2. Barra t-twaħħil għas-sit tal-verifika, l-pjattaforma jrid ikollha rota ta’ l-isteering u serħ is-saqajn. Il-konfigurazzjoni tagħha trid tkun kif jidher fl-Appendiċi 6.

2.5.3.1.3. L-istand tal-verifika jrid ikollha livell għoli ta’ riġidità tal-flessura u tal-liwi, u l-'bearings' u l-gwidi tagħha ma jridx ikollhom aktar mill-ispazju ħieles teknikament neċessarju. Jekk il-pjattaforma tinġarr fuq driegħ vibranti, id-dimensjoni R trid tkun ta’ l-anqas 2000 mm (ara l- Appendiċi 6).

L-istand tal-verifika trid tkun kapaċi tirriproduċi vibrazzjonijiet sinusojdali, kif jidher fl-Appendiċi 7, meta tiġi applikata massa ta’ 150 kg.

2.5.3.2. Il-verifika fuq triq standard

2.5.3.2.1. It-triq tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli mbiegħda minn xulxin skond it-‘track’ tar-rota tat-trakter. Is-superfiċje tista’ tkun ikkastjata b’konkrit mqiegħed illixxat fuq is-superfiċje, jew tista' ssir ta' l-injam jew tal-blokok tal-konkrit issettjati fl-istruttura bażika. Is-superfiċje ta' kull strixxa tat-'track' hija definita bl-’ordinates’ ta’ elevazzjoni f’relazzjoni ma' linja ta' bażi; dawn l-'ordinates' jidhru fit-tabella ta' l-Appendiċi 3. F'dak li għandu x'jaqsam mat-triq, l-elevazzjoni hija definita f'intervalli ta' 16 ċm matul kull strixxa.

It-triq trid titqiegħed b'mod sod fuq l-art u d-distanza ta' bejn l-istrixxi trid tiddevja biss kemm kemm fuq it-tul kollu; ir-roti tat-trakter jridu jkunu mirfuda f'kull ħin. Meta l-istrixxi jkunu ffurmati minn blokki, dawn iridu jkunu ta’ ħxuna minn 6 sa 8 ċm, b'distanza ta' 16 ċm bejn iċ- ċentri tal-blokki.

It-tul tat-triq standard trid tkun 100 m. Il-kejl irid jibda hekk kif l-assi tal-fus ta’ wara tat-trakter ikun perpendikolari mal-punt D = 0 fuq it-triq, u jispiċċa hekk kif l-assi tal-fus ta’ quddiem tat- trakter ikun perpendikolari mal-punt D = 100 tat-triq tal-verifika (ara t-tabella fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness II).

2.5.3.2.2. Il-vibrazzjonijiet vertikali trasmessi huma ddeterminati f’veloċità ta’ 12 ± 0.5 km/siegħa.

Il-veloċità preskritta trid tinżamm mingħajr l-użu tal-brejkijiet. Il-vibrazzjonijiet iridu jitkejjlu fuq is-sit u fil- punt fejn is-sit jitwaħħal mat-trakter, b’sewwieq ħafif u sewwieq tqil.

Il-veloċità ta’ 12 km/siegħa trid tintlaħaq wara li tkun ġiet traversjata rotta ta’ rankatura. Is-superfiċje ta’ din ir-rotta ta’ rankatura trid tkun ċatta u trid tingħaqad mat-triq standard mingħajr bidla fil-livell.

2.5.3.2.3. Is-sit irid jiġi ssettjat għall-massa tas-sewwieq skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.

2.5.3.2.4. It-trakter irid jiġi mgħammar bi frejm protettiv u/jew b’kabina sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih dan it-tagħmir mhux bżonnjuż. It-trakter ma jridx ikollu tagħmir anċillari. Barra minn hekk, ma jrid ikun hemm l-ebda saborra fuq ir-roti jew il-frejm, u l-ebda likwidu fit-tajers.

2.5.3.2.5. It-tajers użati waqt il-verifika jrid ikollhom id-dimensjonijiet u l-‘ply-rating’ standard, kif speċifikat fl- istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Il-fond tat-‘tread’ ma tridx tkun inqas minn 65 % tal-fond ta’ ‘tread’ ġdida.

2.5.3.2.6. Il-ħitan tal-ġenb tat-tajers ma jridx ikollhom ħsara. Il-pressjoni tat-tajer trid tikkorrispondi ma’ l-intermedju aritmetiku tal-pressjonijiet ta' referenza rrikmandati mill-fabbrikant tat-tajer. It-'track' tar-rota jrid jikkorrispondi ma' dak użat f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim għall-mudell tat-trakter li fuqu huwa mwaħħal is-sit.

2.5.3.2.7. Il-kejl fil-punt tat-twaħħil tat-sit u fuq is-sit innifsu jridu jsiru matul l-istess ġirja.

Biex jitkejjlu u jiġu rreġistrati l-vibrazzjonijiet għandhom jintużaw aċċelerometru, amplifikatur tal-kejl u tejp manjetiku jew miter li jaqra l-vibrazzjoni direttament. L-ispeċifikazzjonijiet għal dawn l-istrumenti huma preskritti f'2.5.3.3.2 u 2.5.3.3.6.

2.5.3.3. L-ispeċifikazzjonijiet għall-verifiki fuq it-triq u fuq l-istand tal-verifika

2.5.3.3.1. Il-massa tas-sewwieq

Il-verifiki għandhom isiru b’żewġ sewwieqa: wieħed li għandu massa totali ta’ 55kg (± 10%), li minnhom, mhux aktar minn 5 kg jistgħu jinġarru minn ċinturin miżjud mal-ġisem; l-ieħor b’massa ta’ 98 kg (± 10%), b’massa totali ta’ 8 kg fiċ-ċinturin.

2.5.3.3.2. Il-posizzjoni ta’ l-aċċelerometru

Biex jiġu mkejla l-vibrazzjonijiet trasmessi lis-sewwieq, għandu jitwaħħal aċċelerometru fuq pjanċa dritta u ċatta b'dijametru ta' 250 ± 50 mm, li l-parti ċentrali tagħha trid tkun dritta sa dijametru ta' 75 mm u trid tinkludi strument ta’ protezzjoni dritt biex jipproteġi l-aċċelerometru. Din il-pjanċa trid titqiegħed fiċ- ċentru tas-superfiċje tas-sit bejn is-sit u s-sewwieq u jkollha kisi naturali jew sintetiku tal-fowm ta’ ħxuna ta’ madwar 20 mm.

Biex jitkejjlu l-vibrazzjonijiet fit-twaħħil tas-sit, irid jitwaħħal aċċelerometru f'dan it-twaħħil f'punt mhux aktar minn 100 mm mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter u mhux barra mill- projezzjoni tas-superfiċje tas-sit fuq it-trakter.

2.5.3.3.3. Il-kejl ta’ l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni

L-aċċelerometru u l-tagħmir assoċjat ta’ amplifikazzjoni u trasmissjoni jridu jirrispondu b’valur r.m.s. ta’ 0.05 m/s2, u jkunu kapaċi jkejjlu vibrazzjonijiet b’valur r.m.s ta’ 5 m/s2 u fattur ta’ l-apiċi (proporzjon ta’ l-apiċi mal-valur r.m.s) ta’ 3 mingħajr tagħwiġ u bi żball massimu ta’ ± 2.5 % fuq skala ta’ 1 sa 80 H.

2.5.3.3.4. It-tejp manjetiku

Jekk jintuża tejp manjetiku, dan irid ikollu żball massimu ta’ riproduzzjoni ta’ ± 3.5 % fi skala ta’ frekwenza ta’ 1 sa 80 Hz, li tinkludi bidla fil-veloċità tat-tejp meta dan jerġa’ jinstema’ għall-analiżi.

2.5.3.3.5. Miter ta’ vibrazzjoni

2.5.3.3.5.1. Vibrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 Hz jistgħu jiġu njorati. Huwa għaldaqstant permess li jiġi kkonnettjat ‘upstream’ ta’ l-istrument ta' kejl filtru ‘low-pass’ bi frekwenza tal-qtugħ ta’ madwar 10 Hz u attenwazzjoni ta’ 12dB għal kull ottava.

2.5.3.3.5.2. Dan l-istrument irid jinkorpora filtru ta' żieda elettroniku bejn is-'sensor' u l-apparat ta' integrazzjoni. Il- filtru jrid jikkorrispondi mal-kurva li tidher fl-Appendiċi 8 u l-marġini ta’ żball irid ikun ± 0.5dB fil-banda ta’ frekwenza ta’ 2 sa 4 Hz, u ± 2 dB għall-frekwenzi l-oħra.

2.5.3.3.5.3. L-istrument ta’ kejl elettroniku jrid ikun kapaċi jindika jew:

- l-integrali (I) tal-kwadrat ta' l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda (aw) għall-ħin tal-verifika (T)

I =

dt

- jew il-kwadrat tar-radiċi ta’ dak l-integrali

- jew direttament il-valur r.m.s. ta' l-aċċelerazzjoni ta’ vibrazzjoni miżjuda (aweff)

a

=

=

I

T

L-eżattezza ġenerali fil-valur r.m.s. ta’ l-aċċelerazzjoni miżjuda kkalkulata b'dan il-mod trid tkun f'± 5%.

2.5.3.3.6. Kalibrar

L-istrumenti kollha jridu jkunu kkalibrati b’mod regolari.

2.5.3.3.7. Evalwazzjoni tal-verifiki ta' vibrazzjoni

2.5.3.3.7.1. Matul kull verifika, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda għall-ħin kollu tal-verifika trid tiġi ddeterminata bil-miter li jaqra l-vibrazzjoni direttament speċifikat f’2.5.3.3.5.

2.5.3.3.7.2. Ir-rapport irid jagħti l-valur intermedju aritmetiku ta' l-aċċelerazzjoni rranġata tal-vibrazzjoni tas-sit għas-sewwieq ħafif u wkoll il-valur intermedju aritmetiku ta' l-aċċelerazzjoni rranġata tal-vibrazzjoni tas-sit għas-sewwieq tqil. Ir-rapport tal-verifika jrid ikun fih ukoll il-proporzjon ta’ l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda fuq is-sit tas-sewwieq ma' dik imkejjla fit-twaħħil tas-sit. Il-proprozjon għandu jingħata b'żewġ punti deċimali.

2.5.3.3.7.3. L-iskala tat-temperatura tal-post matul il-verifiki trid titkejjel u trid tidher fir-rapport.

2.5.4. Verifiki tal-vibrazzjoni li jridu jsiru fuq is-sits tat-trakter skond l-użu ntenzjonat tagħhom

2.5.4.1. Sit intenzjonat għall-użu fuq trakters ta’ klassi (jew klassijiet) tal-Kategorija A jrid jiġi vverifikat fuq stand tal-vibrazzjoni bis-sinjali tal-valur issettjat adattati.

2.5.4.2. Sit intenzjonat għall-użu fuq trakter tat-tip tal-Kategorija B jrid jiġi vverifikat fuq triq standard bi trakter ta’ dak it-tip. Madankollu, trid issir ukoll verifika ta’ simulazzjoni fejn jintuża s-sinjal tal-valur issettjat li jikkorrispondi mal-kurva ta’ aċċelerazzjoni li tkun ġiet iddeterminata matul il-verifika tat-triq standard bit-tip ta’ trakter li għalih huwa ntenzjonat is-sit.

2.5.4.3. Sit intenzjonat biss għall-użu fuq trakter ta’ tip partikolari tal-Kategorija A jrid ukoll jiġi vverifikat skond il- kondizzjonijiet ta’ 2.5.4.2. F'dan il-każ, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tinħareġ biss għat-tip ta' trakter li għalih ikun intenzjonat is-sit tal-verifika.

2.5.5. Il-proċedura użata biex tiġi ddeterminata l-vibrazzjoni tas-sit fuq sits intenzjonati għal trakters tal-Kategorija A.

2.5.5.1. L-imġieba ta’ vibrazzjoni ta’ trakter ta’ referenza, li huwa l-fattur kritiku fil-verifika fuq sit tas-sewwieq, hija definita bid-densità spettrali tal-forza ta' l-aċċelerazzjoni vertikali (Appendiċi 9 u 10) irreġistrata fit-twaħħil tas-sit tat-trakter ta' referenza matul il-ġirja fuq it-triq standard skond il-kondizzjonijiet ta' 2.5.3.2.

2.5.5.2. Il-valur awB attwalment preżenti fit-twaħħil tas-sit matul il-ġirja tal-kejl irid ikun fl-iskali li ġejjin:

a

= 1 · 9 sa 2,2 m/s

2

Trakters ta’ referenza tal-Klassi II:

a

= 1 · 6 sa 1,8 m/s

a

= 2,05 m/s

2 għall-klassi I

a

= 1,7 m/s

2 għall-klassi II,

fejn l-aċċelerazzjoni ta’ aws mkejla fis-sit tas-sewwieq tiġi korretta skond ir-relazzjoni

a

= a

w

B

2.5.5.3. Fil-każ tal-verifika li ssir fuq l-istand, is-sinjali tal-valur issettjat għall-ġenerazzjoni ta’ movement vertikali tat-twaħħil tas-sit jridu jkunu ġew determinati bl-integrazzjoni doppja tas-sinjali ta’ aċċelerazzjoni rrikordjati fit-twaħħil tas-sit tat-trakters ta’ referenza tal-Klassi I jew il-Klassi II li jkunu qed jiġu vverifikati matul ġirja fuq triq standard. Dawn is-sinjali tal-valur issettjat huma mogħtija fl-Appendiċi 4 u 5.

L-istand tal-verifika trid tiġi aġġustata b’dak il-mod li t-twaħħil tas-sit ikun suġġett għal aċċelerazzjoni miżjuda ta’:

a

= 1,9 sa 2,2 m/s

għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I, u

a

= 1,6 sa 1,8 m/s

għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi II.

a

= 2,05 m/s

2 għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I

a

= 1,7 m/s

2 għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi II,

l-aċċelerazzjoni ta’ aws imkejjla fuq is-sit tas-sewwieq tiġi rranġata skond l-ekwazzjoni:

a

= a

w

B

2.5.5.4. Għall-verifika fuq l-istand, japplikaw il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.3.1, u l-vibrazzjoni trid tiġi ġġenerata skond il- kondizzjonijiet ta’ 2.5.5.2.

Għal kull wieħed miż-żewġ sewwieqa msemmija f'2.5.3.3.1, l-aċċelerazzjoni tal- vibrazzjoni miżjuda trid tiġi mkejjla fis-sit fuq perjodu ta' 28 sekonda. Il-kejl irid jibda fis-sinjal tal-valur issettjat li jikkorrispondi għal t = 0 sekondi u jispiċċa fis-sinjal tal-valur issettjat t = 28 sekonda (ara l-Appendiċi 4 u 5 ta' l-Anness II). Iridu jsiru ta' l-anqas żewġ ġirjiet tal-verifika. Il-valuri mkejjla ma jridux jiddevjaw mill-intermedjarju aritmetiku b’aktar minn ± 5 %.

2.5.6. Proċedura wżata biex tkun determinata l-vibrazzjoni tas-sit fuq sits intenzjonati għal trakters tal-Kategorija B.

2.5.6.1. Skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.4.2, il-verifiki tal-vibrazzjoni tas-sit ma japplikawx għal grupp jew klassi ta’ trakters, imma biss għal kull tip ta’ trakter li għalih huma ntenzjonati s-sit.

2.5.6.2. Il-verifika tat-triq standard trid issir skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.3.2 u 2.5.3.3. F’dan il-każ, l- aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mkejjla fuq is-sit tas-sewwieq (aws) ma tridx tiġi rranġata u b'hekk tkun identika għall-valur ta' referenza ta'

a

.

2.5.6.3. Il-verifika fuq l-istand tal-verifika trid issir b’assoċjazzjoni ma' verifika tat-triq standard bil- kondizzjonijiet 2.5.3.1 u 2.5.3.3.

Il-valuri ssetjati għall-unità tal-ġirja tar-'rig' tal-vibrazzjoni jridu jiġu ddeterminati b'integrazzjoni doppja tas-sinjal ta' l-aċċelerazzjoni tal-moviment ta' vibrazzjoni rreġistrata skond 2.5.3.1.1.

2.5.6.4. Fid-determinazzjoni tal-valuri ssettjati miksuba skond 2.5.6.3, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda (awp) irreġistrata fuq l-istand tal-verifika fit-twaħħil tas-sit ma tridx tiddevja b’aktar minn ± 10 % tal-valur (awF) irreġistrata fuq it-triq standard skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.6.3 (l-ewwel paragrafu). Fil-każ ta’ devjazzjoni mill-valur (awF) imkejjel fit-twaħħil tas-sit matul il-ġirja tal-verifika, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda rreġistrata fis-sit tas-sewwieq matul il-verifika fuq l-istand tal-verifika trid tiġi rranġata kif ġej:

a

= a

Kull waħda mill-verifiki fuq l-istand tal-verifika trid issir darbtejn. Il-valuri mkejla ma jridux jiddevjaw mill-intermedju aritmetiku b’aktar minn ± 5 %.

3. KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U L-IMMARKAR TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE

3.1. Kondizzjonijiet neċessarji għall-aprrovazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE ta’ sit

Biex tinħariġlu l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE, sit, irid, barra milli jissodisfa l- kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

3.1.1. l-iskala ta’ aġġustament bħala funzjoni tal-massa tas-sewwieq trid testendi minn ta’ l-anqas 50 sa 120 kg;

3.1.2. il-bidla fl-angolu ta’ inklinazzjoni mkejjla matul il-verifika ta’ l-istabbilita laterali ma tridx taqbeż il- 5o:

3.1.3. l-ebda wieħed miż-żewġ valuri deskritti f’2.5.3.3.7.2 ma jrid jaqbeż 1.25m/s2.

3.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ component tal-KEE

3.2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE trid tiġi sottomessa mis-sid ta' l-isem jew il-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2.2. Għal kull tip ta’ sit tas-sewwieq, l-applikazzjoni jrid ikollha magħha:

3.2.2.1. deskrizzjoni teknika qasira, li tiddikjara b’mod partikolari t-tip ta' trakter jew trakters li għalih huwa ntenzjonat;

3.2.2.2. disinji fi tliet kopji, iddettaljati biżżejjed biex jippermettu identifikazzjoni tat-tip ta’ sit u li juru b’mod partikolari d-dimensjonijiet tiegħu, l-piż tiegħu, s-sistema ta’ suspensjoni tiegħu u l-mezz ta’ twaħħil tiegħu;

3.2.2.3. ta’ l-anqas sit wieħed;

3.2.2.4. trakter wieħed (jekk ikun hemm bżonn) rappreżentattiv tat-tip ta’ trakter li għalih huwa ntenzjonat is-sit.

3.3. Skrizzjonijiet

3.3.1. Is-sit sottomess għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE jrid ikollu l-isem jew il-marka kummerċjali ta’ l-applikant, mnaqqxa b’mod ċar u ndelibbli.

3.3.2. Fuq kull sit irid ikun hemm spazju kbir biżżejjed għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE; dan l-ispazju jrid jidher fid-disinji msemmija f'3.2.2.2.

3.4. L-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE

3.4.1. Jekk is-sit sottomess skond 3.2 jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ 3.1 u 3.3, għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jiġi allokat numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent.

3.4.2. Dan in-numru ma jridx jiġi allokat għal tip ieħor ta’ sit.

3.5 Immarkar

3.5.1. Kull sit li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva jrid iġorr marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE.

3.5.2. Din il-marka tikkonsisti f’:

3.5.2.1. rettangolu madwar l-ittra żgħira 'e' segwita bin-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent:

1 għall-Ġermanja,

2 għal Franza,

3 għall-Italja,

4 għall-Olanda,

6 għall-Belġju,

11 għar-Renju Unit

13 għal-Lussemburgu,

18 għad-Danimarka

IRL għall-Irlanda,

3.5.2.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jikkorrispondi maċ-ċertifikat ta' l- approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE maħruġ għat-tip ta' sit, taħt jew qrib ir-rettangolu; u

3.5.2.3. l-indikazzjoni, fuq jew qrib ir-rettangolu, tat-tip ta' trakter tal-Kategorija A li għalih huwa ntenzjonat is-sit. Din għandha tidher kif ġej:

- għat-trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I: I

- għat-trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I u II: I u II.

Jekk ma tingħata l-ebda ndikazzjoni fuq ir-rettangolu, is-sit huwa ntenzjonat għal trakter tal-Kategorija B.

3.5.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE trid titwaħħal mas-sit b’dak il-mod li tkun indelibbli u leġġibbli b’mod ċar anki meta s-sit jiġi mmuntat fuq it-trakter.

3.5.4. Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent hija mogħtija fl-Appendiċi 11.

3.5.5. Id-dimensjonijiet tad-diversi partijiet ta' din il-marka ma jridux ikunu iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-immarkar kif jidhru fl-Appendiċi 11.

--------------------------------------------------

ANNESS III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONDIZZJONIJIET GĦALL-INSTALLAZZJONI TAS-SIT TAS-SEWWIEQ GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ TRAKTER

1. Kull sit tas-sewwieq irid ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ installazzjoni li ġejjin:

1.1. is-sit tas-sewwieq irid ikun installat b’dak il-mod li:

1.1.1. s-sewwieq ikun assigurat posizzjoni komda għas-sewqan u għall-manuvrar tat-trakter;

1.1.2. s-sit irid ikun faċilment aċċessibbli;

1.1.3. s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda fil-posizzjoni normali tas-sewqan, jista' jilħaq id-diversi kontrolli tat-trakter li għandhom tendenza li jintużaw waqt l-operazzjoni;

1.1.4. l-ebda parti mis-sit jew mill-komponenti tat-trakter ma jrid ikollha tendenza li ġġiegħel lis-sewwieq ibati minn qtugħ jew tbenġil;

1.1.5. meta s-sit ikun jista’ jiġi aġġustat fit-tul u fl-għoli biss, il-pjan ta’ simetrija tiegħu jrid jikkoinċidi jew ikun parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter;

1.1.6. meta s-sit huwa ddisinjat biex idur madwar assi vertikali jrid ikun kapaċi jissakkar fil-posizzjonijiet kollha jew f’ċerti posizzjonijiet u f’kwalunkwe każ fil-posizzjoni msemmija f’1.1.5.

2. Il-detentur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jista’ jitlob li din tkun estiża għal tipi oħra ta’ sits. L- awtoritajiet kompetenti jridu joħorġu din l-estensjoni fuq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1. it-tip il-ġdid ta’ sit irid ikun irċieva l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent;

2.2. irid ikun iddisinjat biex jiġi nstallat fuq it-tip ta' trakter li għalih intalbet l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

2.3. irid ikun installat b’dak il-mod li jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' dan l-Anness.

3. Is-sits intenzjonati għal trakters b’distanza ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ 1150 mm jista’ jkollhom id- dimensjonijiet minimi li ġejjin fir-rigward tal-fond u l-wisa' tas-superfiċje tas-sit:

- fond tas-superfiċje tas-sit: 300 mm,

- wisa’ tas-superfiċje tas-sit: 400 mm.

Din id-disposizzjoni tapplika biss jekk il-valuri speċifikati għall-fond u għall-wisa' tas-superfiċje tas-sit (jiġifieri 400 ± 50 mm u ta’ l-anqas 450 mm rispettivament) ma jistgħux jiġu osservatti minħabba raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tat-trakter.

4. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness V għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull tip ta’ approvazzjoni tat-tip jew estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip maħruġa jew rifjutata.

--------------------------------------------------

ANNESS V

ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TRAKTER FIR-RIGWARD TAS-SIT TAS-SEWWIEQ

(Artikli 4 (2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip għal trakters bir-roti agrikoli jew tal-foresti)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top