Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977L0541

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju ta’ l-1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur

    ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95–143 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1977/541/oj

    31977L0541

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju ta’ l-1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur

    Official Journal L 220 , 29/08/1977 P. 0095 - 0143
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0235
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0234
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0235
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0003
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0003
    CS.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    ET.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    HU.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    LT.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    LV.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    MT.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    PL.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    SK.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283
    SL.ES Chapter 13 Volume 004 P. 235 - 283


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-28 ta’ Ġunju ta’ l-1977

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur

    (77/541/KEE)

    Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-ħtiġiet tekiniċi li għandhom jiġu osservati minn vetturi bil-mutur konformIment mal-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu inter alia ma’ ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin;

    Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regolamenti eżistenti tagħhom, sabiex b’mod partikolari tiġi applikata l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar ta’ l-1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3] biex ikunu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi l-ħtiġiet komuni għall-partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġieri, il-pjan ta’ kontrolli, is-saqaf, id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedil ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva 74/60/KEE [4]; billi l-ħtiġiet għall-muntaġġi interni rigward il-protezzjoni tas-sewwieq kontra l-ġrieħi mill-mekkaniżmu ta’ l-isteering f’każ ta’ impatt ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva 74/297/KEE [5]; billi l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tas-sedili u l-ankoraġġi tagħhom ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva 74/297/KEE [6]; billi l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċintorini tas-sigurtà ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva 76/115/KEE [7]; billi ħtiġiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-head restraints u l-identifikazzjoni tal-kontrolli, jiġu stabbiliti f’data aktar ’il quddiem.

    Billi r-regoli għaċ-ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin jinkludu mhux biss ħtiġiet ta’ disinn iżda wkoll t-tqegħid tagħhom fil-vetturi bil-mutur;

    Billi proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent armonizzat għal ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru sabiex jivverifika l-konformità mal-ħtigiet komuni ta’ disinn u ta’ ttestjar u sabiex jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dak li jirriżulta billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent kkompletat għal kull tip ta’ ċintorin tas-sigurtà jew sistema tat-trażżin; billi t-tqiegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fuq iċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin kollha mmanifatturati in konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jwarrab il-ħtieġa ta’ verifiki tekniċi fuq dawn iċ-ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin fl-Istati Membri l-oħra;

    Billi l-għan prinċipali tal-ħtiġiet armonizzati hu li jħeġġeġ is-sigurtà fit-toroq; billi għandu għalhekk ikun obbligatorju li jiġu mwaħħlin ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin fil-vetturi koperti b’din id-Direttiva;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Kull Stat Membru għandu jagħti l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull tip ta’ ċintorin tas-sigurtà bi tliet punti jew addominali u kull tip ta’ sistema tat-trażżin li jissodisfaw il-ħtiġiet dwar disinn u testijiet stabbiliti fi 2 ta’ l-Anness I u fl-Annessi IV sa XIV.

    2. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat, jekk hemm bżonn b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra.

    3. Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, għandu jkun biżżejjed li Stat Membru jiżgura li bħala minimu l-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità stabbiliti f’2.8.1 ta’ l-Anness I huma applikati.

    Iżda, jekk il-verifiki huma magħmula mill-Istat Membru nnifsu, jew minn laboratorji awtorizzati minnu, il-metodi użati għandhom ikunu tali li jagħtu riżultati li jkunu ta’ min wieħed jorbot fuqhom għall-inqas daqs dawk li jiġu mogħtija mill-proċeduri previsti fil-paragrafu 1. Il-proċedura stabbilita f’2.8.2 ta’ l-Anness I hi, b’mod partikolari, metodu xieraq.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ ċintorin tas-sigurtà jew sistema tat-trażżin li huma japprovaw konformiment ma’ l-Artikolu 1, joħroġ lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tkun konformi ma’ wieħed mill-mudelli murija fl-Anness III.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jipprevjienu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin li jkunu ġew mogħtija l-approvazzjoni tat-tip konformiment ma’ l-Artikolu 1 u mezzi oħra.

    Artikolu 3

    1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin għal raġunijiet relatati mad-disinn tagħhom jew kif jaħdmu jekk ikollhom l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin li għandhom marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li konsistentement ma jikkonformawx mat-tip approvat.

    Dak l-Istat għandu jinforma l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni minnufih dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibagħtu lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li tiegħu hemm eżempju fl-Anness II, ikkompletat għal kull tip ta’ ċintorin tas-sigurtà u sistema tat-trażżin li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

    Artikolu 5

    1. Jekk Stat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent isib li numru ta’ ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ma humiex konformi mat-tip li approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn hemm nuqqas konsistenti li wieħed jikkonforma, jiġu estiżi għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar nuqqas ta’ konformità bħal dak.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u dwar ir-raġunijiet għal dik il-miżura.

    3. Jekk Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jikkontesta n-nuqqas li jikkonforma notifikat lilu, l-Istati Membri interessati għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, fejn neċessarju, iżżomm konsultazzjonijiet xierqa għall-għan li jintlaħaq ftehim.

    Artikolu 6

    Kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa tad-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tiġi rifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin jew li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għandha tagħti fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata, li fl-istess ħin għandha tiġi infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

    Artikolu 7

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura għal raġunijiet relatati maċ-ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin li bihom il-vettura tkun mgħammra, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħlin skond il-ħtiġiet stabbiliti f’3 ta’ l-Anness I.

    Artikolu 8

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati maċ-ċintorini tas-sigurtà jew is-sistemi tat-trażżin tagħha, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti f’3 ta’ l-Anness I.

    Artikolu 9

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur tal-kategorija M1 kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE maħsuba għall-użu fit-triq, li għandha għall-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25 km fis-siegħa.

    Artikolu 10

    L-emendi neċessarji għall-addattament ta’ l-Annessi biex iqisu l-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 1977.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Rodgers

    [1] ĠU C 76, tas-7.4.1975, pġ. 37.

    [2] ĠU C 263, tas-17.11.1975, pġ. 37.

    [3] ĠU C 42, tat-23.2.1970, pġ. 1.

    [4] ĠU C 38, tal-11.2.1974, pġ. 2.

    [5] ĠU L 165, ta’ l-20.6.1974, pġ.16

    [6] ĠU L 221, tat-12.8.1974, pġ. 1

    [7] ĠU L 24, tat-30.1.1976, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, TIFSIRIET, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT, ĦTIĠIET GĦALL-ISTALLAZZJONI

    0. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Din id-Direttiva tapplika għaċ-ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin li huma ddisinjati għall-istallazzjoni f’vetturi li jikkonformaw mat-tifsira fl-artikolu 9 u huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri bħala muntaġġi individwali, minn adulti li jokkupaw sedili li jħarsu ’l quddiem.

    1. TIFSIRIET

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    1.1. "ċintorin tas-sigurtà" (ċintorin tas-sedil, ċintorin) tfisser assemblaġġ ta’ ċineg b’bokkla ta’ sigurtà, mezzi ta’ aġġustament u aċċessorji li hu kapaċi li jkun mqabbad mal-vettura li timxi bis-saħħa tagħha stess u li hu ddisinjat sabiex inaqqas ir-riskju ta’ ħsara lil min qiegħed jilbsu, fl-eventwalità ta’ ħabta jew tnaqqis f’daqqa fil-veloċità tal-vettura, permezz ta’ limitazzjoni tal-moviment tal-ġisem ta’ min jilbsu. Assemblaġġ bħal dan hu ġeneralment imsejjaħ assemblaġġ ta’ ċintorin, terminu li jinkludi ukoll kwalunkwe mezz għal assorbiment ta’ enerġija jew ġbid lura taċ-ċintorin;

    1.1.1. "ċintorin addominali" tfisser ċintorin li jgħaddi mill-quddiem tal-parti tal-pelvi ta’ min qiegħed jilbsu;

    1.1.2. "ċintorin diagonali" tfisser ċintorin li jgħaddi diagonalment fuq ’il quddiem tas-sider, mill-koxxa sa l-ispalla kuntrarja;

    1.1.3. "ċintorin bi tliet punti" tfisser kwalunkwe assemblaġġ ta’ ċintorin li hu mqabbad ma’ tliet punti u huwa kombinazzjoni ta’ ċintorin addominali u ċintorin diagonali;

    1.1.4. "ċintorin ta’ l-arneż" tfisser assemblaġġ ta’ ċintorin li għandu ċintorin addominali u ċineg ta’ l-ispalla;

    1.2. "tip ta’ ċintorin" tfisser kategorija ta’ ċintorini li ma jiddeferixxux f’dawk l-aspetti essenzjali bħal:

    1.2.1. partijiet riġidi (bokkla, aċċessorji, retractor, eċċ.),

    1.2.2. il-materjal,in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kuluri taċ-ċineg,

    1.2.3. il-ġometrija ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin;

    1.3. "ċinga" tfisser komponent flessibbli ddisinjat sabiex iżomm il-ġisem u biex jittrasmetti t- tensjoni lill-ankoraġġi taċ-ċintorin;

    1.4. "bokkla" tfisser mezz li jista’ jinfetaħ malajr li jippermetti lil min jilbsu li jkun miżmum miċ-ċintorin. Il-bokkla tista’ tinkorpora l-mezz ta’ aġġustament taċ-ċintorin;

    1.5. "mezz ta’ aġġustament taċ-ċintorin" ifisser mezz li jippermetti li ċ-ċintorin jiġi aġġustat skond il-bżonnijiet ta’ min qiegħed individwalment jilbsu u tal-posizzjoni tas-sedil. Il- mezz ta’ aġġustament jista’ jkun jew parti mill-bokkla jew retractor;

    1.6. "aċċessorji" tfisser partijiet mill-assemblaġġ taċ-ċintorin, inklużi l-komponenti tas-sigurtà neċessarji, li jippermettulu li jkun imwaħħal ma’ l-ankoraġġi taċ-ċintorin;

    1.7. "mezz li jassorbi l-enerġija" tfisser mezz iddisinjat sabiex iferrex l-enerġija indipendentement minn, jew flimkien ma’, iċ-ċinga u li jifforma parti mill-assemblaġġ taċ-ċintorin;

    1.8. "retractor" ifisser mezz għall-akkomodament ta’ parti minn jew iċ-ċinga sħiħa taċ- ċintorin tas-sigurtà;

    1.8.1. "retractor li ma jinqafilx (tip 1)" tfisser retractor li minnu tiġi estratta ċ-ċinga sat-tul kollu tagħha permezz ta’ sforz żgħir estern u li ma jippermetti l-ebda aġġustament taċ- ċinga li ġiet estratta;

    1.8.2. "retractor li jinfetaħ manwalment (tip 2)" tfisser retractor li għandu bżonn l-operazzjoni manwali ta’ mezz minn min ikun qed jużah sabiex ma jiftaħ ir-retractor sabiex jikseb l- estrazzjoni mixtieqa taċ-ċinga u li jinqafel awtomatikament meta dik l-operazzjoni tieqaf;

    1.8.3. "retractor li jinqafel awtomatikament (tip 3)" tfisser retractor li jippermetti l-estrazzjoni taċ-ċinga għat-tul mixtieq u li, meta l-bokkla hija maqfula, awtomatikament jaġġusta ċ- ċinga lil min ikun qieged jilbsu. Iċ-ċinga ma tistax tiġi estratta aktar mingħajr azzjoni deliberata minn min ikun qiegħed jilbisha;

    1.8.4. "retractor li jinqafel f’emerġenza (tip 4)" tfisser retractor li, f’kondizzjonijiet ta’ sewqan normali, ma jillimitax il-libertà tal-moviment ta’ min qiegħed jilbes iċ-ċintorin tas- sigurtà. Għandu mezz ta’ aġġustament it-tul li awtomatikament jaġġusta ċ-ċinga lil min qiegħed jilbsu, u mekkaniżmu ta’ qfil għal każijiet ta’ emerġenza permezz ta’:

    1.8.4.1. tnaqqis ta’ veloċità tal-vettura, estrazzjoni taċ-ċinga relatata mar-retractor jew metodu awtomatiku ieħor (sensittività singola), jew

    1.8.4.2. kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi (sensittività multipla);

    1.9. "ankoraġġi taċ-ċintorin" tfisser il-partijiet ta’ l-istruttura tal-vettura jew struttura tas-sedili jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħhom jinqaflu ċ-ċintorini tas-sigurtà;

    1.10. "tip ta’ vettura fir-rigward ta’ ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin" tfisser kategorija ta’ vetturi li jimxu bil-forza tagħhom stess li ma humiex differenti minn xulxin fl-aspetti essenzjali bħal ma huma d-dimensjonijiet, linji u materjali kostitwenti tal-komponenti ta’ l-istruttura tal-vettura jew struttura tas-sedili jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħhom jitwaħħlu ċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistema tat-trażżin;

    1.11. "sistema tat-trażżin" tfisser sistema li tikkombina sedil, imwaħħal ma’ l-istruttura tal- vettura permezz ta’ mezzi xierqa, u ċintorin tas-sigurtà li għalihom għall-inqas ankoraġġ wieħed hu mqiegħed fuq l-istruttura tas-sedil;

    1.12. "sedil" ifisser struttura li tista’ tkun jew tista’ ma tkunx integrali ma’ l-istruttura tal-vettura kompluta bit-tapezzerija, maħsub biex tpoġġi fuqu persuna waħda adulta. Il-kelma tkopri kemm sedil individwali kif ukoll parti minn sedil-bank maħsub sabiex tpoġġi fuqu persuna waħda;

    1.13. "grupp ta’ sedili" ifisser jew sedil ta’ tip ta’ bank, jew sedili li huma separati iżda naħa ma’ l-oħra (jiġifieri, imwaħħalin b’mod li l-ankoraġġi tas-sedili ta’ quddiem ta’ wieħed minn dawn is-sedili huma f’linja ma’ l-ankoraġġi ta’ quddiem jew ta’ wara tas-sedil l- ieħor jew bejn l-ankoraġġi tas-sedil l-ieħor) u li jistgħu ipoġġu fuqhom adult wieħed jew aktar;

    1.14. "bank-sedil" ifisser struttura kompluta bit-tapezzerija, maħsuba biex ipoġġu fuqha għall- inqas żewġ adulti;

    1.15. "sistema ta’ aġġustament" tfisser il-mezz li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati għal posizzjoni adatta għall-morfoloġija ta’ min qiegħed jokkupa s-sedil. Dan il-mezz jista’, b’mod partikolari, jippermetti:

    1.15.1. l-ispostament lonġitudinali,

    1.15.2. l-ispostament vertikali,

    1.15.3. l-ispostament angulari;

    1.16. "ankoraġġ tas-sedil" ifisser is-sistema li permezz tagħha l-assemblaġġ tas-sedil hu mwaħħal ma’ l-istruttura tal-vettura, inklużi l-partijiet affettwati ta’ l-istruttura tal- vettura;

    1.17. "tip ta’ sedil" ifisser kategorija ta’ sedili li ma humiex differenti minn xulxin f’aspetti essenzjali bħal:

    1.17.1. l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u materjali tas-sedil,

    1.17.2. it-tip u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u s-sistemi kollha ta’ qfil,

    1.17.3. it-tip u d-dimensjonijiet ta’ l-ankoraġġi taċ-ċinga fuq is-sedil, ta’ l-ankoraġġ tas-sedil u tal-partijiet affettwati ta’ l-istruttura tal-vettura;

    1.18. "sistema ta’ spostament" tfisser mezz li jippermetti li s-sedil jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu spostati b’mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr posizzjoni fissa intermedja, sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-passiġġieri;

    1.19. "sistema ta’ qfil" tfisser mezz li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu jinżammu f’kwalunkwe posizzjoni ta’ użu.

    2. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

    2.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

    2.1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ tip ta’ ċintorin tas- sigurtà għandha tiġi ssottomessa mid-detentur ta’ l-isem kummerċjali jew tat-trade mark jew mir-rappreżentant tiegħu.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ tip ta’ trażżin għandha tiġi ssottomessa mid-detentur ta’ l-isem kummerċjali jew tat-trade mark jew mir-rappreżentant tiegħu jew mill-manifattur tal-vettura li fiha għandu jiġi stallat jew mir-rappreżentant tiegħu.

    2.1.2. Għandu jkun hemm magħha:

    2.1.2.1. deskrizzjoni teknika fi tliet kopji tat-tip ta’ ċintorin, li tispeċifika ċ-ċineg u l-partijiet riġidi użati u jkollha magħha tpinġijiet adatti u istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni fil-każ ta’ retractor. It-tpinġijiet għandhom juru l-posizzjoni għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. Id-deskrizzjoni għandha ssemmi l-kulur tal-mudell issottomess għall-approvazzjoni u għandha tispeċifika t-tip(i) ta’ vettura li għaliha dak it-tip ta’ ċintorin huwa intenzjonat. Fil-każ ta’ sistema tat-trażżin, id-deskrizzjoni għandha tinkludi: tpinġijiet, fuq skala xierqa, ta’ l-istruttura tal-vettura, l-istruttura tas-sedil, is-sistema ta’ aġġustament u aċċessorji, li juru l-posizzjonijiet ta’ l-ankoraġġi tas-sedil u l-ankoraġġi taċ-ċintorin u rinforzi f’dettalji suffiċjenti; deskrizzjoni teknika tal-materjali użati li jistgħu jaffettwaw is-saħħa ta’ l-ankoraġġi tas-sedil u l-ankoraġġi taċ-ċintorin; deskrizzjoni teknika ta’ l-ankoraġġi tas-sedil u ta’ l-ankoraġġi taċ-ċintorin;

    2.1.2.2. ħames kampjuni ta’ tip ta’ ċintorin mingħajr retractor;

    2.1.2.3. sitt kampjuni ta’ tip ta’ ċintorin b’retractor;

    2.1.2.4. tul ta’ 10 metri ta’ kull tip ta’ ċinga użata fit-tip ta’ ċintorin.

    2.1.3. Fil-każ ta’ sistemi tat-trażżin, għandhom jiġu ssottomessi mill-applikant lis-servizz tekniku żewġ kampjuni, li jistgħu jinkludu tnejn mill-kampjuni taċ-ċintorini msemmija f’2.1.2.2, u, fl-għażla tal-manifattur, jew vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, jew il-parti jew partijiet tal-vettura li huma meqjusa essenzjali mis-servizz tekniku li jwettaq testijiet ta’ approvazzjoni għall-ittestjar tas-sistema tat-trażżin.

    2.2. Immarkar

    Il-kampjuni ta’ tip taċ-ċintorin jew tip ta’ sistema tat-trażżin issottomessi għall- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent bi qbil ma’ 2.1 għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali jew trade mark.

    2.3. Speċifikazzjonijiet ġenerali

    2.3.1. Kull kampjun sottomess skond 2.1 għandu jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet elenkati f’2.3 sa 2.7.

    2.3.2. Iċ-ċintorin jew is-sistema tat-trażżin għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti li, meta jiġu stallati korrettement u użati sew minn okkupant, huma joperaw b’mod sodisfaċenti u jnaqqsu r-riskju ta’ danni fuq il-persuna fl-eventwalità ta’ inċident.

    2.4. Partijiet riġidi

    2.4.1. Ġenerali

    2.4.1.1. Il-partijiet riġidi taċ-ċintorin tas-sigurtà, bħal bokkli, mezzi ta’ aġġustament, aċċessorji u affarijiet bħalhom, ma għandux ikollhom xfar li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw deterjorament jew qtugħ taċ-ċineg minħabba chafing.

    2.4.1.2. Il-partijiet kollha ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin li jistgħu jkunu affettwati bil-korrużjoni għandhom jkunu protteti sew kontriha. Wara li jgħaddu mit-test ta’ korrużjoni previst f’2.7.2, l-ebda sinjali ta’ deterjorament li jista’ jxejjen il-funzjonament xieraq tal-mezz u lanqas ebda korrużjoni sinifikanti ma għandhom jidhru fl-għajnejn ta’ osservatur kwalifikat mingħajr ebda neċessita’ ta’ għajnuna.

    2.4.1.3. Il-partijiet riġidi intenzjonati sabiex jassorbixxu l-enerġija jew li sabiex ikunu suġġetti għal jew jittrasmettu pressjoni ma għandhomx ikunu fraġili.

    2.4.1.4. L-oġġetti riġidi u partijiet tal-plastika ta’ ċintorin tas-sigurtà għandhom ikunu mqiegħda u stallati hekk li, meta vettura li timxi bis-saħħa tagħha stess tkun f’użu normali, ma jistgħux jinqabdu taħt sedil li jiżżerżaq jew f’bieba tal-vettura. Jekk waħda mill-partijiet ma tilħaqx il-ħtiġiet hawn fuq imsemmija, għandha tiġi sottoposta għal test ta’ impatt kiesaħ kif speċifikat f’2.7.6.4. Wara test, jekk ikun hemm xi xquq viżibbli fil-qxur tal-plastika jew fil-mezzi li jżommu l-oġġetti riġidi, dawn il-partijiet tal-plastika għandhom jitneħħew u l-assemblaġġ li jibqa’ għandu jiġi verifikat għas-sigurtà kontinwata tiegħu. Jekk l-assemblaġġ li jibqa’ ikun sigur, jew jekk ma jkun hemm l-ebda xquq viżibbli, għandu jiġi verifikat mill-ġdid sabiex jinstab jekk jilħaqx il-ħtiġiet ta’ 2.4.2, 2.4.3 u 2.6.

    2.4.2. Il-Bokkla

    2.4.2.1. Il-bokkla għandha tkun hekk iddisinjata li tipprekludi kull possibilità ta’ użu skorrett. Dan ifisser inter alia li ma għandux ikun possibbli għall-bokkla li titħalla f’posizzjoni parzjalment magħluqa. Il-proċedura għall-ftuħ tal-bokkla għandha tkun ovvja. Kull fejn il-bokkla tista’ tkun f’kuntatt ma’ min qiegħed jilbisha, il-wisa’ tal-wiċċ tal-kuntatt tagħha ma għandux ikun inqas minn 46mm.

    2.4.2.2. Il-bokkla, ukoll meta mhux taħt tagħbija, għandha tibqa’ magħluqa, tkun xi tkun il- posizzjoni tagħha.

    Ma għandux ikun possibbli li tinfetaħ bi pressjoni inqas minn 1 daN. Il-bokkla għandha tkun hekk iddisinjata li jkun faċli li tintuża u li tinqabad. Għandha tkun kapaċi li tinfetaħ meta taħt il-pressjoni speċifikata f’2.7.9.2.

    Il-bokkla għandha tinfetaħ billi tingħafas buttuna jew mezz simili. Il-wiċċ li fuqha l-pressjoni għandha tkun applikata għandu jkollu, fil-posizzjoni ta’ ftuħ attwali:

    - għall-mezzi magħluqa, qasam ta’ mhux inqas minn 4,5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 15mm;

    - għall-mezzi mhux magħluqa, qasam ta’ mhux inqas minn 2.5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 10mm.

    Din l-erja għandha tkun ikkulurita aħmar. L-ebda parti oħra tal-bokkla ma għandha tkun ta’ dan il-kulur.

    2.4.2.3. Il-bokkla għandha tkun kapaċi li tissaporti operazzjonijiet ripetuti u, qabel it-test dinamiku msemmi f’2.7.8, għandha tgħaddi minn 500 ċiklu ta’ ftuħ u egħluq. Il-molol ta’ bokkli li jingħalqu għandhom, barra minn hekk, jitħaddmu għal 4500 darba f’kondizzjonijiet ta’ użu normali.

    2.4.2.4. Il-bokkla, meta tkun ittestjata skond 2.7.6.3 għandha topera b’mod normali.

    2.4.2.5. Il-pressjoni meħtieġa sabiex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt f’2.7.9 ma għandhiex tkun iżjed minn 6 daN.

    2.4.2.6. Il-bokkla għandha tkun ittestjata għas-saħħa skond il-ħtiġiet ta’ 2.7.6.1 u 2.7.6.5, kif ikun xieraq. Ma għandhiex tinkiser, titgħawweġ serjament jew tinqala’ meta tkun soġġett għall-pressjoni preskritta.

    2.4.2.7. Fil-każ ta’ bokkli li jinkorporaw komponent komuni għal żewġ assemblaġġi, jekk il- bokkla ta’ assemblaġġ wieħed tista’ tkun immuntata fl-użu mal-parti akkoppjata ta’ dak l- assemblaġġ u ma’ dik ta’ l-assemblaġġ l-ieħor, it-testijiet ta’ saħħa u ftuħ imsemmija f’2.7.8 u 2.7.9 għandhom jitwettqu għaż-żewġ metodi possibbli ta’ assemblaġġ.

    2.4.3. Mezz ta’ aġġustament taċ-ċintorin

    2.4.3.1. Żewġ kampjuni ta’ kull mezz ta’ aġġustament taċ-ċintorin għandhom jiġu ttestjati skond il-ħtiġiet 2.7.4. Il-parti taċ-ċinga li tiskorri ma għandhiex tkun iżjed minn 25 mm għal kull kampjun ta’ mezz ta’ aġġustament u s-somma ta’ l-ispostamenti għal kull mezz ta’ aġġustament ta’ ċintorin ma għandhiex tkun iżjed minn 40 mm.

    2.4.3.2. Il-mezzi kollha ta’ aġġustament għandhom jiġu ttestjati skond 2.7.6.1. Ma għandhomx la jinkisru u lanqas jinqalgħu meta soġġetti għall-pressjoni preskritta.

    2.4.3.3. Meta jitwettaq test skond 2.7.6.6, il-pressjoni meħtieġa biex jiġi operat xi mezz manwali ma għandux ikun iżjed minn 5 daN.

    2.4.4. Aċċessorji

    L-aċċessorji għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa skond il-ħtiġiet ta’ 2.7.6.1 u 2.7.6.2. Ma għandhomx la jinkisru u lanqas jinqalgħu meta soġġetti għall-pressjoni preskritta.

    2.4.5. Retractors

    Retractors għandhom josservaw il-ħtiġiet speċifikati hawn aktar ’l isfel, inklużi t-testijiet għas-saħħa preskritti f’2.7.6.1 u 2.7.6.2.

    2.4.5.1. Retractors li jinqaflu awtomatikament

    2.4.5.1.1. Iċ-ċinga ta’ ċintorin tas-sigurtà mgħammra b’retractor li jinqafel awtomatikament ma għandhiex timxi aktar minn 30 mm bejn il-posizzjonijiet ta’ qfil tar-retractor. Wara moviment lura minn min qiegħed jilbsu, iċ-ċintorin għandu jew jibqa’ fil-posizzjoni inizjali tiegħu jew jirritorna f’dik il-posizzjoni awtomatikament permezz ta’ movimenti sussegwenti ’il quddiem minn min qiegħed jilbsu.

    2.4.5.1.2. Jekk ir-retractor huwa parti minn ċintorin ta’ addominali, il-pressjoni ta’ ġbid lura fuq iċ-ċinga ma għandhiex tkun inqas minn 0,7 dan meta mkejjla fit-tul liberu bejn il-manikin u r-retractor skond 2.7.7.4. Jekk ir-retractor jifforma parti miċ-ċinga diagonali, il- pressjoni ta’ ġbid lura fuq iċ-ċinga ma għandhiex tkun inqas minn 0,2 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta mkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-pressjoni ta’ ġbid għandha tiġi mkejla fit-tul liberu bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora mezz li, permezz ta’ operazzjoni manwali jew awtomatika, iwaqqaf iċ-ċinga milli tiġibed lura kompletament, dak il-mezz ma għandux jiġi operat meta ssir stima tal-pressjoni ta’ ġbid lura.

    2.4.5.1.3. Iċ-ċinga għandha titneħħa mir-retractor ripetutament, skond il-metodu deskritt f’2.7.7.1, sakemm jiġu kkompletati 5000 ċiklu ta’ tneħħija u ġbid lura. Ir-retractor għandu mbagħad jiġi sottopost għat-test ta’ korrużjoni previst f’2.7.2 segwit bit-test ta’ reżistenza għat-trab deskritt f’2.7.7.3. Imbagħad għandu jikkompleta b’mod sodifaċenti 5000 ċiklu ieħor u wara dan għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ 2.4.5.1.1 u 2.4.5.1.2. Wara t-testijiet hawn fuq imsemmija, r-retractor għandu jkompli jiffunzjona sew u jistiva ċ-ċinga effiċjentement.

    2.4.5.2. Retractors li jinqaflu f’emerġenza

    2.4.5.2.1. Retractor li jinqafel f’emerġenza għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin meta ttestjat skond 2.7.7.2:

    2.4.5.2.1.1. għandu jinqafel meta t-tnaqqis ta’ veloċità tal-vettura jilħaq valur ta’ 0,45g;

    2.4.5.2.1.2. ma għandux jinqafel meta ċ-ċinga tgħaddi minn aċċellerazzjonijiet, imkejla fid-direzzjoni ta’ l-estrazzjoni, ta’ inqas minn 0,8g;

    2.4.5.2.1.3. ma għandux jinqafel meta jiġi mmejjel f’angoli ta’ 12° jew inqas fi kwalunkwe direzzjoni mill-posizzjoni ta’ l-istallazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu;

    2.4.5.2.1.4. għandu jinqafel meta jiġi mmejjel f’angoli ta’ 27° jew iktar fi kwalunkwe direzzjoni mill-posizzjoni ta’ l-istallazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu;

    2.4.5.2.2. meta jiġi ttestjat skond 2.7.7.2, retractor li jinqafel f’emerġenza b’sensittività multipla, li waħda minnhom tkun sensittività taċ-ċinga tiegħu, għandu, b’żieda ma’ l-osservanza tal-ħtiġiet hawn fuq imsemmija, jinqafel meta l-aċċelerazzjoni taċ-ċinga tkun għall-inqas 1,5 g, imkejjla fid-direzzjoni ta’ l-estrazzjoni;

    2.4.5.2.3. F’kull wieħed mit-testijiet imsemmija f’2.4.5.2.1 u 2.4.5.2.2, l-ammont tal-moviment taċ-ċinga li jista’ jseħħ qabel ma jinqafel ir-retractor jinqafel ma għandux ikun iżjed minn 50 mm, li jibda mit-tul speċifikat f’2.7.7.2.1. Sabiex ikun konformi mal-ħtiġiet ta’ 2.4.5.2.1.2, retractor għandu jiġi meqjus bħala sodisfaċenti jekk, fil-valuri ta’ l-aċċelerazzjoni taċ-ċinga previsti f’dak il-punt, ma jinqafilx sa meta għall-inqas 50 mm taċ-ċinga jinħallu, li jibda mit-tul speċifikat f’2.7.7.2.1;

    2.4.5.2.4. Jekk ir-retractor jifforma parti minn ċintorin addominali, il-qawwa li tiġbed lura taċ-ċinga ma għandhiex tkun inqas minn 0,7 daN meta mkejla fit-tul liberu bejn il-manikin u r-retractor, skond 2.7.7.4. Jekk retractor jifforma parti minn ċinga dijagonali, il-qawwa li tiġbed lura taċ-ċinga ma għandhiex tkun inqas minn 0,2 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta mkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-qawwa tar-retractor għandha tkun imkejjla fit-tul liberu bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora mezz li, permezz ta’ operazzjoni manwali jew awtomatika, iwaqqaf iċ-ċinga milli miġbuda lura kompletament, dak il-mezz ma għandux jintuża meta tkun eżaminata il-qawwa tal-ġbid lura;

    2.4.5.2.5. Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mir-retractor u permessa li tmur lura ripetutament skond il-metodu deskritt f’2.7.7.1, sakemm jiġu kkompletati 40,000 ċiklu ta’ tneħħija u ġbid lura. Ir-retractor imbagħad jiġi sottopost għat-test ta’ korrużjoni previst f’2.7.2 segwit mit-test ta’ reżistenza għat-trab deskritt f’2.7.7.3. Għandu mbagħad jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5000 ċiklu ieħor ta’ tneħħija u ħbid lura, u wara dan għandu xorta jilħaq l-ħtiġiet ta’ 2.4.5.2.1, 2.4.5.2.2, 2.4.5.2.3 u 2.4.5.2.4. wara t-testijiet hawn fuq imsemmija, ir-retractor għandu jkompli jiffunzjona sewwa u jistiva ċ-ċinga b’mod effiċjenti.

    2.5. Ċineg

    2.5.1. Ġenerali

    2.5.1.1. Il-karatteristiċi taċ-ċineg għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-pressjoni tagħhom fuq il-ġisem ta’ minn min qiegħed jilbishom tkun iddistribwita kemm jista’ jkun b’mod indaqs fuq il-wisa’ sħiħa tagħhom u li ma jinbarmux, ukoll jekk taħt tagħbija. Għandu jkollhom kapaċatijajiet ta’ assorbiment u ta’ tifrix ta’ enerġija.

    2.5.1.2. Il-wisa’ taċ-ċinga taħt tagħbija ta’ 980 daN ma għandhiex tkun inqas minn 46 mm. Din id-dimensjoni għandha tkun imkejjla waqt it-test ta’ ksur u ta’ saħħa preskritt f’2.75, u mingħajr it-twaqqif tal-magna.

    2.5.2. Saħħa wara kondizzjonament għal temperatura normali

    Fil-każ taż-żewġ kampjuni ta’ ċineg kondizzjonati skond 2.7.3.1, il-limitu ta’ tagħbija ta’ ksur taċ-ċinga qabel tinkiser, determinat skond 2.7.5, ma għandux ikun inqas minn 1470 daN. Id-differenza bejn it-tagħbijiet ta’ ksur taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun iżjed b’10 % mill-akbar waħda mit-tagħbijiet ta’ ksur imkejjla.

    2.5.3. Saħħa wara kondizzjonament speċjali

    Fil-każ taż-żewġ kampjuni taċ-ċineg kondizzjonati b’konformità ma’ waħda mid-disposizzjonijiet ta’ 2.7.3 (ħlief 2.7.3.1), it-tagħbija ta’ ksur taċ-ċinga ma għandhiex tkun inqas minn 75 % tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test imsemmi f’2.5.2, u mhux inqas minn 1470 daN. Is-servizz tekniku jista’ ma jwettaqx wieħed jew iktar minn dawn it-testijiet jekk il-komposizzjoni tal-materjal użat, jew informazzjoni diġà disponibbli, tirrendi t-test jew testijiet żejda.

    2.6. Assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin

    2.6.1. Ħtiġiet għat-testjar dinamiku

    2.6.1.1. L-assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin għandhom ikunu soġġetti għat-test dinamiku skond 2.7.8.

    2.6.1.2. It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq żewġ muntaġġi ta’ ċintorini li ma kinux taħt pressjoni qabel, ħlief fil-każ ta’ assemblaġġi ta’ ċintorin li jiffurmaw parti mis-sistemi tat-trażżin, meta t-test dinamiku għandu jiġi mwettaq fuq is-sistemi tat-trażżin intenzjonati għal grupp wieħed ta’ sedili li ma kinux taħt pressjoni qabel. Il-bokkli ta’ l-assemblaġġi taċ-ċintorin li għandhom jiġu ttestjati jeħtieġu li jkunu osservaw il-ħtiġiet ta’ 2.4.2.3. Fil-każ ta’ ċintorini tas-sigurtà b’retractor, ir-retractor għandu jkun għadda mit-test ta’ durabilità tal-mekkaniżmu msemmi f’2.7.7.1, it-test tal-korrużjoni msemmi f’2.7.2 u t-test għar-reżistenza għat-trab imsemmi f’2.7.7.3. Waqt it-test, għandhom jintlaħqu dawn il-ħtiġiet:

    2.6.1.2.1. l-ebda parti ta’ assemblaġġ ta’ ċintorin jew sistema tat-trażżin li jipproteġi l-okkupant ma għandu jinkiser u l-ebda bokkla jew sistem a ta’ qfil jew spostament ma għandu jinfetaħ;

    2.6.1.2.2. l-ispostament ’il quddiem tal-manikin għandu jkun bejn 80 u 200 mm f’livell tal-pelvi fil-każ ta’ ċintorini addominali. Fil-każ ta’ tipi ta’ ċintorini oħra, l-ispostament ’il quddiem għandu jkun bejn 80 u 200 mm f’livell tal-pelvi u bejn 100 u 300 mm fil-livell tas-sider. Dawn l-ispostamenti huma l-ispostamenti relatati mal-punti ta’ kejl imsemmija fl-Anness III, fig. 6.

    2.6.1.3. Fil-każ ta’ sistema tat-trażżin:

    2.6.1.3.1. il-moviment tal-punt tar-referenza tas-sider jista’ jkun iżjed minn dak speċifikat f’2.6.1.2.2. jekk jista’ jintwera, jew permezz ta’ kalkolu jew permezz ta’ test ieħor, li l-ebda parti tal-qafas tas-sider jew ir-ras tal-manikin użat fit-test dinamiku ma jkun ġie f’kuntatt ma’ xi parti riġida ta’ quddiem tal-vettura, apparti mill-kuntatt tas-sider ma’ l-assemblaġġ ta’ l-isteering, jekk dan ta’ l-aħħar josserva l-ħtiġiet tad-Direttiva 74/297/KEE u sakemm il-kuntatt ma jsirx f’veloċità akbar minn 24 km fis-siegħa. Għal din l-istima, is-sedil għandu jitqies li jkun fil-posizzjoni speċifikata f’2.7.8.1.5;

    2.6.1.3.2. fil-każ ta’ vettura b’żewġ bibien, is-sistemi ta’ l-ispostament u qfil li jippermettu lill-okkupanti tas-sedili ta’ wara li jħallu l-vettura għandhom jibqu kapaċi li jitħaddmu manwalment wara t-test dinamiku.

    2.6.2. Saħħa wara proċedura ta’ brix

    2.6.2.1. Għaż-żewġ kampjuni kondizzjonati skond 2.7.3.6, it-tagħbija tal-ksur għandha tkun eżaminati skond 2.7.6. Għandha tkun għall-inqas ugwali għal 75 % tal-medja tat-tagħbijiet tal-ksur iddeterminati waqt testijiet fuq ċineg mhux mibruxa, u mhux inqas mit-tagħbija minima speċifikata għall-oġġetti li qed jiġu ttestjati. Id-differenza bejn it-tagħbijiet tal-ksur taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tiskorri 20 % ta’ l-ikbar tagħbija tal-ksur imkejjla.

    2.6.2.2. Il-partijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ brix u l-proċeduri li jsegwu huma indikati fil-lista li ġejja: kampjun ġdid għandu jintuża għal kull proċedura.

    | Proċedura Tip 1 | Proċedura Tip 2 | Proċedura Tip 3 |

    Aċċessorju | — | — | X |

    Gwida jew taljola | — | X | — |

    Ħolqa tal-bokkla | — | X | X |

    Mezz ta’ aġġustament | X | X | X |

    Partijiet meħjuta maċ-ċinga | — | — | X |

    2.7. Testijiet

    2.7.1. Użu ta’ kampjuni ssottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ tip ta’ ċintorin jew sistema tat-trażżin (ara l-Anness XIV).

    2.7.1.1. Żewġ assemblaġġi ta’ ċintorin huma meħtieġa għat-test taċ-ċintorin immuntat, għat-test tal-ftuħ tal-bokkla u għat-test ta’ l-impatt tal-ksieħ.

    2.7.1.2. Assemblaġġ ta’ ċintorin wieħed għandu jintuża bħala sors ta’ kampjuni ta’ komponenti ta’ ċintorin għat-testijiet għall-korrużjoni u għas-saħħa tal-bokkli.

    2.7.1.3. Żewġ assemblaġġi ta’ ċintorini huma meħtieġa għall-proċedura tal-brix u t-test tal- mikro skorriment.

    2.7.1.4. L-assemblaġġ taċ-ċintorin miżjud imsemmi f’2.1.2.3 għandu jintuża għat-test ta’ korrużjoni.

    2.7.1.5. Il-kampjun taċ-ċinga għandu jintuża għat-testjar tas-saħħa qabel il-ksur taċ-ċinga. Parti minn dan il-kampjun għandha tinżamm għalkemm tibqa’ valida l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent.

    2.7.1.6. Is-servizz tekniku responsabbli għat-testjar ta’ l-approvazzjoni jkun intitolat li jitlob numru ta’ kampjuni b’żieda għal dawk imsemmija f’2.1.2.2, 2.1.2.3 u 2.1.2.4.

    2.7.2. Test ta’ korrużjoni

    2.7.2.1. Assemblaġġ sħiħ ta’ ċintorin tas-sigurtà għandu jkun posizzjonat f’kompartiment tat-test kif previst fl-Anness XIII. Fil-każ ta’ assemblaġġ li jinkorpora retractor, iċ-ċinga għandha tinħall għat-tul kollu tagħha kollha, inqas minn 300 mm ± 3 mm.

    Ħlief għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, eż. għall-verifika milli mill-ġdid tat-taħlita tal-melħ, it-test ta’ esposizzjoni għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta’ ħamsin siegħa.

    2.7.2.2. Mat-tlestija tat-test ta’ esposizzjoni, l-assemblaġġ għandu jkun maħsul ġentilment jew mgħaddas f’ilma nadif ġieri f’temperatura li ma taqbiżx 38º C sabiex jitneħħa kull depożitu ta’ melħ li seta’ fforma, u mbagħad imħolli jinxef f’temperatura normali għal 24 siegħa qabel ma jkun spezzjonat skond 2.4.1.2.

    2.7.3. Kondizzjonament ta’ ċineg għat-test ta’ saħħa qabel ksur

    Kampjuni mqatta’ miċ-ċinga, kif imsemmi f’2.1.2.4, għandhom jiġu kondizzjonati kif ġej

    2.7.3.1. Kondizzjonament f’temperatura normali

    Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 20º ± 5ºC u umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %. Jekk it-test ma jsirx immedjatament wara l-kondizzjonament, il-kampjun għandu jitqiegħed f’reċipjent issiġillat ermetikament sakemm jibda t-test. It-tagħbija qabel ksur għandha tkun iddeterminata fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-atmosfera kondizzjonata jew reċipjent.

    2.7.3.2. Kondizzjonament għad-dawl

    2.7.3.2.1. Għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/R 105 - 1959, "test għall-ġiri tal-kuluri ta’ tessuti", kif emendata bl-Addendum I (ISO/R 105 - 1959/A1 - 1963) u l-Addendum II (ISO/R 105/II - 1963). Iċ-ċinga għandha tkun esposta għad-dawl għall-ħin neċessarju sabiex jipproduċi fuq iż-żebgħa blu standard nru 7 kuntrast ugwali għall-grad erbgħa fuq skala griża.

    2.7.3.2.2. Wara l-esposizzjoni, iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 20º ± 5ºC u umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %. Il-tagħbija qabel ksur għandha tkun iddeterminata fi żmien ħames minuti mit-tneħħija tal-kampjuni mill-istallazzjoni kondizzjonata.

    2.7.3.3. Kondizzjonament għall-kesħa

    2.7.3.3.1. Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 20º ± 5ºCu umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %.

    2.7.3.3.2. Iċ-ċinga għandha mbagħad tinżamm għal siegħa u nofs fuq wiċċ ċatt f’kompartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura ta’ l-arja hija – 30º ± 5ºC. Imbagħad għandha tkun mitwija u t-tilwa għandha tkun mgħobbija b’massa ta’ 2 kg li jkunu ġew imkessħa qabel għal -30º ± 5º C. Meta ċ-ċinga tinżamm taħt tagħbija għal 30 minuta fl-istess kompartiment b’temperatura baxxa, il-massa għandha titneħħa u t-tagħbija qabel ksur għandha titkejjel fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-kompartiment b’temperatura baxxa.

    2.7.3.4. Kondizzjonament għas-sħana

    2.7.3.4.1. Iċ-ċinga għandha tinżamm għal tliet sigħat f’kabinett tas-sħana f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 60º ± 5ºĊ u umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %.

    2.7.3.4.2. It-tagħbija ta’ ksur għandha tkun iddeterminata fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċineg mill-kabinett tas-sħana.

    2.7.3.5. Esposizzjoni għall-ilma

    2.7.3.5.1. Iċ-ċinga għandha tinżamm kompletament taħt l-ilma għal tliet sigħat f’ilma distillat, f’temperatura ta’ 20º ± 5ºĊ, li tkun żdiditlu miegħu traċċa ta’ aġent li jxarrab. Jista’ jintuża kull aġent li jxarrab li jkun xieraq għall-fibra li tkun qed tiġi ttestjata.

    2.7.3.5.2. It-tagħbija qabel ksur għandha tkun iddeterminata fi żmien 10 minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-ilma.

    2.7.3.6. Kondizzjonament permezz ta’ brix

    2.7.3.6.1. Il-proċedura ta’ brix għanda titwettaq fuq kull mezz fejn iċ-ċinga tiġi f’kuntatt ma’ parti riġida taċ-ċintorin. Iżda, it-tip 1 tat-test ta’ brix (2.7.3.6.4.1) jista’ ma jitwettaqx fuq il-mezz ta’ l-aġġustament taċ-ċintorin fejn it-test tal-mikro skorriment (2.7.4) juri li ċ-ċinga tiskorri inqas minn nofs l-ammont preskritt. Is-setting ta’ l-apparat tat-test għandu bejn wieħed u ieħor iżomm il-posizzjoni relattiva taċ-ċinga u tal-qasam fejn isir kuntatt.

    2.7.3.6.2. Il-kampjuni li għandhom jiġu soġġetti għal brix għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 20º ± 5ºC u umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %. It-temperatura normali waqt l-ittestjar għandha tkun bejn 15º u 30ºC.

    2.7.3.6.3. It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi l-ħtiġiet għal kull proċedura ta’ brix:

    | Tagħbija DaN | Frekwenza Hz | Numru ta’ ċikli | Spostament Mm |

    Proċedura Tip 1 | 2·5 | 0·5 | 5000 | 300 ± 20 |

    Proċedura Tip 2 | 0·5 | 0·5 | 45000 | 300 ± 20 |

    Proċedura Tip 3 [1] | 0·5 | 0·5 | 45000 | — |

    L-ispostament mogħti fil-ħames kolonna ta’ din il-lista jirrappreżenta l-wisgħa ta’ azzjoni lura u quddiem applikata fuq iċ-ċinga.

    2.7.3.6.4. Kondizzjonijiet ta’ proċedura partikolari.

    2.7.3.6.4.1. Proċedura tip 1: għall-każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq minn mezz ta’ aġġustament.

    It-tagħbija ta’ 2·5 daN għandha tkun applikata b’mod vertikali u permanenti lil sezzjoni waħda taċ-ċinga.

    Is-sezzjoni l-oħra, imqiegħda b’mod orizzontali, għandha tkun soġġetta għal azzjoni lura u quddiem.

    Il-mezz ta’ aġġustament għandu jitqiegħed b’dak il-mod li s-sezzjoni orizzontali taċ-ċinga għandha tibqa’ taħt it-tagħbija (ara l-Anness XII, fig. 1).

    2.7.3.6.4.2. Proċedura tip 2: għall-każijiet fejn iċ-ċinga tibdel id-direzzjoni waqt li tgħaddi minn parti riġida.

    L-angoli taż-żewġ sezzjonijiet taċ-ċinga għandhom ikunu kif muri fl-Anness XII, fig. 2.

    Għandha tiġi applikata permanentement it-tagħbija 0·5 daN.

    2.7.3.6.4.3. Proċedura tip 3: għall-każijiet fejn iċ-ċinga hija ffissata ma’ parti riġida permezz ta’ ħjata jew mezzi simili.

    L-ispostament totali għandu jkun 300 mm ± 20 mm u t-tagħbija 5 daN għandha tkun applikata biss waqt il-ħin li jikkorrispondi ma’ spostament ta’ 100mm ± 20 mm għal kull nofs perjodu (ara l-Anness XII, fig. 3).

    2.7.4. Test ta’ mikro-skorriment (ara l-Anness XII, fig. 3).

    2.7.4.1. Il-komponenti jew mezzi li għandhom jiġu soġġetti għat-test ta’ mikro-skorriment għandhom jitwettqu għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera li għandha temperatura ta’ 20º ± 5ºĊ u umdità relattiva ta’ 65 % ± 5 %.

    It-test għandu jitwettaq f’temperatura bejn 15º u 30ºC.

    2.7.4.2. Għandu jiġi żgurat li s-sezzjoni libera tal-mezz ta’ aġġustament jipponta ’l fuq jew ’l isfel tal-bank taħt test, bħalma hu fil-vettura.

    2.7.4.3. Tagħbija 5 daN għandha titwaħħal mal-parti ta’ isfel tas-sezzjoni taċ-ċinga.

    It-tarf l-ieħor għandu jkun soġġett għal azzjoni lura u quddiem tal-kobor totali ta’ 300 mm ± 20 mm (ara l-figura).

    2.7.4.4. Jekk hemm tarf liberu li jservi bħala ċinga ta’ riserva, ma għandu bl-ebda mod jinqafel jew jitwaħħal mas-sezzjoni taħt it-tagħbija

    2.7.4.5. Għandu jkun żgurat li fuq il-bank tat-test iċ-ċinga, fil-posizzjoni laxka, tinżel f’kurva milwija ’l ġewwa mill-mezz ta’ aġġustament, bħal fil-vettura.

    It-tagħbija 5 daN applikata fuq il-bank tat-test għandha tiġi ggwidata vertikalment b’dak il-mod li jipprevjieni li t-tagħbija titbandal u li ċ-ċintorin jitgħawweġ.

    L-aċċessorju għandu jitwaħħal mat-tagħbija 5 daN bħal fil-vettura.

    2.7.4.6. Qabel il-bidu attwali tat-test, għandhom isiru serje ta’ 20 ċiklu sabiex is-sistema ta’ ssikkar awtomatiku jinserixxi ruħu sew.

    2.7.4.7. Għandhom isiru 1000 ċiklu fi frekwenza ta’ 0·5 ċiklu kull sekonda, bil-kobor totali jkun 300 mm ± 20 mm. It-tagħbija 5 daN għandha tkun applikata waqt il-ħin biss li jikkorrispondi għal spostament ta’ 100 mm ± 20 mm għal kull nofs perjodu.

    2.7.5. Test ta’ saħħa qabel ksur ta’ ċinga (test statiku)

    2.7.5.1. It-test għandu jitwettaq kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċinga, ta’ tul suffiċjenti, kondizzjonati skond waħda mid-disposizzjonijiet ta’ 2.7.3.

    2.7.5.2. Kull ċinga għandha tkun maqbuda bejn il-klampi ta’ magna li tittestja t-trazzjoni. Il-klampi għandhom ikunu hekk iddisinjati li jevitaw il-ksur taċ-ċinga fi jew ħdejn il-punt ta’ kuntatt ma’ l-għodda li jissikkaw. Il-veloċità tat-travers għandha tkun madwar 100 mm kull minuta. It-tul liberu tal-kampjun bejn il-klampi tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun 200 mm ± 40 mm.

    2.7.5.3. Meta t-tagħbija tilħaq 980 daN, il-wisa’ taċ-ċinga għandha tkun imkejla mingħajr ma’ titwaqqaf il-magna.

    2.7.5.4. It-tagħbija għandha mbagħad tiżdied sakemm iċ-ċinga tinkiser, u t-tagħbija qabel ksur għandha tiġi rreġistrata.

    2.7.5.5. Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinkiser fil-punt ta’ kuntatt ma’ waħda mill-klampi jew ma’ 10 mm bogħod minn xi waħda minnhom, it-test ikun invalidu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

    2.7.6. Test statiku ta’ komponenti taċ-ċintorin li jinkorpora partijiet riġidi

    2.7.6.1. Il-bokkla u l-mezz ta’ aġġustament għandhom ikunu konnessi ma’ l-apparat li jittestja t- trazzjoni mill-partijiet ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin li magħhom huma normalment imwaħħla, u t-tagħbija għandha tittella’ sa 980 daN. Iżda, jekk il-bokkla jew il-mezz ta’ aġġustament huwa parti mill-aċċessorji, il-bokkla jew il-mezz ta’ aġġustament għandhom ikunu ttestjati ma’ l-aċċessorju, skond 2.7.6.2, ħlief fil-każ ta’ retractor b’taljola ta’ ritorn jew gwida fil-posizzjoni vertikali. Meta retractor huwa ttestjat bħala mezz ta’ aġġustament, it-tul taċ-ċinga li jibqa’ mdawwar fuq ir-rukkell ikun it-tul li jirriżulta mill-issikkar maċ-ċinga maħlula viċin kemm jista’ jkun għat-tul kollu tiegħu nieqes 450 mm.

    2.7.6.2. L-aċċessorji għandhom ikunu ttestjati bil-mod deskritt f’2.7.6.1, iżda t-tagħbija għandha tkun 1470 daN u, soġġetta għad-disposizzjonijiet tat-tieni sentenza ta’ 2.7.8.1., għandha tkun applikata fil-kondizzjonijiet l-inqas favorevoli li jistgħu jiġru f’vettura fejn iċ-ċintorin huwa istallat sew. Fil-każ ta’ retractors, it-test għandu jitwettaq biċ-ċinga kompletament maħlula mir-rukkell.

    2.7.6.3. Żewġ kampjuni ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin lest għandhom jitqiegħdu f’kompartiment b’temperatura baxxa ta’ - 10º ± 1ºC għal sagħtejn. Wara li jitneħħew mill-kompartiment il-partijiet akkoppjati tal-bokkla għandhom imbagħad jinqaflu flimkien b’mod manwali.

    2.7.6.4. Żewġ kampjuni ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin lest għandhom jitqiegħdu f’kompartiment b’temepratura baxxa ta’- 10º ± 1ºC għal sagħtejn. L-oġġetti riġidi u l-partijiet tal-plastika li jkunu qed jiġu ttestjati għandhom imbagħad jitqiegħdu fuq wiċċ ċatt tal-metall (li jkun inżamm mal-kampjuni fil-kompartiment b’temperatura baxxa), jitqiegħdu fuq wiċċ orizzontali ta’ blokka riġida kompatta b’massa ta’ 100 kg għall-inqas; f’temp ta’ 30 sekonda li jkunu ġew imneħħija mil-kompartiment b’temperatura baxxa, massa tal-metall ta’ 18kg għandha titħalla taqa’ bil-gravità minn għoli ta’ 300 mm fuq l-oġġett. L-impatt tal-wiċċ tal-massa għandu jkollu għebusija ta’ mill-inqas 45 hrc u għandu jieħu l-forma ta’ wiċċ li hu mqabbeż ’il barra għat-tond b’raġġ trasversali ta’ 10 mm u raġġ lonġitudinali ta’ 150 mm. Kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat bil-fus tal-virga mgħawġa f’linja maċ-ċinga, u l-kampjun l-ieħor għandu jiġi ttestjat f’90º għaċ-ċinga.

    2.7.6.5. Il-bokkli li għandhom partijiet komuni għal żewġ ċintorini tas-sigurtà għandhom ikunu mgħobbija b’dak il-mod li jistimulaw il-kondizzjonijiet ta’ użu f’vettura mas-sedili fil-posizzjoni tan-nofs ta’ l-aġġustament tagħhom. Id-direzzjoni ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandha tiġi stabbilita skond 2.7.8.1. Tagħbija ta’ 1470 daN għandha tiġi applikata simultanjament fuq kull ċinga. L-apparat xieraq għat-test imsemmi huwa muri fl-Anness XI.

    2.7.6.6. Meta jkun ittestjat xi mezz ta’ aġġustament manwali, iċ-ċinga għandha tinġibed kostantement minn dak il-mezz, meqjusa l-kondizzjonijiet normali ta’ użu, b’rata ta’ madwar 100 mm/s, u l-forza massima għandha tkun imkejla sa l-eqreb 0,1 daN wara l-ewwel 25 mm ta’ moviment taċ-ċinga. It-test għandu jsir fiż-żewġ direzzjonijiet ta’ moviment taċ-ċinga mill-mezz ta’ aġġustament, billi ċ-ċinga tiġi ċċiklata 10 darbiet qabel il-kejl.

    2.7.7. Testijiet addizzjonali għar-retractors

    2.7.7.1. Saħħa tal-mekkaniżmu tar-retractor

    2.7.7.1.1. Iċ-ċinga għandha tinġibed u titħalla tinġibed għan-numru ta’ ċikli meħtieġa f’rata ta’ mhux iktar minn 30 ċiklu kull minuta. Fil-każ ta’ retractors li jinqaflu f’emerġenza, għandha tiġi introdotta ħatfa f’kull ħames ċiklu sabiex janqafel ir-retractor. Għandu jkun hemm ħatfiet f’numri ugwali f’kull waħda minn ħames estrazzjonijiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 % tat-tul totali taċ-ċinga fuq ir-retractor. Iżda, fejn hemm ipprovdut iktar minn 900 mm, il-perċentwali ta’ hawn fuq ikunu rrelatati ma’ l-aħħar 900 mm taċ-ċinga li jibqgħu mdawra fuq ir-retractor.

    2.7.7.1.2. L-apparat xieraq għat-testijiet speċifikati f’2.7.7.1.1 huwa muri fl-Anness IV.

    2.7.7.2. Qfil ta’ retractors li jinqaflu f’emerġenza

    2.7.7.2.1. Ir-retractor għandu jiġi ttestjat għal qfil meta 300 mm ± 3 mm ta’ ċinga jibqgħu mdawra fuq ir-rukkell tar-retractor.

    2.7.7.2.1.1. Fil-każ ta’ retractor li jinqafel li jiġi operat bil-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha tkun fid-direzzjoni fejn issir normalment meta r-retractor jkun istallat fil-vettura.

    2.7.7.2.1.2. Meta retractors jkunu qegħdin jiġu ttestjati għas-sensittività rigward tnaqqis ta’ veloċità tal-vettura, huma għandhom jiġu ttestjati fl-estrazzjoni ta’ hawn fuq fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ żewġ fusiet perpendikulari komuni, li huma orizzontali jekk r-retractor għandu jiġi istallat f’vettura kif speċifikat mill-manifattur taċ-ċintorin tas-sigurtà. Waħda minn dawn id-direzzjonijiet ta’ testijiet għandha tingħażel mis-servizz tekniku li jwettaq it-test ta’ approvazzjoni sabiex jingħataw il-kondizzjonijiet l-aktar kuntrarji rigward l-attwazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ qfil.

    2.7.7.2.2. L-apparat xieraq għat-testijiet speċifikati f’2.7.7.2.1 huwa muri fl-Anness V. Id-disinn ta’ kull apparat bħal dan għandu jkun tali li l-aċċelerazzjoni meħtieġa hi miksuba b’rata medja ta’ żieda ta’ mill-inqas 10 g kull sekonda.

    2.7.7.2.3. Għall-għanijiet ta’ l-ittestjar tal-ħtiġiet ta’ 2.4.5.2.1.3 u 2.4.5.2.1.4, ir-retractor għandu jkun imtella’ fuq mejda orizzontali u l-mejda mxengla b’veloċità li ma tiskorrix 2º f’kull sekonda sakemm isseħħ il-qafla. It-test għandu jkun ripetut f’direzzjonijiet oħra sabiex jiżgura li l-ħtiġiet huma mwettqa.

    2.7.7.3. Reżistenza għat-trab

    2.7.7.3.1. Ir-retractor għandu jitqiegħed f’kompartiment tat-test, kif muri fl-Anness VI. Il-posizzjoni relattiva tiegħu għandha tkun l-istess bħal dik li hemm immuntata fil-vettura. Il-kompartiment tat-test għandu jkun fih kwantità ta’ trab li tilħaq il-ħtiġiet ta’ 2.7.7.3.2. 500 mm taċ-ċinga għandhom jiġu estratti mir-retractor, ħlief li għandu jkun soġġett għal 10 ċikli kompluti ta’ ġbid lura u rtirar fi żmien minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab.

    Għal perjodu ta’ ħames siegħat, it-trab għandu jkun aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta’ arja kompressa li hija xotta u ħielsa miż-żejt lubrifikant, li jgħaddi minn apertura ta’ 1·5 mm ± 0·1 mm dijametru f’kejl ta’ pressjoni ta’ 5·5 × 105 ± 0·5 bi 105 pa.

    2.7.7.3.2. It-trab użat fit-test deskritt f’2.7.7.3.1 għandu jikkonsisti f’madwar 1 kg ta’ kwarz niexef. Id-distribuzzjoni tal-qies tal-farka għandha tkun kif ġej:

    (a) jgħaddi minn apertura ta’ 150 μ m, 104 μ m diametru ta’ wajer: 99 sa 100 %;

    (b) jgħaddi minn apertura ta’ 105 μ m, 64 μ m diametru ta’ wajer: 76 sa 86 %;

    (ċ) jgħaddi minn apertura ta’ 75 μ m, 52 μ m diametru ta’ wajer: 60 sa 70 %;

    2.7.7.4. Saħħa ta’ rtirar u ġbid lura

    2.7.7.4.1. Is-saħħa ta’ l-irtirar u ġbid lura għandhom jitkejlu bl-assemblaġġ taċ-ċintorin tas-sigurtà mwaħħal ma’ manikin, bħalma hemm fit-test dinamiku preskrit f’2.7.8. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel viċin kemm jista’ jkun għall-postijiet ta’ kuntatt (iżda eżatt li ma jmissux) il-manikin, waqt li iċ-ċinga tkun qed tiġi rtirata jew miġbuda lura b’veloċità ta’ madwar 0·6 m kull minuta. 2.7.8.

    2.7.8. Testijiet dinamiċi ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin

    2.7.8.1. L-assemblaġġ taċ-ċintorin għandu jkun imtella’ fuq karru mgħammar bis-sedil u l-ankoraġġi mfissra fl-Anness VII. Iżda jekk l-assemblaġġ taċ-ċintorin huwa intenzjonat għal vettura partikolari jew tipi ta’ vetturi partikolari, id-distanzi bejn il-manikin u l-ankoraġġi għandhom ikunu ddeterminati mis-servizz li jwettaq it-testijiet, b’mod konformi jew ma’ l-istruzzjonijiet ta’ twaħħil ipprovduti maċ-ċintorin, jew mad-data mogħtija mill-manifattur tal-vettura.

    2.7.8.1.1. Fil-każ ta’ assemblaġġi ta’ ċintorini li jiffurmaw parti minn sistema tat-trażżin, ta’ l-aħħar għandu jkun imtella’ fuq il-parti ta’ l-istruttura tal-vettura li magħha jiġi normalment imwaħħal, u dik il-parti għandha titwaħħal mal-karru tat-test fil-mod previst hawn taħt.

    2.7.8.1.2. Il-metodu użat sabiex jassigura l-vettura waqt it-test ma jkunx tali li jsaħħaħ l-ankoraġġi tas-sedili jew taċ-ċintorini tas-sigurtà, jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali ta’ l-istruttura.

    Ma għandu jkun hemm l-ebda parti ta’ quddiem tal-vettura li, permezz tal-limitazzjoni tal-moviment ’il quddiem tal-manikin, apparti mir-riġlejn, tnaqqas il-piż fuq is-sistema tat-trażżin waqt it-test. Il-partijiet imwarrba ta’ l-istruttura jistgħu jiġu mibdula b’partijiet ta’ saħħa ekwivalenti, sakemm ma jfixklux il-moviment ’il quddiem tal-manikin.

    2.7.8.1.3. Mezz ta’ sigurtà għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq qasam li jestendi mal-wisa’ kollu ta’ l-istruttura, u jekk il-vettura jew l-istruttura hija bblokkata jew immobilizzata fuq quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankoraġġ tas-sistema tat-trażżin ittestjat. Fuq wara, l-istruttura għandu tkun maqfula f’distanza wara l-ankoraġġi li hi biżżejjed sabiex tiżgura li l-ħtiġiet ta’ 2.7.8.1.2 huma mwettqa.

    2.7.8.1.4. Is-sedili għandhom ikunu aġġustati u mqiegħda fil-posizzjoni ta’ sewqan jew vjaġġar ikkunsidrat mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni bħala li jipprovdi l-iktar kondizzjonijiet kuntrarji ta’ saħħa konsistenti mal-posizzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-posizzjonijiet tas-sedili għandhom jitniżżlu fir-rapport. Jekk is-sedil ikollu dahar li jista’ jiġi aġġustat għall-inklinazzjoni, id-dahar għandu jkun maqful kif speċifikat mill-manifattur jew, fl-assenza ta’ xi speċifikazzjoni, għandu jkun imsakkar b’dak il-mod sabiex jifforma angolu effettiv viċin kemm jista’ jkun għal 25º.

    2.7.8.1.5. Għall-għanijiet ta’stima tal-ħtiġiet ta’ 2.6.1.3.1, is-sedil għandu jitqies bħala li jkun fil-posizzjoni ta’ sewqan jew vjaġġar l-aktar ’il quddiem kif xieraq skond id-dimensjonijiet tal-manikin.

    2.7.8.1.6. Is-sedili kollha ta’ l-istess grupp għandhom jiġu ttestjati flimkien.

    2.7.8.2. L-assemblaġġ taċ-ċintorin għandu jitwaħħal mal-manikin speċifikat fl-Anness VIII kif ġej. għandha titqiegħed pjanċa ta’ ħxuna ta’ 25 mm bejn id-dahar tal-manikin u d-dahar tas-sedil. Iċ-ċintorin għandu jiġi aġġustat sewwa mal-manikin. Il-pjanċa għandha mbagħad titneħħa u l-manikin jiġi hekk posizzjonat li t-tul kollu tad-dahar tiegħu jkun f’kuntatt mad-dahar tas-sedil. Jekk il-bokkla hija tat-tip eċċentriku, għandha tinqafel biss bl-azzjoni tal-molla tagħha; ma għandhiex tingħafas jew tinħataf fil-posizzjoni maqfula. Jekk tintuża bokkla metall ma’ metall, għandha ssir verifika sabiex jiġi żgurat li l-metodu ta’ igganċjar taż-żewġ partijiet mhux kapaċi li jnaqqas il-sigurtà ta’ qfil jew is-saħħa tal-bokkla.

    2.7.8.3. It-trufijiet liberi taċ-ċineg għandhom jestendu suffiċjentement ’il bogħod mill-mezzi ta’ aġġustament sabiex jippermettu l-iskorriment.

    2.7.8.4. Il-karru għandu mbagħad jinsaq b’tali mod li, fil-mument ta’ l-impatt, il-veloċità libera hi 50 ± 1 km fis-siegħa u l-manikin jibqa’ stabbli. Id-distanza ta’ waqfien tal-karru għandha tkun 400 ± 50 mm. Il-karru għandu jibqa’ orizzontali matul it-tnaqqis ta’ veloċità. It-tnaqqis ta’ veloċità tal-karru għandu jinkiseb permezz ta’ l-użu ta’ l-apparat muri fl-Anness VII jew xi mezz ieħor li jagħti l-istess riżultati. L-apparat għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ prestazzjoni mogħtija fl-Anness IX.

    2.7.8.5. Il-veloċità tal-karru immedjatament qabel l-impatt u l-ispostament massimu ’l quddiem tal-manikin għandhom jiġu mkejlin.

    2.7.8.6. Wara l-impatt, l-assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin u l-partijiet riġidi tiegħu għandhom jiġu eżaminati viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, sabiex ikun iddeterminat jekk kien hemm nuqqas jew ksur. Fil-każ ta’ sistemi tat-trażżin, għandha ssir ukoll verifika, wara t-test, sabiex jiġi stabbilit jekk il-partijiet ta’ l-istruttura tal-vettura li huma mwaħħla mal-karru sofrewx deformazzjoni permanenti. Kull deformazzjoni bħal din li tinstab għandha titqies f’kull kalkolu li jsir skond 2.6.1.3.1.

    2.7.9. Test tal-ftuħ tal-bokkla

    2.7.9.1. Għal dan it-test għandhom jintużaw assemblaġġi ta’ ċintorin li jkunu diġà għaddew minn test dinamiku skond 2.7.8.

    2.7.9.2. L-assemblaġġ taċ-ċintorin għandu jkun distakkat mill-karru tat-test mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Tagħbija dritta ta’ trazzjoni ta’ 30 daN għandha tiġi applikata mal-bokkla. Meta l-bokkla hija mqabbda ma’ parti riġida, il-forza għandha tkun applikata waqt li jkun irrispettat l-angolu li jkun iffurmat mill-bokkla u s-sezzjoni riġida waqt it-test dinamiku. B’veloċità ta’ 400 mm/min ± 20 mm/min tagħbija normali għandha tkun applikata maċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tiftaħ il-bokkla. Din it-tagħbija għandha tkun applikata ma’ fus kostanti. Waqt l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ tal-bokkla, il-bokkla għandha tinżamm f’postha permezz ta’ sapport riġidu. It-tagħbija normali msemmija hawn fuq ma għandhiex tkun iżjed mil-limitu speċifikat f’2.4.2.5. Il-punt ta’ kuntatt tat-tagħmir tat-test għandu jkun f’forma sferika b’raġġ ta’ 2·.5 mm ± 0·1 mm. Għandu jkollu wiċċ tal-metall illustrat.

    2.7.9.3. Il-forza biex tinfetaħ il-bokkla għandha tkun applikata permezz ta’ molla bil-bilanċ jew mezz ta’ kejl ieħor fil-mod u direzzjoni li huma normali għall-ftuħ tal-bokkla.

    2.7.9.4. Għandha tiġi mkejla l-forza biex tinfetaħ il-bokkla u għandu jitqies kull nuqqas tal-bokkla.

    2.7.9.5. Wara t-test tal-ftuħ tal-bokkla, il-komponenti tal-mutaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin li għaddew mit-testijiet preskritti f’2.7.8 għandhom jiġu eżaminati u l-kobor tad-danni sofferti mill-assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin fit-test dinamiku għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

    2.7.10. Rapport tat-test

    Ir-rapport tat-test għandu jirreġistra r-riżultati tat-testijiet preskritti f’2.7 u, b’mod partikolari, il-veloċità tal-karru, l-ispostament massimu ’l quddiem tal-manikin, il-posizzjoni tal-bokkla u kull nuqqas jew ksur. Jekk, konformiment ma’ 2.7.8.1, il-ħtiġiet ta’ l-ankoraġġi ta’ l-Anness VII ma jkunux ġew osservati, ir-rapport għandu jiddiskrivi kif l-assemblaġġ taċ-ċintorin jew sistema tat-trażżin huwa mtella’ u jispeċifika angoli importanti u dimensjonijiet. Ir-rapport għandu jsemmi ukoll kull tgħawwiġ jew ksur tal-bokkla li jseħħ waqt it-test.

    Fil-każ ta’ sistema tat-trażżin, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika ukoll il-metodu ta’ kif l-istruttura tal-vettura titwaħħal mal-karru, il-posizzjoni tas-sedili u tmejjil tad-dahar tas-sedili. Jekk l-ispostament ’il quddiem tal-manikin jeċċedi l-valuri preskritti f’2.6.1.2.2, ir-rapport għandu jsemmi jekk il-ħtiġiet ta’ 2.6.1.3 ġewx milħuqa.

    2.8. Verifika ta’ konformità

    2.8.1. Ħtiġiet minimi għal verifika ta’ konformità

    2.8.1.1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun id-detentur ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ikollu d-dmir li jwettaq kontroll tal-kwalità kontinwu, jew jara li jitwettaq, sabiex jiżgura li l-produzzjoni ta’ l-assemblaġġi taċ-ċintorin tkun uniformi u taqbel mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    2.8.1.2. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jinżammu responsabbli għal:

    (a) l-eżistenza tal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità;

    (b) id-disponibilità tat-tagħmir neċessarji għall-verifika tal-konformità;

    (ċ) iż-żamma ta’ notamenti tar-riżultati tat-test, ir-rapporti tat-test u kull dokument mehmuż;

    (d) l-użu tar-riżultati tat-test sabiex wieħed jivverifika u jiżgura l-konsistenza ta’ l- assemblaġġi taċ-ċintorini manifatturati, waqt li jippermettu l-varjazzjonijiet ammissibbli fil-produzzjoni industrijali.

    2.8.1.3. Il-kampjuni magħżula għall-verifika ta’ konformità għandhom jgħaddu minn dawk it- testijiet kif jistgħu jiġu magħżula bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti minn dawk previsti f’2.6 u 2.7.

    2.8.1.4. Il-ħtiġiet minimi li ġejjin għandhom, b’mod partikolari, jiġu osservati.

    2.8.1.4.1. L-assemblaġġi kollha li jinkorporaw retractors li jkollhom qfil ta’ emerġenza għandhom ikunu vverifikati għall-konformità mal-ħtiġiet ta’ 2.4.5.2.1.1, skond l- istruzzjonijiet speċifiċi li jinsabu f’2.4.5.2.3.

    2.8.1.4.2. Il-verifika fuq ir-reżistenza tal-kampjuni tal-produzzjoni taċ-ċintorini fit-test dinamiku għandha titwettaq skond il-proċedura stabbilita f’2.7.8. Din il-verifika għandha ssir fuq bażi statistika u każwali, u f’kull każ bi frekwenza ta’ 1 f’25000 ċintorini prodotti jew wieħed kull xahar ta’ produzzjoni, liema tkun l-ikbar.

    Frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena għandha tkun permessa meta l-produzzjoni annwali hija ta’ 5000 assemblaġġi jew inqas.

    Waqt it-test, wara l-impatt, l-assemblaġġ għandu jiġi eżaminat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi nuqqas jew ksur. Jekk assemblaġġ ifalli t-test, il-manifattur għandu jagħżel iktar kampjuni u jieħu l- prekawzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità ta’ produzzjoni.

    2.8.2. Ħtiġiet minimi għal kontrolli każwali magħmula minn Stati Membri

    2.8.2.1. Il-frekwenza ta’ kontrolli każwali għandha tkun hekk li t-testijiet speċifikati f’2.8.2.2 huma magħmula fuq għall-inqas 1 fi 5000 ċintorin tas-sigurtà u sistema tat-trażżin ta’ kull tip approvat prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed u frekwenza massima ta’ 50 għal kwalunkwe 12-il xahar ta’ produzzjoni.

    2.8.2.2. Iċ-ċintorini magħżula għal verifika ta’ konformità ma’ tip approvat għandha tgħaddi minn dawk it-testijiet li jistgħu jingħażlu mill-awtorità kompetenti minn fost dawk previsti f’2.6 u 2.7.

    Għall-inqas 10 % taċ-ċintorini magħżula għal verifika ta’ konformità, iżda b’minimu ta’ wieħed u massimu ta’ ħamsa għal 12-il xahar ta’ produzzjoni, għandhom jgħaddu minn test dinamiku.

    2.8.2.3. Jekk wieħed mill-kampjuni ma jgħaddix mit-test li għalih huwa soġġett, għandu jsir test ieħor fuq tliet kampjuni oħra.

    Jekk wieħed minn ta’ l-aħħar ma jgħaddix mit-test, għandu jiġi applikat l-Artikolu 3(2).

    2.8.2.4. It-testijiet għandhom isiru fuq ċintorini li huma offerti jew intenzjonati għall-bejgħ.

    2.9. Istruzzjonijiet

    Kull ċintorin tas-sigurtà għandu jkun akkumpanjat bl-istruzzjonijiet speċifikat fl- Anness X.

    3. ĦTIĠIET TA’ L-ISTALLAZZJONI

    3.1. Tagħmir tal-vettura

    Kull vettura koperta bl-Artikolu 9 għandha tkun ekwipaġġata b’ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin li jinkorporaw l-arranġamenti dwar ċintorin li ġejjin (fejn la r- retractors li ma jinqaflux (1.8.1) u lanqas ir-retractors li jinfetħu manwalment (1.8.2) ma jistgħu jkunu użati):

    3.1.1. għal posizzjonijiet fuq barra ta’ bil-qiegħda fuq quddiem, ċintorini tas-sigurtà bi tliet punti b’retractors bi qfil ta’ emerġenza li għandhom sensittività multipla (1.8.4); iżda, għas-sedil tal-passiġġier retractors bi qfil awtomatiku (1.8.3) għandhom ikunu permessi;

    3.1.2. għall-posizzjonijiet bil-qiegħda fuq quddiem fiċ-ċentru, ċintorini tas-sigurtà bi tliet punti, kemm jekk iffittjati b’retractor jew le;

    3.1.2.1. iżda, għal posizzjonijiet bil-qiegħda ċentrali fuq quddiem, ċintorini addominali, kemm jekk iffittjati b’retractor jew le, għandhom jiġu kkunsidrati bħala adatti fejn il- windscreen ikun imqiegħed barra miż-żona ta’ referenza kif imfissra fl-Anness II tad- Direttiva 74/60/KEE;

    Fir-rigward ta’ ċintorini tas-sigurtà, il-windscreen għandu jitqies bħala parti miż-żona ta’ referenza meta huwa kapaċi jidħol f’kuntatt statiku ma’ l-apparat tat-test skond il-metodu preskritt fl-Anness II tad-Direttiva 74/60/KEE;

    3.1.2.2. Mingħajr ħsara għal 3.1.2 u 3.1.2.1 u sa’ l-1 ta’ Jannar 1979, kull sedil ċentrali fuq quddiem jista’ jkun mgħammar b’ċintorin addominali biss, kemm jekk ikun imwaħħal b’retractor lura jew le;

    3.1.3. f’posizzjonijiet bil-qiegħda fuq wara, ċintorini addominali jew ċintorini bi tliet punti, kemm jekk imwaħħla b’retractor u kemm jekk le;

    3.1.4. fuq ċintorini bi tliet punti imwaħħlin b’retractors, retractor wieħed għandu jopera għall- inqas fuq ċinga diagonali.

    3.2. Ħtiġiet ġenerali

    3.2.1. Ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin għandhom ikunu ffissati ma’ ankoraġġi li jkunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tad-Direttiva 76/115/KEE.

    3.2.2. Iċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin għandhom ikunu hekk istallati li, meta mlibbsin sew, jaħdmu b’mod sodisfaċenti u jnaqqsu r-riskju ta’ ħsara fuq il-persuna fl- eventwalità ta’ inċident. B’mod partikolari għandhom ikunu hekk istallati li:

    3.2.2.1. iċ-ċineg x’aktarx ma jassumux konfigurazzjoni perikoluża;

    3.2.2.2. meta wieħed jilbishom sew, ir-riskju li ċ-ċinga tiżloq mill-ispalla hu mnaqqas ħafna;

    3.2.2.3. ir-riskju li ċ-ċinga tiddeterjora bil-kuntatt ma’ partijiet riġidi li jaqtgħu tal-vettura jew l- istruttura tas-sedil hu mnaqqas ħafna;

    3.3. Ħtiġiet speċjali għall-partijiet riġidi inkorporati f’ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin.

    3.3.1. Partijiet riġidi, bħal bokkli, mezzi ta’ aġġustament u aċċessorji ma għandhomx ikabbru r- riskju ta’ ħsara fuq il-persuna lil min qiegħed jilbes ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat- trażżin jew lill-okkupanti l-oħra tal-vettura fl-eventwalità ta’ inċident.

    3.3.2. Il-mezz biex tinfetaħ il-bokkla għandu jkun viżibbli b’mod ċar u faċilment milħuq minn min qiegħed jilbishom u għandu jkun hekk iddisinjat li ma jistax jinfetaħ bi żball jew aċċidentalment. Il-bokkla għandha tkun imqiegħda wkoll f’dik il-posizzjoni biex tkun aċċessibbli immedjatament għal persuna li tkun qed twettaq salvataġġ li jkollha bżonn tirrilaxxa lil min qiegħed jilbishom f’emerġenza.

    Il-bokkla għandha tkun hekk istallata li, kemm meta mhux taħt tagħbija kif ukoll meta ikollha l-piż ta’ min qiegħed jilbishom, tkun kapaċi li tinfetaħ minn min qiegħed jilbishom b’moviment wieħed sempliċi ta’ id waħda f’direzzjoni waħda. Fil-każ ta’ ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin għal posizzjonijiet fuq barra bil-qiegħda fuq quddiem, il-bokkla għandha tkun kapaċi ukoll li tinqafel bl-istess mod.

    Għandha ssir verifika sabiex jiġi żgurat li, jekk il-bokkla tiġi f’kuntatt ma’ min qiegħed jilbishom, il-wisa’ tal-wiċċ tal-kuntatt ma tkunx inqas minn 46 mm.

    3.3.3. Meta jintlibes iċ-ċintorin, għandu jaġġusta ruħu jew awtomatikament biex jiffittja lil min qiegħed jilbsu jew ikun hekk iddisnjat li l-mezz ta’ aġġustament manwali huwa immedjatament aċċessibbli għal minn min qiegħed jilbsu meta jkun bil-qiegħda u huwa konvenjenti u faċli li jintuża. Għandu jkun possibbli ukoll li jkun issikkat b’id waħda sabiex jixraq il-forma ta’ min qiegħed jilbsu u l-posizzjoni tas-sedil tal-vettura.

    3.3.4. Ċintorini tas-sigurtà jew sistemi tat-trażżin li jinkorporaw retractors għandhom ikunu hekk istallati li r-retractors huma kapaċi joperaw sew u jistivaw iċ-ċinga b’mod effiċjenti.

    [1] ara 2.7.3.6.4.3.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

    (format massimu: A4 (210 bi 297 mm))

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

    1. ĠENERALI

    1.1. Kull ċintorin tas-sigurtà jew sistema tat-trażżin li hu konformi ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollu marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    Il-marka ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tikkonsisti fi:

    1.1.1. Rettangolu madwar l-ittra b’tipi żgħar e segwit mill-ittra(i) li tiddistingwi jew numru ta’ l-Istat Membru li kkonferixxa l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent:

    1 għall-Ġermanja,

    2 għal Franza,

    3 għall-Italja,

    4 għall-Olanda,

    6 għall-Belġju,

    11 għar-Renju Unit,

    13 għall-Lussemburgu,

    18 għad-Danimarka,

    IRL għall-Irlanda;

    1.1.2. In-numru ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, imqiegħed taħt ir- rettangolu;

    1.1.3. Is-simbolu jew simboli li ġejjin addizzjonali mqiegħda fuq ir-rettangolu;

    1.1.3.1. l-ittra A fil-każ ta’ ċintorin bi tliet punti, l-ittra B fil-każ ta’ ċintorin addominali u l-ittra S fil-każ ta’ tip speċjali ta’ ċintorin.

    1.1.3.2. Is-simboli deskritti f’1.1.3.1 għandhom jiġu supplimentati bil-marki li ġejjin:

    1.1.3.2.1. l-ittra e fil-każ ta’ ċintorin li jkollu mezz li jassorbi l-enerġija;

    1.1.3.2.2. l-ittra r fil-każ ta’ ċintorin tas-sigurtà li jkollu miegħu retractor, segwit bin-numru tat-tip tar-retractor użat, skond 1.8 ta’ l-Anness I, u l-ittra m jekk ir-retractor użat huwa retractor li jinqafel f’emerġenza b’sensittività multipla.

    1.1.3.3. Is-simboli deskritti f’1.1.3.1 ikollhom l-ittra Z qabilhom meta ċ-ċintorin tas-sigurtà huwa parti mis-sistema tat-trażżin.

    1.2. Id-dettalji deskritti f’1.1 għandhom ikunu miktuba b’mod ċar u li ma jitħassarx, u għandhom ikunu pprovduti jew permezz ta’ tikketta jew permezz ta’ mmarkar dirett. It-tikketta jew marka għandhom jirreżistu d-deterjorament.

    2. DISINJI TAL-MARKI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT:

    +++++ TIFF +++++

    2.1 Iċ-ċintorin li għandu l-marka ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent muri hawn fuq huwa ċintorin bi tliet punti (‘A’) iffittjat b’mezz li jassorbi l-enerġija (e) u approvat fl-Olanda (e 4) taħt in-numru 2439.

    +++++ TIFF +++++

    2.2 Iċ-ċintorin li għandu l-marka ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent muri hawn fuq huwa ċintorin addominali (‘B’) iffittjat b’retractor tat-tip 4 b’sensittività multipla u approvat fl-Olanda (e 4) taħt in-numru 2439.

    +++++ TIFF +++++

    2.3. Iċ-ċintorin li għandu l-marka ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent muri hawn fuq huwa tip speċjali ta’ ċintorin (‘S’) iffittjat b’mezz li jassorbi l-enerġija (e) li jifforma parti minn sistema tat-trażżin (‘Z’) u approvat fl-Olanda (e 4) taħt in-numru 2439.

    Nota:

    In-numru ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u s-simbolu(i) għandhom jitqiegħdu ħdejn ir-rettangolu u fuq jew taħt l-ittra ‘e’ jew lejn il-lemin jew xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandhom jitqiegħdu fuq l-istess naħa ta’ l-ittra ‘e’ u għandhom iħarsu lejn l-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali għandhom ikunu faċċata tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-użu ta’ numri rumani bħala numri ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jkun evitat sabiex tiġi evitata xi konfużjoni ma’ simboli oħra.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    EŻEMPJU TA’ MEZZ LI JITTESTJA S-SAĦĦA TAL-MEKKANIŻMU TA’ RETRACTOR

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    EŻEMPJU TA’ APPARAT LI JITTESTJA L-QFIL TA’ RETRACTORS LI JINQAFLU F’EMERĠENZA

    Apparat xieraq huwa muri fil-figura u jikkonsisti f’cam Immexxi b’mutur, u dak li hemm warajh hu mwaħħal permezz ta’ wajers ma’ karru żgħir imtella’ fuq binarji. Dak li jiġi wara l-cam jinkorpora mezz ta’ moviment mitluf li jassorbi kull moviment jekk ir-rukkell kellu jinqafel qabel ma tkun kompletata l-istroke sħiħa ta’ dak li jiġi wara. Id-disinn tal-cam u l-kombinazzjoni tal-veloċità tal-mutur huwa tali li jagħti l-aċċelerazzjoni neċessarja b’rata ta’ żieda fl-aċċelerazzjoni kif speċifikat f’2.7.7.2.2 ta’ l-Anness I, u l-istroke hija arranġata b’mod li tkun f’eċċess tal-massimu permess mill-moviment taċ-ċinga qabel tinqafel.

    Fuq il-karru kemm Immuntata ġarriera li tista’ tkun imdawra sabiex ir-retractor Ikun jista’ jittella’ f’posizzjonijiet differenti relattivi mad-direzzjoni tal-moviment tal-karru.

    Meta retractors ikunu qegħdin jiġu ttestjati għas-sensittività tal-moviment taċ-ċinga, ir-retractor huwa mtella’ fuq support xieraq fiss u ċ-ċinga hija mwaħħla mal-karru.

    Meta jkunu qegħdin jitwettqu t-testijiet hawn fuq imsemmija kull support, eċċ. ipprovduti mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu inkorporati fl-istallazzjoni tat-test sabiex ikun kemm jista’ jkun viċin għall-istallazzjoni intenzjonata f’vettura.

    Kull support addizzjonali, eċċ., li jista’ jkun meħtieġ sabiex jagħmel l-istallazzjoni kemm jista’ jkun viċina għal dik intenzjonata f’vettura għandu jkun ipprovdut mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu.

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    EŻEMPJU TA’ APPARAT GĦAL TESTIJIET TA’ REŻISTENZA GĦAT-

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS VII

    DESKRIZZJONI TAL-KARRU, SEDIL, ANKORAĠĠI U MEZZ TA’ TWAQQIF

    1. KARRU

    Għal testijiet fuq ċintorini tas-sigurtà il-karru, li jġorru s-sedil biss, għandu jkollu massa 400 ± 20 kg. Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin il-karru, bl-istruttura tal-vettura mwaħħla, għandu jkollu massa ta’ 800kg. Iżda, jekk neċessarju, il-massa totali tal-karru u l-istruttura tal-vettura jistgħu jiżdiedu permezz ta’ żidiet ta’ 200kg. Fl-ebda każ ma għandha l-massa totali tiddiferixxi mil-valuri nominali b’± 40 kg.

    2. SEDIL

    Ħlief fil-każ ta’ testijiet fuq sistemi tat-trażżin, is-sedil għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida u jkollu wiċċ lixx. Id-dettalji mogħtija fil-fig. 1 ta’ hawn għandhom jiġu rispettati, waqt li tingħata attenzjoni li l-ebda parti tal-metall ma tiġi f’kuntatt maċ-ċintorin.

    3. ANKORAĠĠI

    L-ankoraġġi għandhom jitqiegħdu kif muri fil-fig. 1. Il-marki tondi li jikkorrispondu ma’ l-arranġament ta’ l-ankoraġġi juru fejn it-trufijiet taċ-ċintorin huma konnessi mal-karru jew mat-transducer tat-tagħbija, kif ikun il-każ. L-istruttura li ġġorr l-ankoraġġi għandha tkun riġida. L-ankoraġġ ta’ fuq ma għandux jiġi spostat b’aktar minn 0·2mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tkun applikata fuqu tagħbija ta’ 98 daN f’dik id-direzzjoni. Il-karru għandu jkun hekk kostruwit li ma tiġri ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li għandhom ankoraġġi waqt it-test.

    4. MEZZ TA’ TWAQQIF

    Dan il-mezz jikkonsisti f’żewġ mezzi li jassorbu identiċi mmuntati b’mod li jkunu paralleli lejn xulxin, ħlief fil-każ ta’ sistema tat-trażżin fejn għandhom jintużaw erba’ mezzi li jassorbu għal massa nominali ta’ 800kg. Jekk ikun neċessarju, għandu jintuża mezz li jassorbi addizzjonali għal kull żieda ta’ 200kg ta’ massa nominali.

    Kull mezz li jassorbi jinkludi:

    - involukru fuq barra magħmul minn tubu ta’ l-azzar,

    - tubu tal-polyurethane li jassorbi l-enerġija,

    - pum illustrat tal-metall forma ta’ żebbuġa li jippenetra fIl-mezz li jassorbi,

    - xaft u platt ta’ l-impatt.

    Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan il-mezz li jassorbi huma murija fil-pjanti riprodotti fil-figuri. 2, 3 u 4. Il-karatteristiċi tal-materjal li jassorbi huma mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt. Immedjatament qabel kull test it-tubi għandhom jinżammu għal minimu ta’ 12-il siegħa f’temperatura ta’ bejn il-15 u t-30ºC mingħajr ma jkunu użati.

    Il-ħtiġiet li għandhom jiġu osservati mill-mezz ta’ twaqqif huma mogħtija fl-Anness IX. Kull mezz ieħor li jagħti l-istess riżultati jista’ jiġi aċċettat.

    KARATTERISTIĊI TAL-MATERJAL ASSORBENTI

    (metodu ASTM D735 ħlief jekk mistqarr mod ieħor)

    Egħbusija tax-shore A: 95 ± 2

    Saħħa tal-ksur: Ro ≥ 343 daN/cm2

    Elongazzjoni minima: Ao 400 %

    modulu: | —b’elongazzjoni ta’ 100 %: | 108 daN/cm2 |

    —b’elongazzjoni ta’ 300 %: | 235 daN/cm2 |

    Tifrik f’temperatura baxxa (metodu ASTM D 736): ħames sigħat f’temperatura ta’ - 55ºC

    Sett ta’ kompressjoni (metodu B): 22 siegħa f’temperatura ta’ 70ºC ≤ 45 %

    Densità f’temperatura ta’ 25ºC: 1·05 sa 1·10

    tixjiħ fl-arja (metodu ASTM D 573):

    —70 siegħa f’temperatura ta’ 100ºC: | egħbusija tax-shore A: massimu varjazzjoni + 3tal-ksur: tnaqqis < 10 % ta’ Roelongazzjoni tnaqqis < 10 % ta’ Aomassimu: tnaqqis < 1 % |

    Tgħaddis fiż-żejt (metodu ASTM Nru 1 Żejt):

    —70 siegħa f’temperatura ta’ 100ºC: | egħbusija tax-shore A: massimu varjazzjoni ± 4Saħħa tal-ksur: tnaqqis < 15 % ta’ Roelongazzjoni: tnaqqis < 10 % ta’ Aovolum: nefħa < 5 % |

    Tgħaddis fiż-żejt (metodu ASTM Nru 3 Żejt):

    —70 siegħa f’temperatura ta’ 100ºC: | Saħħa tal-ksur: tnaqqis < 15 % ta’ Roelongazzjoni: tnaqqis < 15 % ta’ Aovolum: nefħa < 20 % |

    Tgħaddis f’ilma distillat:

    —ġimgħa waħda f’temperatura ta’ 70ºC: | Saħħa tal-ksur: tnaqqis < 35 % ta’ Roelongazzjoni: żieda 20 % ta’ Ao |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS VIII

    DESKRIZZJONI TA’ MANIKIN

    1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN

    1.1. Ġenerali

    Il-karatteristiċi prinċipali tal-manikin huma indikati fil-figuri u tabelli li ġejjin:

    fig. 1: | perspettiva mill-ġenb tar-ras, għonq u qafas tas-sider; |

    fig. 2: | perspettiva mill-quddiem tar-ras, għonq u qafas tas-sider; |

    fig. 3: | perspettiva mill-ġenb tal-għadma tal-ġenb, koxxa u riġel il-baxx; |

    fig. 4: | perspettiva mill-quddiem tal-għadma tal-ġenb, koxxa u riġel il-baxx; |

    fig. 5: | Dimensjonijiet prinċipali; |

    fig. 6: | Manikin f’posizzjoni ta’ bil-qiegħda, li juri: posizzjoni taċ-ċentru ta’ gravità,post tal-punti fejn jiġi mkejjel l-ispostament,tul ta’ l-ispalla; |

    Tabella 1: | referenzi, ismijiet, materjali u dimensjonijiet prinċipali tal-komponenti tal-manikin; |

    Tabella 2: | massa tar-ras, għonq, qafas tas-sider, koxxa u riġel il-baxx. |

    1.2. Deskrizzjoni tal-manikin

    1.2.1. struttura tar-riġel il-baxx (ara figuri. 3 u 4)

    l-istruttura tar-riġel il-baxx tikkonsisti fi tliet komponenti:

    - pjanċa tal-qiegħ tas-sieq (30).

    - tubu tal-qasba tas-sieq (29).

    - tubu ta’ l-irkobba (26).

    it-tubu ta’ l-irkobba għandu żewġ lugs li jillimitaw il-moviment tar-riġel il-baxx f’relazzjoni mal-koxxa.

    ir-riġel il-baxx jista’ jdur lura madwar 120º mill-posizzjoni wieqfa.

    1.2.2. Struttura tal-koxxa (ara figuri. 3 u 4)

    L-istruttura tal-koxxa tikkonsisti fi tliet komponenti:

    - tubu ta’ l-irkobba (22).

    - virga tal-koxxa (21).

    - tubu ta’ l-għadma tal-ġenb (20).

    Il-moviment ta’ l-irkobba huwa limitat permezz ta’ żewġ qasmiet fit-tubu ta’ l-irkobba (22) li jakkoppjaw mal-lugs tar-riġel.

    1.2.3. Struttura tal-qafas tas-sider (ara figuri. 1 u 2)

    L-istruttura tal-qafas tas-sider tikkonsisti fi tliet komponenti:

    - tubu ta’ l-għadma tal-ġenb (2).

    - katina li tirrombla (4).

    - kustilji (6) u (7).

    - sternum (8),

    - aċċessorji tal-katina (3 u, parzjalment, 7 u 8).

    1.2.4. għonq (ara figuri. 1 u 2)

    L-għonq jikkonsisti minn seba’ diski tal-polyurethane (9). Il-grad ta’ għebusija ta’ l-għonq jista’ jkun aġġustat permezz ta’ mezz tat-tensjoni f’katina.

    1.2.5. Ras (ara figuri. 1 u 2)

    Ir-ras (15) hija vojta; il-polyurethane hija rinforzata permezz ta’ faxex ta’ l-azzar (17). Il-mezz tat-tensjoni f’katina li jippremetti li l-għonq jiġi aġġustat jikkonsisti minn blokk tal-polyamide (10), spazjatur forma ta’ tubu (11) u komponent tat-tensjoni (12 u 13). Ir-ras tista’ ddur fil-ġog bejn l-ewwel u t-tieni vertebri ċervikali (il-ġog ta’ l-atlas-axis), li tikkonsisti minn assemblaġġ ta’ aġġustament (14 u 18), spazjatur (16) u blokk tal-polyamide (10).

    1.2.6. ġog ta’ l-irkobba (ara fig. 4)

    ir-riġel il-baxx u l-koxox huma konnessi b’tubu (27) u mezz tat-tensjoni (28).

    1.2.7. ġog ta’ l-għadma tal-ġenb (ara fig. 4)

    Il-koxox u l-qafas tas-sider huma konnessi b’tubu (23), platti ta’ frizzjoni (24) u mezz tat-tensjoni (25).

    1.2.8. Tip tal-polyurethane

    kompost ta’ pu 123 ch

    għebusija: 50 sa 60 shore A

    1.2.9. Fardal

    Il-manikin huwa mgħotti b’fardal speċjali

    2. KORREZZJONI TAL-MASSA

    Sabiex ikun kalibrat il-manikin ma’ ċerti valuri u l-massa totali, id-distribuzzjoni tal-massa għandha tiġi aġġustata permezz ta’ sitt piżijiet ta’ korrezzjoni ta’ 1kg kull wieħed li jistgħu jiġu mwaħħla mal-ġog ta’ l-għadma tal-ġenb. Sitt piżijiet oħra tal-polyurethane ta’ 1kg kull wieħed jistgħu jitwaħħlu mad-dahar tal-qafas tas-sider.

    3. IMĦADDA

    Għandha titqiegħed imħadda bejn is-sider tal-manikin u l-fardal. Din l-imħadda għandha tkun magħmula minn foam tal-polyethyene li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    - għebusija: 7 sa 10 shore A

    - Ħxuna: 25 ± 5mm.

    Jista’ jiġi mibdul.

    4. AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

    4.1. Ġenerali

    Sabiex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti, huwa neċessarju li tigi speċifikata u kontrollata l-frizzjoni ta’ kull ġog.

    4.2. Ġog ta’ l-irkobba:

    issikka l-ġog ta’ l-irkobba:

    qiegħed il-koxxa u riġel ta’ isfel f’posizzjoni vertikali;

    dawwar ir-riġel ta’ isfel għal 30º:

    bil-mod ’il mod ħoll l-mezz tat-tensjoni sakemm ir-riġel ta’ isfel jibda jaqa’ taħt il-piż tiegħu stess;

    issikka l-mezz tat-tensjoni f’din il-posizzjoni.

    4.3. Ġogi ta’ l-għadma tal-ġenb:

    żid ir-riġidità tal-ġogi ta’ l-għadma tal-ġenb għall-għanijiet ta’ l-aġġustament;

    qiegħed il-koxox f’posizzjoni orizzontali u l-qafas tas-sider f’posizzjoni vertikali:

    dawwar l-qafas tas-sider ’il quddiem sakemm jifforma angolu ta’ 60º mal-koxox;

    bil-mod ’il mod ħoll il-mezz tat-tensjoni sakemm il-qafas tas-sider jibda jaqa’ taħt il-piż tiegħu stess;

    issikka l-mezz tat-tensjoni f’dik il-pozizzjoni.

    4.4. Ġog ta’ l-atlas-axis:

    aġġusta l-ġog ta’ l-atlas-axis sabiex jirreżisti bl-eżatt il-piż tiegħu stess fid-direzzjonijiet ’il quddiem u lura.

    4.5. Għonq:

    L-għonq jista’ jiġi aġġustat permezz ta’ l-apparat tat-tensjoni tal-katina (13);

    Meta l-għonq huwa aġġustat, it-tarf ta’ fuq ta’ l-apparat tat-tensjoni għandu jkun spostat bejn 40 u 60 mm meta soġġett għal tagħbija orizzontali ta’ 10 daN.

    TABELLA 1:

    Numru ta’ referenza | Isem | Materjal | Dimensjonijiet |

    1 | Ġisem | Polyurethane | — |

    2 | Tubu ta’ l-għadma tal-ġenb | Azzar | 76 x 70 x 100mm |

    3 | Aċċessorji mal-katina | Azzar | 25 x 10 x 70 mm |

    4 | Katina li tirrombla | Azzar | 3/4 mm |

    5 | Pjanċa ta’ l-ispalla | Polyurethane | — |

    6 | Kustilji (parti rumblata) | Azzar | 30 x 30 x 3 x |

    7 | Kustilji | Pjanċa perforata ta’ l-azzar | 400 x 85 x 1.5 mm |

    8 | Sternum | Pjanċa perforata ta’ l-azzar | 250 x 90 x 1.5 mm |

    9 | Diski (6) | Polyurethane | Ø 90 x 20 mm |

    Ø 80 x 20 mm |

    Ø 75 x 20 mm |

    Ø 70 x 20 mm |

    Ø 65 x 20 mm |

    Ø 60 x 20 mm |

    10 | Blokka | Polyamide | 60 x 60 x 25 mm |

    11 | Spazjatur forma ta’ tubu | Azzar | 40 x 40 x 2 x50 mm |

    12 | Bolt tat-tensjoni | Azzar | M 16 x 90 mm |

    13 | Skorfina tat-tensjoni | Azzar | M 16 |

    14 | Apparat tat-tensjoni għall-ġog atlas-axis | Azzar | Ø 12 x 130 mm (m12) |

    15 | Ras | Polyurethane | — |

    16 | Spazjatur forma ta’ tubu | Azzar | Ø 18 x 13 x 17 mm |

    17 | Pjanċa tar-rinforz | Azzar | 30 x 3 x 500 mm |

    18 | Skorfina tat-tensjoni | Azzar | M 12 |

    19 | Koxox | Polyurethane | — |

    20 | Tubu tal-għadma tal-ġenb | Azzar | 76 x 70 x 80 mm |

    21 | Virga tal-koxxa | Azzar | 30 x 30 x 440 mm |

    22 | Tubu ta’ l-irkobba | Azzar | 52 x 46 x 40 mm |

    23 | Tubu li jgħaqqad il-għadma tal-ġenb | Azzar | 70 x 64 x 250 mm |

    24 | Pjanċi ta’ frizzjoni (4) | Azzar | 160 x 75 x 1 mm |

    25 | Assemblaġġ ta’ l-apparat tat-tensjoni | Azzar | M 12 x 320 mm Pjanċi u skorfini |

    26 | Tubu ta’ l-irkoppa | Azzar | 52 x 46 x 160 mm |

    27 | Tubu li jgħaqqad l-irkoppa | Azzar | 44 x 39 x 190 mm |

    28 | Pjanċa ta’ l-apparat tat-tensjoni | Azzar | Ø 70 x 4 mm |

    29 | Tubu tal-qasba tas-sieq | Azzar | 50 x 50 x 2 x 460 mm |

    30 | Pjanċa tal-qiegħ tas-sieq | Azzar | 100 x 170 x 3 mm |

    31 | Piżijiet biex jikkorreġu l-qafas tas-sider (6) | Polyurethane | 1 kg kull wieħed |

    32 | Imħadda | Polyethylenefoam | 350 x 250 x 25 mm |

    33 | Fardal | Ċineg tal-ħajt u tal-polymide | |

    34 | Piżijiet biex jikkorreġu l-għadma tal-ġenb (6) | Azzar | Massa ta’ 1 kg kull wieħed |

    TABELLA 2:

    Komponenti ta’ manikin | Kwantita’ f’kilogrammi |

    Ras u għonq | 4.6 ± 0.3 |

    Qafas tas-sider u idejn | 40.3 ± 1.0 |

    Koxox | 16.2 ± 0.5 |

    Ir-riġel ta’ isfel u s-sieq | 9.0 ± 0.5 |

    Kwantita’ totali li tinkludi l-piżijiet ta’ korrezzjoni | 74.5 ± 1.0 |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    fig 3 | fig 4 |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Manikin bil-qiegħda fil-pożizzjoni fl-Anness VII, fig. 1.

    G = Ċentru tal-gravità

    T = Il-punt tal-kejl tas-sider (li jinsab quddiem fuq il-linja taċ-ċentru tal-manikin)

    P = Il-punt tal-kejl tal-pelvi (li jinsab fuq in-naħa ta’ wara l-linja taċ-ċentru tal-manikin)

    --------------------------------------------------

    ANNESS IX

    DESKRIZZJONI TAL-KURVA TAT-TNAQQIS TAL-VELOĊITÀ TAL-KARRU BĦALA FUNZJONI TA’ ĦIN

    (kurva għal testikiet ta’ mezzi ta’ twaqqif)

    +++++ TIFF +++++

    Il-kurva ta’ deċelerazzjoni tat-trolley mtaqqla b’masses inerti biex tipproduċi total ta’ 455 kg ± 20 kg għall-provi taċ-ċintorini tas-sigurtà u 910 kg ± 40 kg għall-provi tas-sistema ta’ irbit, meta l-massa nominali ta’ l-istruttura tat-trolley u tal-vettura u l-istruttura tal-vettura kossessa jistgħu jiżdiedu b’żiediet ta’ 200 kg, f’liema każ massa addizzjonali inerti ta’ 28 kg għandha tiżdied kull żieda. Fl-ebda każ m’għandha l-massa totali tat-trolley, l-istruttura tal-vettura u l-masses inerti huma differenti mill-valur nominali għall-provi tal-kalibratura b’iżjed minn ± 40 kg. Id-distanza ta’ waqfien matul il-kalibratura tat-trolley għandha tkun 400 ± 20 mm.

    Fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq it-tagħmir tal-kejl għandu jkollu rispons li huwa sostanzjalment fiss sa 60 Hz b'roll off ta' 100 Hz. Ir-reżonanzi mekkaniċi assoċjati ma’ l-iffissar tad-trnasducer m’għandhomx jtellfu l-qari tad-data. Għandu jingħata każ ta’ l-effett tat-tul tal-kejbil u t-temperatura fuq ir-risposta tal-frekwenza [1]

    [1] Dawn il-ħtiġiet huma skond mal-prattika rakkomandata SAE J 211a u aktar tard jinbidel b’referenza għal standard ISO li bħalissa qed jitħejja.

    --------------------------------------------------

    ANNESS X

    ISTRUZZJONIJIET

    Kull ċintorin tas-sigurtà għandu jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet li jkopru l-punti segwenti fil-lingwa jew lingwi ta’ l-Istat Membru li fih ikun ser jitqiegħed għall-bejgħ:

    1. Istruzzjonijiet ta’ istallazzjoni (mhux meħtieġ jekk il-manifattur jipprovdi l-vettura b’ċintorini tas-sigurtà li huma diġà istallati) li jispeċifikaw għal liema tipi ta’ vettura l-assemblaġġ huwa adatt u l-metodu korrett tat-twaħħil ta’ l-assemblaġġ mal-vettura, inkluż twissija sabiex wieħed jgħasses kontra chafing taċ-ċineg.

    2. Istruzzjonijiet għall-użu (jistgħu jkunu inklużi fil-ktejjeb ta’ l-utent jekk il-manifattur jissupplixxi l-vettura b’ċintorini tas-sigurtà li huma diġà istallati) li għandhom l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw li min jużah ikollu l-ikbar benefiċċju miċ-ċintorin tas-sigurtà. F’dawn l-istruzzjonijiet għandha ssir referenza għal:

    (a) l-importanza li jintlibes iċ-ċintorin fil-vjaġġi kollha;

    (b) il-mod korrett ta’ kif jintlibes iċ-ċintorin u b’mod partikolari:

    - il-posizzjoni intenzjonata tal-bokkla,

    - il-bżonn li ċintorini jkunu ssikkati meta fl-użu,

    - il-posizzjoni korretta taċ-ċineg u n-neċessità li jiġi evitat li jitgħawġu,

    - il-fatt li kull ċintorin għandu jintuża minn okkupant wieħed biss u li ċintorin ma għandux ikun imdawwar ma’ tifel li jqiegħed bil-qiegħda fuq ħoġor passiġġier;

    (ċ) il-metodu ta’ l-issikkar u t-tneħħija tal-bokkla;

    (d) il-metodu ta’ kif jiġi aġġustat iċ-ċintorin;

    (e) il-metodu ta’ kif jitħaddem xi retractor li jkun inkorporat fl-assemblaġġ u l-metodu ta’ verifika li ġie maqful;

    (f) il-metodi rakkomandati għat-tindif taċ-ċintorin u kif jintrama mill-ġdid wara li jiġi mnaddaf fejn meħtieġ;

    (g) il-bżonn li jinbidel iċ-ċintorin tas-sigurtà meta kien fl-użu f’inċident serju jew juri sinjali ta’ djgħufija jew li ġie mqatta’;

    (h) il-fatt li ċ-ċintorin ma għandux jinbidel jew jiġi mmodifikat fi kwalunkwe mod billi dawk il-bidliet jitgħu jirrendu ċ-ċintorin ineffettiv; b’mod partikolari fejn id-disinn jippermetti li partijiet jiżżarmaw, għandhom jingħataw istruzzjonijiet sabiex jiżguraw li jerġa’ jintrama b’mod korrett;

    (i) il-fatt li ċ-ċintorin huwa intenzjonat għall-użu minn okkupanti ta’ binja adulta;

    (j) stivar taċ-ċintorin meta mhux fl-użu.

    --------------------------------------------------

    ANNESS XI

    TEST TAL-BOKKLA DOPPJA

    (Imfisser f’2.7.6.5 ta’ l-Anness I)

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS XII

    ABRASION AND MICROSLIP TESTS

    +++++ TIFF +++++

    Examples of test arrangements corresponding to the type of adjusting device

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-Anness XIII

    TEST TA’ KORRUŻJONI

    1. APPARAT TAT-TEST

    1.1. Il-mezz għandu jikkonsisti minn kompartiment taċ-ċpar, reservoir b’taħlita tal-melħ, provvista ta’ arja kompressa kondizzjonata kif xieraq, atomizing nozzle waħda jew aktar, kampjun tas-sapport, mezz biex jissaħħan il-kompartiment u l-mezzi neċessarji ta’ kontroll. Il-qies u d-dettalji ta’ kostruzzjoni ta’ l-apparat ma humiex obbligatorji, sakemm il-kondizzjonijiet tat-test ikunu milħuqa.

    1.2. Huwa importanti li jiġi żgurat li qatriet tat-taħlita li takkumula fuq is-saqaf jew qoxra tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kapmjuni tat-test, u

    1.3. li qatriet tat-taħlita li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma jerġgħux imorru lejn ir-reservoir u jiġu atomizzati għal darb’oħra.

    1.4. L-apparat ma għandux ikun kostruwit minn materjal li jista’ jaffettwa l-korrużività taċ-ċpar.

    2. POSIZZJONI TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KABINETT TAĊ-ĊPAR.

    2.1. Il-kampjuni, ħlief retractor, għandhom jiġu sapportati jew sospiżi bejn 15º u 30º mill-vertikali u preferibbilment paralleli mad-direzzjoni prinċipali taċ-ċaqliq orizzontali taċ-ċpar mill-kompartiment, kif iddeterminat, f’relazzjoni mal-wiċċ dominanti li qiegħed ikun ittestjat.

    2.2. Li l-fus tar-rukkell għaż-żamma taċ-ċinga huma normali għad-direzzjoni prinċipali taċ-ċaqliq orizzontali taċ-ċpar mill-kompartiment. Il-fetħa għaċ-ċinga fir-retractor għandha tkun tħares ukoll lejn din id-direzzjoni prinċipali.

    2.3. Kull kampjun għandu jiġi hekk imqiegħed li jippermetti li ċ-ċpar jkun jista’ jinżel b’mod liberu fuq kull kapmjun.

    2.4. Kull kampjun għandu jkun hekk imqiegħed biex jevita li t-taħlita tal-melħ tqattar minn kampjun wieħed għal ieħor.

    3. TAĦLITA TAL-MELĦ

    3.1. It-taħlita tal-melħ għandha tkun ippreparata permezz ta’ taħlita mdewba ta’ 5 ± 1 partijiet permezz ta’ għadd ta’ sodium chloride f’95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun sodium chloride sostanzjalment ħieles minn nikel u ram u li jkun gfih fl-istat niexef mhux iktar minn 0,1 % ta’ sodium iodide u mhux iktar minn 0,3 % ta’ impuritajiet bħala total.

    3.2. It-taħlita għandha tkun tali li meta atomizzata f’temperatura ta’ 35ºC it-taħlita miġbura hija fil-grad ta’ ph ta’ 6·5 sa 7·2.

    4. PROVISTA TA’ ARJA

    Il-provista ta’ arja kompressata lejn in-nozzle jew nozzles għall-atomizzazzjoni tat-taħlita tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u impuritajiet, u miżmuma f’pressjoni ta’ bejn 70kn/m2 u 170 kn/m2.

    5. KONDIZZJONIJIET FIL-KOMPARTIMENT TAĊ-ĊPAR

    5.1. Iż-żona ta’ esposizzjoni tal-kompartiment taċ-ċpar għandha tkun miżmuma f’temperatura ta’ 35º ± 5ºC. Għall-inqas żewġ kolletturi nodfa taċ-ċpar għandhom jitqiegħdu fiż-żona ta’ esposizzjoni sabiex jevitaw li qtar tat-taħlita jakkumulaw mit-test tal-kampjun jew xi sors ieħor Il-kolletturi għandhom jitqiegħdu ħdejn il-kampjuni tat-test, wieħed viċin kemm jista’ jkun man-nozzles u l-ieħor bogħod kemm jista’ jkun minn nozzles. Iċ-ċpar għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ qasam ta’ ġbir orizzontali, medja ta’ bejn 1·0 u 2·0ml ta’ taħlita għal kull siegħa hija miġbura f’kull kollettur meta mkejjel għal perjodu ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

    5.2. In-nozzle jew nozzles għandha(hom) jingħataw direzzjoni jew jiġu mmirati b’tali mod li l-isprej ma jolqotx direttament il-kampjuni tat-test.

    --------------------------------------------------

    ANNESS XIV

    ORDNI KRONOLOĠIKU TAT-TESTIJIET

    Nota:

    Barra minn dan, jeħtieġ kampjun wieħed ta’ ċintorin għall-finijiet ta’ referenza.

    Disposizzjonijiet rilevantiOġġetti | Test | Kampjuni |

    Nru taċ-ċintorin | Nru tal-kampjun taċ-ċinga |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    2.2, 2.3.2, 2.4.1.1, 2.4.2.1, 2.5.1.1 | Spezzjoni ta’ l-assemblaġġ taċ-ċintorin | x | | | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.2 | Spezzjoni tal-bokkla | x | x | x | x | x | x | | | | | | | | | | |

    2.4.1.2, 2.7.2 | Testijiet ta’ korrUżjoni fuq il-partijiet riġidi kollha | | | x | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.3.2, 2.7.5.1 | Saħħa tal-mezz ta’ aġġustament | | | x | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.3.1, 2.4.3.3, 2.7.5.6 | Faċilità ta’ aġġustar | | | x | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.4, 2.7.5.2 | Saħħa ta’ l-aċċessorji | | | x | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.3 | Durabilità tal-bokkla | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.4, 2.7.5.3 | Operat tal-bokkla f’temperatura baxxa | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.6, 2.7.5.1, 2.7.5.5 | Saħħa tal-bokkla | | | x | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.1.4, 2.7.5.4 | Impatt ta’ temperatura baxxa fuq il-partijiet riġidi kollha | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.5, 2.7.6.1, 2.7.2, 2.7.6.3, 2.7.6.2, 2.7.6.4 | Operat tar-retractor’ | | | | | | x | | | | | | | | | | |

    2.5.1.2, 2.7.5 | Verifikar fuq il-wisa’ taċ-ċinga | | | | | | | x | | | | | | | | | |

    2.5.2, 2.7.3.1, 2.7.4 | Saħħa taċ-ċinga wara kondizzjonament tal-kamra | | | | | | | | x | | | | | | | | |

    2.5.3, 2.7.4 | Saħħa taċ-ċinga wara kondizzjonament speċjali: | | | | | | | | | | | | | | | | |

    2.7.3.2 | — Kondizzjonament mid-dawl | | | | | | | | | x | x | | | | | | |

    2.7.3.3 | — Kondizzjonament mill-kesħa | | | | | | | | | | | x | x | | | | |

    2.7.3.4 | — Kondizzjonament mis-sħana | | | | | | | | | | | | | x | x | | |

    2.7.3.5 | — Esposizzjoni għall-ilma | | | | | | | | | | | | | | | x | x |

    2.6.2, 2.7.3.6 | Brix | | | | x | x | | | | | | | | | | | |

    2.4.3, 2.7.3.7 | Mikro-skorriment | | | | x | x | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.7, 2.6.1, 2.4.2.6, 2.7.2, 2.7.6.3, 2.7.7 | Test dinamiku fuq l-assemblaġġ taċ-ċintorin | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

    2.4.2.5, 2.4.2.7, 2.7.8 | Test tal-ftuħ tal-bokkla | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

    --------------------------------------------------

    Top