This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972R2864
Regulation (EEC) No 2864/72 of the Council of 19 December 1972 amending Regulation (EEC) No 1408/71 on the application of social security schemes to employed persons and their families moving within the Community
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2864/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità mal-familja tagħhom
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2864/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità mal-familja tagħhom
ĠU L 306, 31.12.1972, p. 1–5
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(31.12)L303 P. 15 - 19
In force
Official Journal L 306 , 31/12/1972 P. 0001 - 0005
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L289 P. 0012
English special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L303 P. 0015
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0227
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2864/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità mal-familja tagħhom IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jikkonċerna d-dħul ta' l-Istati Membri ġodda fil-Komunità Ewropea u fil-Komunità ta' Enerġija Atomika Ewropea [1] iffirmat fit-22 ta' Jannar 1972, u b'mod partikolari l-Artikolu 153 ta' l-Att anness miegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 30 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 [2] ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni mpjegati li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità mal-familji tagħhom, kif ġie emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni, għandu jiġi modifikat skond il-linji mfassla f'Parti VII ta' l-Anness II ma' dak l-Att, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jkun emendat kif ġej: 1. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 1 (s)(a): ""Perjodi ta' residenza" tfisser perjodi ta' residenza kif definiti jew huma magħrufa hekk mill-leġislazzjoni li taħthom ġew mitmuma jew meqjusa bħala mitmuma." 2. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 9(2): "Fejn, skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru, id-dħul f'assikurazzjoni volontarja jew bl-għażla ta' assigurazzjoni kontinwa jew volontarja, huwa kondizzjonali fuq it-tmiem tal-perjodi ta' assigurazzjoni, il-perjodi ta' assigurazzjoni jew il-perjodi ta' residenza mitmuma skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandhom jingħataw konsiderazzjoni, safejn meħtieġ, daqs li kieku kienu mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat." 3. Dan li ġej jissostitwixxi l-isem u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 18: "L-aggregazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew perjodi ta' impjieg jew residenza 1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li bil-leġislazzjoni tiegħu isir l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-drittijiet għall-benefiċċji huwa kondizzjonali fuq it-tmiem ta' perjodu ta' assigurazzjoni jew perjodi ta' impjieg jew residenza għandhom, skond it-tul meħtieġ, jieħdu f'konsiderazzjoni l-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru daqs li kieku kienu perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni li tamministra." 4. Is-sub-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 19(2): "Fejn il-membri tal-familja jkunu joqogħdu fit-territorju ta' Stat Membru u li taħt il-leġislazzjoni tiegħu id-dritt li tirċievi benefiċċji mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni jew impjieg, il-benefiċċji li jirċievu għandhom jiġu meqjusa li huma f'isem l-istituzzjoni li magħha l-ħaddiem huwa assigurat, sakemm il-konjuġi jew il-persuna li qed tieħu ħsieb l-ulied ikollha xi professjoni jew sengħa fit-territorju ta' l-Istat Membru imsemmi." 5. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 27: "Pensjonijiet pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta' bosta Stati Membri fejn hemm dritt għall-benefiċċji fil-pajjiż tar-residenza Pensjonant li għandu d-dritt għall-pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn waħda mill-pensjonijiet hi dik ta' l-Istat Membru li fiha joqgħod, u huwa intitolat għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor, tenut kont fejn meħtieġ tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 u l-Anness V, flimkien mal-membri tal-familja tiegħu, għandu jirċievi benefiċċji mill-istituzzjoni fil-post tar-residenza u a spejjeż ta' dik l-istituzzjoni daqs li kieku l-persuna konċernata hi pensjonanta li l-pensjoni tagħha titħallas biss taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor." 6. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 28(2)(b): "(b) fejn il-pensjonant huwa intitolat għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-ispejjeż għandhom jaqgħu fuq l-istituzzjonijiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru li għalih il-pensjonant kien suġġett għall-itwal perjodu ta' żmien; jekk l-applikazzjoni ta' din ir-regola tirriżulta li numru ta' istituzzjonijiet huma responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji, l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li tkun qed tamministra l-leġislazzjoni u li għaliha l-pensjonant ikun suġġett l-aħħar." 7. L-Artikolu 28a li ġej għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 28: "L-Artikolu 28a Pensjonijiet pagabbli skond il-leġislazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri barra mill-pajjiż residenti fejn hemm dritt għall-benefiċċji fil-pajjiż l-aħħar imsemmi Fejn il-pensjonant huwa ntitolat għal pensjoni skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, jew għal pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, joqgħod fit-territorju ta' Stat Membru fejn skond il-leġislazzjoni tiegħu id-dritt biex tirċievi benefiċċji mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni jew impjieg, u lanqas hija pagabbli xi pensjoni, l-ispejjeż tal-benefiċċji in natura gawduti minnu u mill-membri tal-familja tiegħu, għandhom jaqgħu fuq l-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri l-aktar kompetenti fl-oqsma tal-pensjonijiet, determinat skond ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 28(2), sal-punt li l-pensjonant u l-membri tal-familja tiegħu kienu jkunu ntitolati għal dawk il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni amministrata mill-imsemmija istituzzjoni daqs li kieku kienu residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn tinsab dik l-istituzzjoni." 8. Dan li ġej jissostitwixxi l-ewwel parti ta' l-Artikolu 31: "Pensjonant intitolat għal pensjoni jew għal pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew għal pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li huwa wkoll intitolat għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati għandu, flimkien mal-membri tal-familja tiegħu, li qed joqogħdu fit-territorju ta' Stat Membru għajr dak li residenti fih, jirċievi:" 9. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 33: "L-Artikolu 33 Kontribuzzjonijiet pagabbli mill-pensjonanti L-istituzzjoni responsabbli mill-ħlas ta' pensjoni fi Stat Membru u li tamministra l-leġislazzjoni li tipprovdi għat-tnaqqis mill-pensjonijiet għal kontribuzzjonijiet f'każ ta' mard jew maternità għandha tkun awtorizzata li tagħmel dan it-tnaqqis ikkalkulat skond il-leġislazzjoni konċernata mill-pensjoni pagabbli minn din l-istituzzjoni b'mod li l-ispejjeż għall-benefiċċji mniżżla f'Artikoli 27, 28, 28a, 29, 31 u 32 għandhom jaqgħu fuq istituzzjoni ta' l-Istat Membru msemmi." 10. Dan li ġej għandu jerġa' jiddaħħal bħala t-titolu tas- Sezzjoni 1, il- Kapitolu 2 tat-Titolu III: "Ħaddiema suġġetti biss għall-leġislazzjoni li taħtha l-ammont tal-benefiċċji ta' l-invalidità huwa ndipendenti mit-tul tal-perijodu ta' l-assigurazzjoni." 11. Dan li ġej għandu jerġa jiddaħħal bħala l-Artikolu 37(1): "1. Ħaddiem li b'mod suċċessiv jew alternattiv kien suġġett għall-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li temm il-perjodi ta' l-assigurazzjoni esklussivament taħt leġislazzjonijiet li għalihom l-ammont tal-benefiċċji ta' l-invalidità huwa ndipendenti mit-tul tal -perjodu ta' l-assigurazzjoni, għandu jirċievi benefiċċji bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 39. Dan l-Artikolu m'għandux jolqot żidiet jew supplimenti fil-pensjonijiet fir-rigward ta' tfal, mogħtija skond id-disposizzjonijiet tal- Kapitolu 8." 12. Dan li ġej għandu għandu jerġa' jiddaħħal bħala l-isem u l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 38: "L-aggregazzjoni ta' perijodi ta' l-assigurazzjoni 1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-drittijiet għall-benefiċċji huma kondizzjonali fuq it-tmiem ta' perjodu ta' assigurazzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni, sa fejn huwa meħtieġ, il-perjodi mitmuma ta' assigurazzjoni taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru, daqs li kieku kienu perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni li tamministra." 13. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 45(1): "L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-drittijiet għall-benefiċċji huma kondizzjonali fuq it-tmiem ta' perijodu ta' l-assigurazzjoni jew perijodi tar-residenza għandha, sa fejn huwa meħtieġ, tieħu in konsiderazzjoni l-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew il-perijodi tar-residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru daqs li kieku kienu perijodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni li jamministra." 14. L- Artikolu 45(4) m'għandux japplika. 15. Dan li ġej jissostitwixxi l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 46(1): "1. Fejn ħaddiem kien suġġett għall-leġislazzjoni ta' Stat Membru u fejn il-kondizzjonijiet għall-intitolament għall-benefiċċji jkunu ġew imħarsa, mingħajr il-ħtieġa li jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandu, bi qbil mad-disposizzjoniojiet tal-leġislazzjoni li jamministra jiddetermina l-ammont ta' benefiċċju li jikkorrispondi mat-tul tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew periodi ta' residenza u li għandhom jitqiesu skond il-leġislazzjoni msemmija." 16. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 46(2)(a): "(a) l-istituzzjoni għandha tikklakula l-ammont teoretiku tal-benefiċċju li l-persuna konċernata tista' titlob jekk il-perjodi kollha ta' l-assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri li għalihom il-ħaddiem kien suġġett kienu mitmuma fl-Istat Membru in kwistjoni u taħt il-leġislazzjoni amministrata minnu fid-data li ngħata l-benefiċċju. Jekk, skond dik il-leġislazzjoni, l-ammont tal-benefiċċju ma jiddependix mit-tul tal-perjodi mitmuma dak l-ammont jiġi meqjus bħala l-ammont teoretiku li għalih hemm referenza f'dan is-sub-paragrafu." 17. Il-Kapitolu 4 tat- Titolu III għandu jkun emendat kif ġej: Is-Sezzjoni 1 u l-Artikolu 51a għandhom jiġi revokati. Is-Sezzjonijiet 2, 3, 4 u 5 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid 1, 2, 3 u 4 rispettivament. 18. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 64: "L-Artikolu 64 L-aggregazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-drittijiet għall-għotjiet tal-mewt huma suġġetti għat-tmiem ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza għandhom, sa fejn huwa meħtieġ, jieħdu konsiderazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew il-perjodi ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru daqs li kieku kienu perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni li jamministra." 19. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 77(2)(b)(ii): "(ii) f'każijiet oħra bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha kien suġġett għall-itwal perijodu ta' żmien, bil-kondizzjoni li, tenut kont fejn xieraq ta' l-Artikolu 79(1)(a), dritt għal wieħed mill-benefiċċji li għalih jirreferi l-paragrafu (i) ikun akkwistat taħt din il-leġislazzjoni; jekk l-ebda dritt għall-benefiċċju ma jkun akkwistat taħt dik il-leġislazzjoni, il-kondizzjonijiet għall-akkwist għal dan id-dritt taħt il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu eżaminati f'ordni dekrexxenti tat-tul tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' dawn l-Istati Membri." 20. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 78(2)(b)(ii): "(ii) f'każijiet oħra skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li tiegħu il-ħaddiem mejjet kien suġġett għall-itwal perijodu ta' żmien, bil-kondizzjoni li, tenut kont fejn xieraq ta' l-Artikolu 79 (1) (a), id-dritt għal wieħed mill-benefiċċji li għalih jirreferi l-paragrafu 1 jkun akkwistat taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat; jekk l-ebda dritt għall-benefiċċju ma jkun akkwistat taħt dik il-leġislazzjoni, il-kondizzjonijiet għall-akkwist għal dan id-dritt taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra jiġu eżaminati f'ordni dekrexxenti tat-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew perijodi ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' dawn l-Istati Membri." 21. Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 79(2): "(2) F'każ fejn l-effett ta' l-applikazzjoni tar-regola fl-Artikolu 77(2)(b)(ii) u 78(2)(b) (ii) huwa li twassal għall-kompetenza ta' bosta Stati Membri, jekk it-tul tal-perjodi huwa ugwali, il-benefiċcji skond kif imfissra fl-Artikolu 77 jew l-Artikolu 78, skond il-każ, għandhom jingħataw skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għalih il-ħaddiem kien suġġett l-aħħar." 22. L-Artikolu 79(4) għandu jiġi revokat. 23. Dan li ġej jissostitwixxi l-Anness III, B: "B. ID-DANIMARKA Xejn." 24. L-Anness V, B għandu jkun emendat kif ġej: (a) Dan li ġej jissostitwixxi paragrafu 4: "4. Ħaddiema, applikanti għall-pensjonijiet u pensjonanti mal-membri tal-familja tagħhom kif jireferu għalihom l-artikoli 19, 22(1) u (3), 25(1) u (3), 26(1), 28a, 29 u 31 tar-Regolament, li huma residenti jew li joqogħdu fid-Danimarka għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura fuq l-istess termini kif imfassla mill-leġislazzjoni Daniża għall-persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-livell indikat fl-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 311 tad-9 ta' Ġunju 1971 li tikkonċerna s-Servizz tas-Saħħa Pubblika, fejn l-ispejjeż tal-benefiċċji msemmija għandhom jaqgħu fuq l-istituzzjoni ta' Stat Membru barra mid-Danimarka." (b) Dan li ġej jissostitwixxi l-paragrafu 5: "5. Id-disposizzjonijiet ta' l- Artikolu 1(1) Nru 2 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet ta' l-anzjani, l-Artikolu 1(1) Nru 2 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet ta' l-invalidità u l-Artikolu 2(1) Nru 2 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet tar-romol u allowances mhumiex applikabbli għall-ħaddiema jew għall-werrieta li joqogħdu fit-territorju ta' Stat Membru barra mid-Danimarka." (ċ) il-paragrafi li ġejjin 6, 7, 8 u 9 għandhom jerġgħu jiddaħħlu wara l-paragrafu 5: "6. Id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Daniża li tiggverna l-pensjonijiet ta' l-anzjani u r-romol hi applikabbli għall-armla ta' ħaddiem suġġett għall-leġislazzjoni Daniża, anki jekk ma kenitx residenti fid-Danimarka. 7. It-termini tar-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-regoli provviżorji taħt il-Liġijiet Daniżi tas-7 ta' Ġunju 1972 dwar id-drittijiet għal pensjoni għal ċittadini Daniżi li għandhom ir-residenza effettiva tagħhom fid-Danimarka għall-perjodu speċifiku immedjatament qabel id-data ta' l-applikazzjoni. Madanakollu, pensjoni għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet għaċ-ċittadini Daniżi lil ċittadini ta' Stati Membri oħra li għandhom ir-residenza effettiva tagħhom fid-Danimarka tul is-sena immedjatament qabel id-data ta' l-applikazzjoni. 8. Il-perjodi li fihom ħaddiem tal-fruntiera jew ħaddiem staġjonali li joqgħod fit-territorju ta' Stat Membru għajr id-Danimarka jkun ħadem fid-Danimarka għandhom jiġu kkunsidrati bħala perjodi ta' residenza għal finijiet tal-leġislazzjoni Daniża. L-istess japplika għal dawk il-perjodi li matulhom ħaddiem jintbagħat f'territorju ta' Stat Membru għajr id-Danimarka. 9. Sabiex jiġi determinat jekk il-kondizzjonijiet għad-dritt tal-benefiċċji tal-maternità skond il- Kapitolu 12 tal-Liġi fuq id-benefiċċji ta' kuljum fi flus f'każ ta' mard jew maternità ġewx sodisfatti fil-każ fejn il-persuna konċernata ma kenitx suġġetta għall-leġislazzjoni Daniża tul il-perjodu sħiħ li jirreferi għalih l-Artikolu 34 (1) jew (2) tal-Liġi msemmija: (a) għandhom ikunu ikkunsidrati l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma, kif xieraq, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru għajr id-Danimarka, li tul id-dewmien ta' l-imsemmi perjodu ta' referenza l-persuna konċernata ma kenitx suġġetta għall-leġislazzjoni Daniża, daqs li kieku l-perijodi mitmuma kienu taħt il-leġislazzjoni ta' l-aħħar, u (b) il-persuna konċernata għandha titqies li tkun irċeviet matul il-perjodi li ġew ikkunsidrati salarju medju ugwali għal dak tas-salarju medju li hu kkonfermat li tħallas tul il-perijodu mitmum taħt il-leġislazzjoni Daniża għal dawk il-perjodi ta' referenza." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ma' l-Adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda mal-Komunitajiet Ewropej. Madankollu, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi posposta fl-Istati Membri ġodda sa: - l-1 ta' April 1973 għad-Danimarka - l-1 ta' April 1973 għall-Irlanda - l-1 ta' April 1973 għar-Renju Unit Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU Edizzjoni Speċjali, 27.3.1972, p. 5. [2] ĠU L 149, 5.7.1971, P. 2. --------------------------------------------------