Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22025D0743

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2025 tas-7 ta’ Frar 2025 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/743]

ĠU L, 2025/743, 8.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/743/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/743/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/743

8.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 27/2025

tas-7 ta’ Frar 2025

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/743]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2765 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jirrettifika l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u r-Riassikurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32024 R 2765: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2765 tas-24 ta’ Ġunju 2024 (ĠU L, 2024/2765, 25.10.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2024/2765 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2765, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2765/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/743/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top