This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1464
Decision of the EEA Joint Committee No 326/2023 of 8 December 2023 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2024/1464]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 326/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/1464]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 326/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/1464]
ĠU L, 2024/1464, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1464/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1464 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 326/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/1464]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (Riformulazzjoni), (1)kif ikkoreġut mill-ĠU L 74, 22.3.2010, p. 1, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/492 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet perjodiċi ta’ penali u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikolu 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (3) kif ikkoreġut mill-ĠU L 234, 7.8.2014, p. 15, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil mill-ġdid) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/728/KE tat-30 ta’ Settembru 2009 li testendi mingħajr limitazzjonijiet ir-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/669 tal-24 ta’ April 2015 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(9) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/765/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li temenda r-rikonoxximent ta’ Det Norske Veritas skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(10) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/281/UE tal-14 ta’ Mejju 2014 li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(11) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/668 tal-24 ta’ April 2015 dwar l-emendar tar-rikonoxximenti ta’ ċerti organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(12) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1327 tal-1 ta’ Awwissu 2016 li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Indjan f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(13) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24.3.2017 li temenda r-rikonoxximent tal-Bureau Veritas SA — Registre international de classification de navires et d’aeronefs (BV) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (C(2017)1881 final) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(14) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29.6.2020 li temenda r-rikonoxximent tal-Bureau Veritas Marine & Offshore SAS f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2020) 4226 final) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(15) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1227 tas-27 ta’ Lulju 2021 li temenda r-rikonoxximenti ta’ DNV GL AS f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(16) |
Lista ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri 2022/C 466/07 (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(17) |
Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 jistabbilixxi l-kriterji ta’ rikonoxximent u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, inkluż dispożizzjonijiet dwar multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. |
(18) |
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali, jiġifieri li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tagħti rikonoxximent lill-organizzazzjonijiet, li l-ksur jaffettwa lill-Unjoni u l-interessi tagħha, u n-natura kumplessa u teknika tal-proċeduri ta’ valutazzjoni u ksur, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u tistenna l-valutazzjoni u l-proposta tal-Kummissjoni għal azzjoni qabel ma tieħu deċiżjoni rigward l-applikazzjoni ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA u li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA. |
(19) |
Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat li jirrestrinġi jew jillimita b’xi mod it-twettiq tal-obbligi tal-Kummissjoni skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dmirijiet tagħha ta’ rikonoxximent, valutazzjoni u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ miżuri korrettivi jew sanzjonijiet fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma ġewx rikonoxxuti abbażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA u li ma jkollhomx il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA. |
(20) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test fil-punt 55b (id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32009 L 0015: Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47), kif emendata bi:
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 55d (id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 391/2009, kif ikkoreġut bil-ĠU L 74, 22.3.2010, p. 1, (UE) Nru 788/2014, kif ikkoreġut bil-ĠU L 234, 7.8.2014, p. 15 u (UE) 2019/492, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1355/2014, tad-Direttiva 2009/15/KE, tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/111/UE, tad-Deċiżjonijiet 2009/728/KE u (UE) 2015/669, tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/765/UE, 2014/281/UE, (UE) 2016/1327, (UE) 2021/1227 u (UE) 2015/688 u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni C (2020) 4226 tal-24.3.2017 u C (2017) 1881 tad-29.6.2020, u tal-Lista 2022/C 466/07 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.
(2) ĠU L 85I, 27.3.2019, p. 5.
(3) ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12.
(4) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 82.
(5) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.
(6) ĠU L 366, 20.12.2014, p. 83.
(7) ĠU L 258, 1.10.2009, p. 34.
(8) ĠU L 110, 29.4.2015, p. 24.
(9) ĠU L 338, 17.12.2013, p. 107.
(10) ĠU L 145, 16.5.2014, p. 43.
(11) ĠU L 110, 29.4.2015, p. 22.
(12) ĠU L 209, 3.8.2016, p. 15.
(13) ĠU L 269, 28.7.2021, p. 143.
(14) ĠU C 466, 7.12.2022, p. 24.
(*1) Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1464/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)