EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1424

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 320/2023 tat-8 ta' Diċembru 2023 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE 2024/1424]

ĠU L, 2024/1424, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1424/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1424/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1424

13.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 320/2023

tat-8 ta' Diċembru 2023

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE 2024/1424]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Iżlanda nnotifikat lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bl-aġġornamenti tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi fir-rigward tal-ħruġ ta’ provi ta’ kwalifiki formali fl-oqsma koperti mid-Direttiva 2005/36/KE. Skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif inkorporat fl-Anness VII tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA adottat Rakkomandazzjoni fil-21 ta’ Ġunju 2023 (2) li tindika bidliet notifikati bħal dawn. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza tad-dritt, dawn l-aġġornamenti jenħtieġ li jiġu riflessi fl-adattamenti rilevanti għad-Direttiva 2005/36/KE li tinsab fl-Anness VII tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness VII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII tal-Ftehim ŻEE, fit-tabella taħt il-punt (E)(g)(i), ir-ringiela li tibda bil-kelma “Ísland” tinbidel b’dan li ġej:

‘Ísland

Meistarapróf í arkitektúr

Listaháskóli Íslands

 

2021/2022”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 087/23/COL tal-21 ta’ Ġunju 2023.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1424/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top