EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1266

Deċiżjoni nru 1/2024 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, tas-26 ta’ Marzu 2024 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim [2024/1266]

PUB/2024/357

ĠU L, 2024/1266, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1266/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1266/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1266

30.4.2024

DEĊIŻJONI nru 1/2024 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ,

tas-26 ta’ Marzu 2024

fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim [2024/1266]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1) iffirmat fid-29 ta’ Ġunju 2022 u li daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Awwissu 2023 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, tal-15 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim [2023/604] (3), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(2)

Kif stabbilit fl-Artikolu 6(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ mqar tliet xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim biex jivvaluta u jiddeċiedi l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż it-tul tal-perjodu tiegħu.

(3)

Il-monitoraġġ tal-Ftehim wera li dan ipprovda benefiċċji f’termini ta’ kummerċ għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għar-Repubblika tal-Moldova, u li ż-żieda fis-servizzi tat-trasport bit-triq kienet ta’ ġid ukoll għall-operaturi tat-trasport bit-triq taż-żewġ partijiet.

(4)

Flimkien ma’ ftehim komparabbli dwar it-trasport bit-triq iffirmat mal-Ukrajna, il-Ftehim ikkontribwixxa ġmielu wkoll għall-esportazzjoni tal-merkanzija Ukrena lejn l-Unjoni Ewropea mill-Korsiji ta’ Solidarjetà.

(5)

L-estensjoni tal-Ftehim jenħtieġ li tinftiehem bħala kontribut ukoll għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna wara l-gwerra tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

(6)

Għalhekk, il-Ftehim jixraq jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontinwazzjoni tal-Ftehim

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Chisinau u fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Kristian SCHMIDT

Andrei SPÎNU


(1)   ĠU L 181, 7.7.2022, p. 4.

(2)   ĠU L 226, 14.9.2023, p. 1.

(3)   ĠU L 79, 17.3.2023, p. 185.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1266/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top