Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1006

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1006]

    ĠU L, 2024/1006, 25.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1006/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1006/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1006

    25.4.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 238/2023

    tat-22 ta’ Settembru 2023

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1006]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2022/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4zzr (id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “-

    32022 L 2380: Id-Direttiva (UE) 2022/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 30).”

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva (UE) 2022/2380 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1)

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Pascal SCHAFHAUSER


    (1)   ĠU L 315, 7.12.2022, p. 30.

    (*1)  No constitutional requirements indicated.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1006/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top