EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0942

Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 200/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/942]

ĠU L, 2024/942, 25.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/942/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/942/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/942

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 200/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/942]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra, fir-rigward tal-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari (1) għandha tiġi inkorporaafil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE), fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE), fil-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE), fil-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE) u fil-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32021 L 0971: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 62).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2021/971 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 214, 17.6.2021, p. 62.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/942/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top