This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0726
Decision of the EEA Joint Committee No 325/2021 of 10 December 2021 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2024/726]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 325/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/726]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 325/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/726]
ĠU L, 2024/726, 14.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/726/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/726 |
14.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 325/2021
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/726]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1247 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għall-mandestrobin fl-għeneb u fil-frawli (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32021 R 1247: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1247 tad-29 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 33).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32021 R 1247: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1247 tad-29 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 33).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) 2021/1247 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(1) ĠU L 272, 30.7.2021, p. 33.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/726/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)