Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0361

    Deċiżjoni Nru 1/2024 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżvizzera tat-12 ta’ Jannar 2024 li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, kif emendat [2024/361]

    C/2024/19

    ĠU L, 2024/361, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/361/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/361/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/361

    23.1.2024

    DEĊIŻJONI Nru 1/2024 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-IŻVIZZERA

    tat-12 ta’ Jannar 2024

    li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, kif emendat [2024/361]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (1), kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 5(2) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera, bħala Partijiet Kontraenti, ipprovdew lill-Kumitat Konġunt il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-materja prima kollha li għaliha ġew applikati miżuri ta’ kumpens għall-prezzijiet, għall-perjodu ta’ referenza ta’ 12-il xahar minn Settembru 2022 sa Awwissu 2023. Minn dawk il-prezzijiet jirriżulta li s-sitwazzjoni reali tal-prezzijiet fir-rigward ta’ dik il-materja prima fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti nbidlet.

    (2)

    Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu aġġornati l-prezzijiet domestiċi ta’ referenza u d-differenzi fil-prezzijiet għall-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda III tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, kif ukoll li jiġu adattati l-ammonti bażiċi tal-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda IV ta’ dak il-Protokoll.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-Iskeda III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

    (b)

    fl-Iskeda IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2024.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    p.p. Rita ADAM

    Kap tal-Missjoni


    (1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

    (2)   ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


    ANNESS I

    “SKEDA III

    Prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u tal-Iżvizzera

    Materja prima agrikola

    Prezz domestiku ta’ referenza tal-Iżvizzera

    CHF għal kull 100 kg netti

    Prezz domestiku ta’ referenza tal-UE

    CHF għal kull 100 kg netti

    L-Artikolu 4(1)

    Applikat fl-Iżvizzera, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

    CHF għal kull 100 kg netti

    L-Artikolu 3(3)

    Applikat fl-UE, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

    EUR għal kull 100 kg netti

    Qamħ komuni

    59,28

    28,78

    30,50

    0,00

    Qamħ durum

    -

    -

    1,20

    0,00

    Segala

    47,70

    27,53

    20,15

    0,00

    Barli

    -

    -

    -

    -

    Qamħirrum

    -

    -

    -

    -

    Dqiq tal-qamħ komuni

    101,28

    53,18

    48,10

    0,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    713,26

    385,92

    327,35

    0,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    491,82

    271,66

    220,15

    0,00

    Butir

    1 241,84

    540,51

    701,35

    0,00

    Zokkor abjad

    -

    -

    -

    -

    Bajd

    -

    -

    38,00

    0,00

    Patata friska

    40,72

    21,25

    19,45

    0,00

    Xaħam veġetali

    -

    -

    170,00

    0,00 ”


    ANNESS II

    “(b)

    Ammonti bażiċi għall-materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

    Materja prima agrikola

    Ammont bażiku applikat fl-Iżvizzera L-Artikolu 3(2)

    Ammont bażiku applikat fl-UE L-Artikolu 4(2)

    CHF għal kull 100 kg netti

    EUR għal kull 100 kg netti

    Qamħ komuni

    22,10

    0,00

    Qamħ durum

    1,00

    0,00

    Segala

    14,80

    0,00

    Barli

    -

    -

    Qamħirrum

    -

    -

    Dqiq tal-qamħ komuni

    34,10

    0,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    266,80

    0,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    179,40

    0,00

    Butir

    529,70

    0,00

    Zokkor abjad

    -

    -

    Bajd

    30,95

    0,00

    Patata friska

    14,15

    0,00

    Xaħam veġetali

    138,55

    0,00 ”


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/361/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top