Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0161

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2021 tal-23 ta’ April 2021 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[2024/161]

    ĠU L, 2024/161, 25.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/161/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/161/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/161

    25.1.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 159/2021

    tal-23 ta’ April 2021

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[2024/161]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/363 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw b’rabta ma’ ċerti eżenzjonijiet għaċ-ċomb u għall-komposti taċ-ċomb fil-komponenti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32e (id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “-

    32020 L 0363: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/363 tas-17 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 67, 5.3.2020, p. 119).”

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva Delegata (UE) 2020/363 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Clara GANSLANDT


    (1)   ĠU L 67, 5.3.2020, p. 119.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/161/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top