EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0039

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/39]

ĠU L, 2024/39, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/39/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/39/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/39

11.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 58/2021

tal-5 ta’ Frar 2021

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/39]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875-5 935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/671/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1426 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5czf (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:

32020 D 1426: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875-5 935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/671/KE (ĠU L 328, 9.10.2020, p. 19).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1426 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 328, 9.10.2020, p. 19.

(2)   ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/39/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top