This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D2340
Decision of the EEA Joint Committee No 42/2023 of 17 March 2023 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2023/2340]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2340]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2340]
ĠU L, 2023/2340, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2340/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2340 |
26.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 42/2023
tas-17 ta’ Marzu 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2340]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1465 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1466 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32022 R 1465: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1465 tal-5 ta’ Settembru 2022 (ĠU L 231, 6.9.2022, p. 24), |
— |
32022 R 1466: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1466 tal-5 ta’ Settembru 2022 (ĠU L 231, 6.9.2022, p. 32).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2022/1465 u (UE) 2022/1466 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 231, 6.9.2022, p. 24.
(2) ĠU L 231, 6.9.2022, p. 32.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2340/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)