EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D2332

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2332]

ĠU L, 2023/2332, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2332/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2332/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2332

26.10.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 50/2023

tas-17 ta’ Marzu 2023

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2332]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Il-kunċett ta’ “Ċittadinanza tal-Unjoni” mhuwiex inkluż fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Il-politika tal-immigrazzjoni mhijiex parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE u għalhekk, id-drittijiet ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Madankollu, il-membri tal-familja fis-sens tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li għandhom ċittadinanza ta’ pajjiż terz igawdu minn ċerti drittijiet derivati ta’ ċittadini taż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/1157 fih dispożizzjonijiet b’referenzi għal atti adottati skont it-Titolu V TFUE. Ta’ min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta’ atti b’dispożizzjonijiet bħal dawn fil-Ftehim dwar iż-ZEE hi mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-leġiżlazzjoni tal-UE adottata skont it-Titolu V TFUE taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi V u VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1 tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1a.

L-att imsemmi fil-punt 10a tal-Anness VIII (ir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim, għandu japplika, kif xieraq, għall-oqsma koperti minn dan l-Anness.”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10 tal-Anness VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“10a.

32019 R 1157: Ir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 67).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘ċittadin/ċittadini tal-Unjoni’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘ċittadin/ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u l-Istati tal-EFTA‘.

(b)

Fl-Artikolu 3(4), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘, stampat fin-negattiv f’rettangolu blu u mdawwar bi 12-il stilla safra’ ma għandux japplika.

(c)

Fl-Artikolu 6(h), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘, stampat fin-negattiv f’rettangolu blu u mdawwar bi 12-il stilla safra’ ma għandux japplika.

(d)

Fl-Artikolu 7(2), il-kliem ‘Membru tal-Familja tal-UE’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘Membru tal-Familja taż-ŻEE’.

(e)

Fl-Artikolu 10(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-Karta’ ma għandhomx japplikaw.

(f)

Fl-Artikoli 11(4), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Unjoni’ għandu jinqara ‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’.

(g)

Fl-Artikolu 5(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sat-3 ta’ Awwissu 2031’ għandhom jinqraw ‘10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023’.

(h)

Fl-Artikolu 5(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sat-3 ta’ Awwissu 2026’ għandhom jinqraw ‘ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023’.

(i)

Fl-Artikolu 8(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sat-3 ta’ Awwissu 2026’ għandhom jinqraw ‘ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023’.

(j)

Fl-Artikolu 8(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sat-3 ta’ Awwissu 2023’ għandhom jinqraw ‘sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023’.”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2019/1157 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 188, 12.7.2019, p. 67.

(2)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2332/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top