Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D1399

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2020 tal-25 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Anness XVI (Akkwisti pubbliċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1399]

    PUB/2023/33

    ĠU L 173, 6.7.2023, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1399/oj

    6.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 140/2020

    tal-25 ta’ Settembru 2020

    li temenda l-Anness XVI (Akkwisti pubbliċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1399]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/1986 (‘Formoli elettroniċi’) (1) għandi jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1780 iħassar, b’effett mill-25 ta’ Ottubru 2023, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mill-25 ta’ Ottubru 2023.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6h (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804):

    “6i.

    32019 D 1780: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (Formoli Elettroniċi) (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 7).”

    2.

    It-test tal-punt 6g (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986) għandu jitħassar b’effett mill-25 ta’ Ottubru 2023.

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1780 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Sabine MONAUNI


    (1)  ĠU L 272, 25.10.2019, p. 7.

    (2)  ĠU L 296, 12.11.2015, p. 1.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top