This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0785
Decision of the EEA Joint Committee No 256/2022 of 23 September 2022 amending Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) to the EEA Agreement [2023/785]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 256/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/785]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 256/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/785]
ĠU L 106, 20.4.2023, p. 56–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 256/2022
tat-23 ta’ Settembru 2022
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/785]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/172 tas-7 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mill-apparati ta’ medda qasira fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czq (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat minn:
— |
32022 D 0172: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/172 tas-7 ta’ Frar 2022 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 21).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/172 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, ufis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.