Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0774

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 245/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/774]

    ĠU L 106, 20.4.2023, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/774/oj

    20.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 245/2022

    tat-23 ta’ Settembru 2022

    li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/774]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1338 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Filippini maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1339 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mis-Saltna tal-Oman maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1340 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Peru maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi V u VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10zq (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1100) tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “10zr.

    32022 D 1338: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1338 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Filippini maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 54).

    10zs.

    32022 D 1339: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1339 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mis-Saltna tal-Oman maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 57).

    10zt.

    32022 D 1340: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1340 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Peru maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 60).”

    Artikolu 2

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 11zq (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1100) tal-Anness VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “11zr.

    32022 D 1338: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1338 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Filippini maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 54).

    11zs.

    32022 D 1339: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1339 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mis-Saltna tal-Oman maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 57).

    11zt.

    32022 D 1340: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1340 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Peru maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 60).”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Deċiżjonijiet (UE) 2022/1338, (UE) 2022/1339 u (UE) 2022/1340 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON


    (1)  ĠU L 201, 1.8.2022, p. 54.

    (2)  ĠU L 201, 1.8.2022, p. 57.

    (3)  ĠU L 201, 1.8.2022, p. 60.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top