Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0767

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/767]

    ĠU L 106, 20.4.2023, p. 22–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/767/oj

    20.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 238/2022

    tat-23 ta’ Settembru 2022

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/767]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/168 tat-8 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Akkermansia muciniphila ppasturizzat bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/169 tat-8 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/187 tal-10 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidi xaħmin ċetilati bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/188 tal-10 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/196 tal-11 ta’ Frar 2022 li jawtorizza estensjoni għall-użu u bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/202 tal-14 ta’ Frar 2022 li jirretifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    (8)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

    “-

    32022 R 0168: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/168 tat-8 ta’ Frar 2022 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 5),

    -

    32022 R 0169: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/169 tat-8 ta’ Frar 2022 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 10),

    -

    32022 R 0187: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/187 tal-10 ta’ Frar 2022 (ĠU L 30, 11.2.2022, p. 102),

    -

    32022 R 0188: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/188 tal-10 ta’ Frar 2022 (ĠU L 30, 11.2.2022, p. 108),

    -

    32022 R 0196: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/196 tal-11 ta’ Frar 2022 (ĠU L 31, 14.2.2022, p. 46),

    -

    32022 R 0202: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/202 tal-14 ta’ Frar 2022 (ĠU L 33, 15.2.2022, p. 41).”

    2.

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 208 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/47):

    “209.

    32022 R 0168: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/168 tat-8 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Akkermansia muciniphila ppasturizzat bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 5).

    210.

    32022 R 0169: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/169 tat-8 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 10).

    211.

    32022 R 0187: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/187 tal-10 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidi xaħmin ċetilati bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 30, 11.2.2022, p. 102).

    212.

    32022 R 0188: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/188 tal-10 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 30, 11.2.2022, p. 108).

    213.

    32022 R 0196: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/196 tal-11 ta’ Frar 2022 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 31, 14.2.2022, p. 46).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/168, (UE) 2022/169, (UE) 2022/187, (UE) 2022/188, (UE) 2022/196 u (UE) 2022/202 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON


    (1)  ĠU L 28, 9.2.2022, p. 5.

    (2)  ĠU L 28, 9.2.2022, p. 10.

    (3)  ĠU L 30, 11.2.2022, p. 102.

    (4)  ĠU L 30, 11.2.2022, p. 108.

    (5)  ĠU L 31, 14.2.2022, p. 46.

    (6)  ĠU L 33, 15.2.2022, p. 41.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top