This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0560
Decision No 2021/02 of the Regional Steering Committee of the Transport Community on the rules on the reimbursement of expenses incurred by persons from outside the Permanent Secretariat of the Transport Community who are invited to participate in meetings of the Transport Community [2023/560]
Deċiżjoni Nru 2021/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport dwar ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport [2023/560]
Deċiżjoni Nru 2021/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport dwar ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport [2023/560]
PUB/2022/535
ĠU L 73, 10.3.2023, p. 48–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/48 |
DEĊIŻJONI Nru 2021/02 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
dwar ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport [2023/560]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn persuni barra mis-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, li huma mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport, stabbiliti fl-Anness, huma permezz ta’ dan adottati.
Hekk kif jiġu adottati, is-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport għandu jippubblika r-regoli fuq is-sit web tal-Komunità tat-Trasport.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Sarajevo, fis-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
ANNESS
REGOLI DWAR IR-RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ IMĠARRBA MINN PERSUNI BARRA MIS-SEGRETARJAT PERMANENTI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT, LI HUMA MISTIEDNA JIPPARTEĊIPAW FIL-LAQGĦAT TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
1. Ambitu
1.1. |
Dawn ir-regoli japplikaw għal persuni minn barra s-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport (“is-Segretarjat Permanenti”) li jkunu mistiedna jipparteċipaw fi kwalunkwe waħda mil-laqgħat tal-Komunità tat-Trasport elenkati fir-regola 1.2. |
1.2. |
Il-laqgħat li huma koperti minn dawn ir-regoli huma laqgħat tal-konfigurazzjonijiet, il-kumitati u l-fora l-oħra tal-Komunità tat-Trasport li ġejjin:
|
1.3. |
Rappreżentant wieħed biss għal kull ministeru, awtorità regolatorja, aġenzija, entità jew parti benefiċjarja oħra għandu jkun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż skont dawn ir-regoli. Madankollu, fil-każ li l-laqgħat elenkati fl-Artikolu 1.2 jiġu organizzati b’mod konġunt, id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti (“Direttur”) jista’ jingħata eċċezzjoni minn din ir-regola permezz ta’ deċiżjoni motivata. |
1.4. |
Dawn ir-regoli jkopru r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni biss. Il-parteċipanti m’għandhomx ikunu intitolati għal somom addizzjonali bħal kumpens għas-sussistenza għal kull jum. |
2. Spejjeż tal-ivvjaġġar
2.1. |
Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom mill-post speċifikat fl-istedina tagħhom (l-indirizz tax-xogħol jew tad-dar) sal-post tal-laqgħa, bl-aktar mezz ta’ trasport xieraq skont id-distanza involuta. B’mod ġenerali, dan għandu jkun ivvjaġġar bil-ferrovija tat-tieni klassi għal vjaġġi ta’ inqas minn 400 km (f’direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) u vvjaġġar bl-ajru tal-klassi ekonomika għal distanzi ta’ 400 km jew aktar. |
2.2. |
Id-Direttur għandu jipprova jiżgura li l-laqgħat jiġu organizzati b’mod li jippermetti lill-parteċipanti jibbenefikaw mill-aktar rati tal-ivvjaġġar ekonomiċi. |
2.3. |
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati biss meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali: |
2.4. |
Meta t-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija ma jkunx disponibbli jew ma jkunx kosteffettiv, l-ivvjaġġar bix-xarabank jew bil-karozza għandu jiġi awtorizzat. |
2.5. |
Il-kost tal-ivvjaġġar b’vettura privata għandu jiġi rimborżat bir-rata ta’ EUR 0,22 għal kull km. |
2.6. |
Il-miżati tat-taksi għandhom jiġu rimborżati biss jekk ma jkun hemm l-ebda trasport pubbliku lokali disponibbli. |
2.7. |
Il-kostijiet tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati sa EUR 700. |
3. Spejjeż tal-akkomodazzjoni
3.1. |
Il-parteċipanti għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni tagħhom. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni huma l-ispejjeż imġarrba biex wieħed joqgħod billejl fil-post fejn issir il-laqgħa minħabba li l-ħinijiet tal-laqgħa jkunu inkompatibbli mal-ħinijiet tat-titjiriet jew tal-ferroviji. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għandhom jiġu rimborżati sa EUR 120 għal kull lejl. In-numru ta’ ljieli tas-soġġorn ma għandux jaqbeż in-numru ta’ jiem tal-laqgħa + 1. |
3.2. |
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur, il-parteċipanti jistgħu eċċezzjonalment ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni relatati ma’ lejl addizzjonali fil-post fejn issir il-laqgħa jekk, billi jtawwal is-soġġorn, il-parteċipant ikun jista’ jikseb tnaqqis fl-ispiża tat-trasport li jkun jiswa aktar mill-ispejjeż tal-akkomodazzjoni relatati mal-lejl addizzjonali. |
3.3. |
Il-parteċipanti m’għandhomx ikunu intitolati għar-rimborż ta’ spejjeż oħra relatati mas-soġġorn fil-lukanda bħall-internet, it-telefown, il-fotokopjar, il-minibar, il-kolazzjon mhux inkluż. |
4. Xiri ta’ biljetti u akkomodazzjoni
4.1. |
Fil-prinċipju, il-parteċipanti mistiedna għal xi laqgħa elenkata fir-regola 1.2, il-punti minn (a) sa (e) għandhom jibbukkjaw il-biljetti u l-akkomodazzjoni tagħhom stess. L-ibbukkjar għandu jsir kemm jista’ jkun malajr sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-aktar miżati jew rati ekonomiċi. Is-Segretarjat Permanenti għandu jibbukkja l-ivvjaġġar jew l-akkomodazzjoni f’isem il-parteċipanti jew jagħmel pagament bil-quddiem għan-nefqa f’każijiet eċċezzjonali biss u soġġett għar-regola 6. |
4.2. |
Fil-każ tal-parteċipanti mistiedna għal xi laqgħa elenkata fir-regola 1.2, il-punti (f) u (g), l-arranġamenti tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għandhom isiru mis-Segretarjat Permanenti. |
5. Proċedura tar-rimborż
5.1. |
Biex jiksbu rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, il-parteċipanti għandhom jippreżentaw talba għar-rimborż tal-ispejjeż (“talba għar-rimborż”). It-talba għar-rimborż għandha tkun:
|
5.2. |
Il-korrispondenza dwar ir-rimborż għandha tintbagħat lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org. |
5.3. |
Ir-rimborż għandu jsir f’euro. Ir-rata tal-kambju li tapplika għar-rimborż għandha tkun dik applikabbli fid-data tal-laqgħa. |
5.4. |
Ir-rimborż għandu jsir permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont bankarju tal-istituzzjoni jew tal-organizzazzjoni li tinnomina lill-parteċipant, bl-użu tad-dettalji tal-kont tal-bank ippreżentati f’konformità mar-regola 5.5. Madankollu, ir-rimborż jista’ jsir f’kont bankarju privat tal-parteċipant jekk dik l-istituzzjoni jew organizzazzjoni titlob dan bil-miktub. |
5.5. |
Id-dettalji tal-kont bankarju li għandhom jiġu sottomessi għall-finijiet tar-regola 5.4 għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja relatata mal-benefiċjarju: l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-kont, l-isem tal-bank, in-numru tal-kont tal-bank (IBAN) u l-kodiċi SWIFT (BIC). |
6. Ħlas bil-quddiem ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni
6.1. |
F’każijiet eċċezzjonali, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tinnomina tista’ tippreżenta talba lis-Segretarjat Permanenti għall-ħlas bil-quddiem tal-ivvjaġġar jew tal-akkomodazzjoni relatata ma’ parteċipant mistieden għal xi laqgħa elenkata fil-punti minn (a) sa (e) tar-regola 1.2. Tali proċediment jinkludi l-prenotazzjoni ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni mis-Segretarjat Permanenti. |
6.2. |
It-talbiet għal ħlas bil-quddiem għandhom isiru permezz tal-formola li tinsab fl-Appendiċi 2 u għandhom jintbagħtu mill-inqas 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa lis-Segretarjat Permanenti fuq finance@transport-community.org. |
6.3. |
Meta tiġi ppreżentata talba f’konformità mal-Artikolu 6.2, id-Direttur jista’ jilqa’ t-talba. Jekk talba titressaq tard, id-Direttur jista’ jirrifjuta t-talba. |
6.4. |
Wara li tiġi ssodisfata talba taħt ir-regola 6.3, u jitqies l-abbozz tal-aġenda għal-laqgħa, is-Segretarjat Permanenti għandu jibbukkja l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-parteċipant inkwistjoni. Is-Segretarjat Permanenti għandu jibgħat il-konfermi tal-prenotazzjoni għall-biljett u l-akkomodazzjoni lill-parteċipant permezz tal-posta elettronika. |
6.5. |
Billi jkun talab ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, il-parteċipant jimpenja ruħu li jattendi l-laqgħa. |
6.6. |
Meta l-parteċipant ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħa għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli direttament għall-Komunità tat-Trasport, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tinnomina għandha tindennizza lis-Segretarjat Permanenti għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-vjaġġ (eż. il-kostijiet ta’ biljetti rreġistrati inklużi t-tariffi ta’ kanċellazzjoni). |
7. Dispożizzjonijiet amministrattivi u finali
7.1. |
Id-Direttur huwa responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn ir-regoli. |
7.2. |
Is-Segretarjat Permanenti għandu jżomm, għal perjodu ta’ ħames snin, ir-rekords, id-dokumenti u l-evidenza relatati mar-rimborżi skont dawn ir-regoli, inklużi dokumenti relatati ma’ trattament eċċezzjonali. |
Appendiċi 1
TALBA GĦAR-RIMBORŻ TAL-IVVJAĠĠAR
|
Post: |
|||||||
|
||||||||
|
|
|||||||
KUNJOM: |
ISEM: |
|||||||
ISTITUZZJONI/ORGANIZZAZZJONI: |
TITOLU: |
|||||||
PAJJIŻ: |
|
|||||||
INDIRIZZ TAL-POSTA ELETTRONIKA: |
TELEFOWN: |
|||||||
|
||||||||
ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-KONT (ISTITUZZJONI): (jekk jogħġbok indika l-isem tas-sid/benefiċjarju tal-kont tal-bank hawnhekk) |
||||||||
ISEM TAL-BANK |
||||||||
Numru tal-kont |
||||||||
IBAN |
||||||||
SWIFT (BIC) |
||||||||
|
Minn: |
Sa: |
||||||
DATI TAS-SOĠĠORN |
|
|
||||||
Numru totali ta’ ljieli fil-lukandi (b’rata massima ta’ EUR 120 kull lejl) |
|
|||||||
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tal-fattura tar-riċevuta tal-lukanda |
||||||||
|
||||||||
Ajruplan, ferrovija, xarabank fuq distanza twila, trasport pubbliku lokali, eċċ. |
MINN |
SA |
KLASSI |
AMMONT |
MUNITA |
F’EUR |
||
Itinerarju |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
Kompli fuq folja separata jekk ikun meħtieġ. Jekk jogħġbok ehmeż kopja tar-riċevuti/fatturi disponibbli, inklużi l-karti tal-imbarkazzjoni għal titjiriet/ferrovija/xarabank |
||||||||
KAROZZA |
Minn: |
Sa: |
Sa: (Ritorn) |
|||||
Prova tad-distanza mehmuża (kopja tar-rotta minn Google Maps jew ViaMichelin.com jew Rome2Rio.com, għandha tiġi sottomessa fil-format PDF jew JPG) |
KM fiż-żewġ direzzjonijiet: |
|||||||
Total f’EUR: |
||||||||
TAKSI (jekk it-trasport pubbliku lokali ma kienx disponibbli) – irċevuti meħtieġa; ġustifikazzjoni addizzjonali meħtieġa |
Ammont |
Munita |
F’EUR |
|||||
|
||||||||
AMMONT TOTALI MITLUB f’EURO: Rimarki oħrajn: |
||||||||
Niċċertifika li din it-talba għar-rimborż tal-ivvjaġġar hija dikjarazzjoni vera tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba minni. Jiena ma ġejtx u mhux se niġi rimborżat għal dawn l-ispejjeż minn xi sors ieħor u lanqas inkludejt xi spiża mħallsa jew li għandha titħallas direttament minn sors ieħor. |
||||||||
Data: |
FIRMA TAL-PARTEĊIPANT: |
Appendiċi 2
TALBA GĦAL ĦLAS BIL-QUDDIEM TAL-ISPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR
|
|||||||||||||||
Kunjom*: |
|
||||||||||||||
Isem*: |
|
||||||||||||||
Isem l-organizzazzjoni/istituzzjoni*: |
|
||||||||||||||
Funzjoni: |
|
||||||||||||||
Numru tal-passaport* (meħtieġ għal skopijiet ta’ bbukkjar): |
|
||||||||||||||
Nru tat-telefown għall-kuntatt: |
|
||||||||||||||
Indirizz tal-posta elettronika: |
|
||||||||||||||
Titolu u post tal-laqgħa: |
|
||||||||||||||
Dati tal-laqgħa: |
Minn: |
Sa: |
|||||||||||||
Rotta tal-vjaġġ: |
Tluq minn: |
Wasla sa: |
|||||||||||||
|
|||||||||||||||
IVVJAĠĠAR ☐ AKKOMODAZZJONI ☐ |
|||||||||||||||
NOTI IMPORTANTI GĦALL-PARTEĊIPANTI:
|
|||||||||||||||
Firma: ________________ Data: _____________________ |
Approvazzjoni tal-kap tal-istituzzjoni/organizzazzjoni li tinnomina: _______ Data: __________ |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||
Stima tal-kostijiet (f’EUR) |
Disponibbiltà tal-Baġit |
||||||||||||||
Biljett tat-titjira/ Biljett tal-ferrovija/ Biljett tax-xarabank/ Karozza |
|
IVA ☐ LE ☐ Uffiċjal Finanzjarju u tal-Kontabbiltà: |
|||||||||||||
Akkomodazzjoni |
|
||||||||||||||
TOTAL: |
|
APPROVAZZJONI TAD-DIRETTUR: ☐ Approvata ☐ Mhux approvata |
|||||||||||||
Nru tal-impenn baġitarju: |
|