This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0306
Decision of the EEA Joint Committee No 28/2020 of 7 February 2020 amending Annex XVIII (Health and safety at work, labour law, and equal treatment for men and women) to the EEA Agreement [2023/306]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/306]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/306]
ĠU L 49, 16.2.2023, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
16.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 28/2020
tas-7 ta’ Frar 2020
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/306]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (1) u l-infurzar tagħha għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32m (id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“32n. |
32013 L 0054: Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2013/54/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.