EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0288

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/288]

ĠU L 49, 16.2.2023, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/288/oj

16.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 10/2020

tas-7 ta’ Frar 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/288]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/1390 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jemenda, bil-għan li jiġi adattat għall-progress tekniku, l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32019 R 1390: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1390 tal-31 ta’ Lulju 2019 (ĠU L 247, 26.9.2019, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 2019/1390 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)  ĠU L 247, 26.9.2019, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top