EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0280

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/280]

ĠU L 49, 16.2.2023, p. 2–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/280/oj

16.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 2/2020

tas-7 ta’ Frar 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/280]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar annimali ħajjin, minbarra ħut u annimali tal-akkwakultura. Id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jirrevoka, b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-Deċiżjonijiet 2001/812/KE (5) u 2009/821/KE (6), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1081 jirrevoka, b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-Deċiżjoni 93/352/KEE (7), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jintroduċi proċeduri ġodda li għandhom japplikaw għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera skont il-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim. Konsegwentement, il-paragrafu 4B tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għandu jiġi emendat skont dan u l-paragrafu 5 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għandu jitħassar.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li, l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-paragrafu 4B tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I jinbidel b’dan li ġej:

“Kontroll tal-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera

1)

Il-kontrolli tal-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera għandhom isiru f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

2)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun intitolata li tipparteċipa fiż-żjarat ta’ kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-kontroll li għalih issir referenza fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jorganizzaw żjarat ta’ kontroll bi sħab biex jistabbilixxu rakkomandazzjoni komuni dwar l-eżitu tal-kontroll li ssir referenza għalih fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”

2.

It-test tal-paragrafu 5 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I jitħassar.

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 11bd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

 

“11be. 32019 R 1012: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fl-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).

 

11bf. 32019 R 1013: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8).

 

11bg. 32019 R 1014: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).

 

11bh. 32019 R 1081: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).”

4.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31qd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) tal-Kapitolu II:

“31qe.

32019 R 1012: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).

31qf.

32019 R 1013: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8).

31qg.

32019 R 1014: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).

31qh.

32019 R 1081: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).”

5.

It-test tal-punt 21 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE), tal-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) u tal-punt 111 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I jitħassar.

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 164d (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“164e.

32019 R 1012: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).

164f.

32019 R 1013: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8).

164g.

32019 R 1014: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).

164h.

32019 R 1081: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta' kontroll fil-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/1012 u (UE) 2019/1081 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1013 u 2019/1014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 (8), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)  ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4.

(2)  ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8.

(3)  ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10.

(4)  ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.

(6)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 144, 16.6.1993, p. 25.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(8)  ĠU L4, 5.1.2023, p. 11.


Top