This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0084
Decision Of The Eea Joint Committee No 261/2019 of 25 October 2019 amending Annex IX (Financial Services) to the EEA Agreement [2023/84]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 261/2019 tal-25 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/84]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 261/2019 tal-25 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/84]
ĠU L 11, 12.1.2023, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 261/2019
tal-25 ta’ Ottubru 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/84]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/72 tal-4 ta’ Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kards fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfati minn skemi ta’ kards ta’ pagament u l-entitajiet ta’ pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ indipendenza f’termini ta’ kontabbiltà, organizzazzjoni u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31k (ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“31ka. |
32018 R 0072: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/72 tal-4 ta’ Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kards fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn skemi ta’ kards ta’ pagament u l-entitajiet ta’ pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ indipendenza f’termini ta’ kontabbiltà, organizzazzjoni u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (ĠU L 13, 18.1.2018, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/72 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2019 tat-8 ta’ Frar 2019 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.