Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2173

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 181/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2022/2173]

ĠU L 291, 10.11.2022, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2173/oj

10.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 181/2019

tal-14 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2022/2173]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tkun estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti biex tkun inkluża d-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (1).

(2)

Għalhekk jenħtieġ, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, biex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża ssir mill-1 ta’ Jannar 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2o:

“2p.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri tal-EFTA għandhom jipparteċipaw f’dan il-qafas Ewropew li ġej:

32018 D 0646: Id-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42).”

2.

It-test tal-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2l, 2m, 2n, 2o u 2p.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top