Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2169

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2169]

    ĠU L 291, 10.11.2022, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2169/oj

    10.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/68


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 177/2019

    tal-14 ta’ Ġunju 2019

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2169]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/226 tas-6 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “-

    32019 R 0226: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/226 tas-6 ta’ Frar 2019 (ĠU L 41, 12.2.2019, p. 100).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (UE) 2019/226 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 41, 12.2.2019, p. 100.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top