Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2168

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2168]

    ĠU L 291, 10.11.2022, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2168/oj

    10.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/66


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 176/2019

    tal-14 ta’ Ġunju 2019

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2168]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 tal-11 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta grafika u l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tixju u l-prodotti tat-tixju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2019/70 tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/568/KE (2), 2011/333/UE (3) u 2012/448/UE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement jridu jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2zq (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1702):

    “2zr.

    32019 D 0070: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 tal-11 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta grafika u l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tixju u tixju (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 27).”

    2.

    It-testi tal-punti 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE), 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE) u 2ze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE) jitħassru.

    Artikolu 2

    It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2019/70 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 15, 17.1.2019, p. 27.

    (2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.

    (3)  ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12.

    (4)  ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top