Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2148

Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2148]

ĠU L 291, 10.11.2022, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2148/oj

10.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 156/2019

tal-14 ta’ Ġunju 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2148]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/1984 tat-13 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-rikonoxximent tas-“Sistema KZR INiG” li turi konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 6ax (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2317) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“6ay.

32018 D 1984: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/1984 tat-13 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-rikonoxximent tas-“Sistema KZR INiG” li turi konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 317, 14.12.2018, p. 25).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1984 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 317, 14.12.2018, p. 25.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top