Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D0370

    Id-Deċiżjoni Nru 73/2021 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tat-8 ta’ Frar 2022 relatata mal-elenkar ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2022/370]

    PUB/2022/123

    ĠU L 69, 4.3.2022, p. 125–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/370/oj

    4.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/125


    ID-DEĊIŻJONI Nru 73/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

    tat-8 ta’ Frar 2022

    relatata mal-elenkar ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2022/370]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b’mod partikulari l-Artikoli 7 u 14;

    Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità skont Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdiedu mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

    2.

    Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, f’termini tal-prodotti u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

    F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka

    James C. SANFORD

    Iffirmata f’Washington, fit-2 ta’ Frar 2022

    F’isem l-Unjoni Ewropea

    Lucian CERNAT

    Iffirmata fi Brussell, fit-8 ta’ Frar 2022


    Hemża A

    Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjuda mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

    IBL-Lab GmbH

    Heinrich-Hertz-Allee 7

    66386 St. Ingbert

    GERMANY

    C.R.E.I. Ven S.c.r.a.l. Centro Ricerca Elettronica Industriale del Veneto

    Corso Spagna 12,

    35127 Padova

    ITALY


    Top