Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D0210

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/210]

    ĠU L 67, 25.2.2021, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/210/oj

    25.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 148/2018

    tas-6 ta’ Lulju 2018

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/210]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “6r.

    32013 R 0813: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).”

    Artikolu 2

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26r (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “26s.

    32013 R 0813: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).”

    Artikolu 3

    It-test tar-Regolament (UE) Nru 813/2013 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top