Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D1452

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2018 tas-27 ta’ April 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/1452]

    ĠU L 340, 15.10.2020, p. 25–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1452/oj

    15.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 340/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 92/2018

    tas-27 ta’ April 2018

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/1452]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-Punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

    (i)

    jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.”;

    (ii)

    jiżdiedu l-adattamenti li ġejjin:

    “(f)

    Referenzi fid-Direttiva għas-setgħat tal-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31g ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

    (g)

    Fl-Artiklu 44(2) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(1), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont kif ikun il-każ,’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ABE’.

    (h)

    Fl-Artikolu 131a(1), il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandhom jiġu sostitwiti bi ‘il-Ftehim ŻEE’ u l-kliem ‘leġiżlazzjoni tal-Unjoni’ għandhom jiġu ssostitwiti b’‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE’.”

    2.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31 (id-Direttiva 2006/49/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31d (id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.”

    3.

    Is-segwenti jiżdied mal-punt 29 a (id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendata bi:

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Fl-Artikolu 15a(1), il-kliem ‘u, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’;

    (b)

    Fl-Artikolu 16:

    (i)

    fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2 u 4, il-kliem ‘l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)’ u l-‘Artikolu 258 TFUE’ għandhom jinqraw ‘l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’;

    (ii)

    fit-tieni sentenza tar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 u fit-tieni sentenza tal-ħames subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘ESMA’.”

    4.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Fl-Artikolu 21(1a), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ’ jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

    (b)

    Fl-Artikolu 22:

    (i)

    fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)’ għandhom jinqraw ‘l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’;

    (ii)

    fit-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘ESMA’.”

    5.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 30 (id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fi u f’konformità mal-punt 31i ta’ dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

    (b)

    Fl-Artikoli 1(6), 7(1) u 50(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘liġi Komunitarja’ għandha tinqara ‘il-Ftehim ŻEE’.

    (c)

    Fl-Artikoli 66(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “liġi Komunitarja” għandha tinqara “dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE”.

    (d)

    Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101(2a), il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont kif ikun il-każ,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘ESMA’.

    (e)

    Fl-Artikolu 102:

    (i)

    fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘leġiżlazzjoni tal-Unjoni’ għandhom jinqraw ‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE’;

    (ii)

    fil-paragrafu 2, il-kliem ‘u, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’;

    (iii)

    fil-punt (d) tal-paragrafu 5, il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.”

    6.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 29d (id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2a u fil-paragrafi 2b u 3 tal-Artikolu 25, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘ESMA’.

    (b)

    Fl-Artikolu 25 (2a), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)’ għandhom jinqraw ‘l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’.”

    7.

    Il-Punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

    (i)

    jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.”

    (ii)

    jiżdiedu l-adattamenti li ġejjin:

    “(c)

    Referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fi u f’konformità mal-punt 31i ta’ dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

    (d)

    Fl-Artikoli 58(5) u 62a(1), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.”

    8.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 31ea (id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0078: Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120), kif ikkoreġuta permezz ta’ ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23.

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    ‘Fl-Artikoli 9a u 12a(1), il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fil-każijiet previsti u f’konformità mal-punti 31g, 31h u 31i fl-Anness IX tal-Ftehim ŻEE,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Kumitat Konġunt’.”

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 170, 30.6.2011, p. 43 u ĠU L 54, 22.2.2014, p. 23, fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ April 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

    (*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top