Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D1440

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2018 tas-27 ta’ April 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/1440]

    ĠU L 340, 15.10.2020, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1440/oj

    15.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 340/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 80/2018

    tas-27 ta’ April 2018

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/1440]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/238 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5′-ribonukleotidi disodiċi, tal-5′-gwanilat disodiku u tal-5′-inosinat disodiku bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/239 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-N-metilantranilat metil u tal-metilantranilat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr l-ispeċijiet tat-tjur (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/240 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ trimetilammina, idroklorur tat-trimetilammina, 3-metilbutilammina għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief it-tiġieġ tal-bajd u 2-metossietil benżen, 1,3-dimetossi-benżen, 1,4-dimetossi-benżen, 1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/241 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-piperin, tat-3-metilindol, tal-indol, tat-2-aċetilpirrol u tal-pirrolidina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/242 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ eż-3(cis)-en-1-ol, non-6-en-1-ol, ott-3-en-1-ol, non-6(cis)-enal, eż-3(cis)-enal, ett-4-enal, aċetat ta’ eż-3(cis)-enil, format ta’ eż-3(cis)-enil, butirat ta' eż-3-enil, eżanoat ta’ eż-3-enil, isobutirat ta’ eż-3(cis)-enil, ċitronellol, (-)-3,7-dimetil-6-otten-1-ol, ċitronellal, 2,6-dimetilett-5-enal, aċidu ċitronelliku, aċetat taċ-ċitronellil, butirat taċ-ċitronellil, format taċ-ċitronellil, propjonat taċ-ċitronellil, 1-etossi-1-(3-eżenilożi)etan, u isovalerat ta’ eż-3-enil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/243 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ 3-idroksibutan-2-one, pentan-2,3-dion, 3,5-dimetil ċiklopentan-1,2-dion, ħeksan-3,4-dion, sek-butan-3-onil aċetat, 2,6,6-trimetilċikloħeks-2-en-1,4-dion u 3-metilnona-2-,4-dion bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/244 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ vanillil aċeton u 4-(4-metossifenil) tal-butan-2-on bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u r-rifjut ta’ 1-feniletan-1-ol (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (8)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/245 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (9)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/246 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (10)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/247 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi 2,4,5-trimetiltijażol, 2-isobutiltijażol, 5-(2-idrossietil)-4-metiltijażol, 2-aċetiltijażol, 2-etil-4-metiltijażol, 5,6-diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina u kloridrat tat-tijamina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (11)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/248 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi 2,3-dietilpirażina, 2,5 jew 6-metossi-3-metilpirażina, 2-aċetil-3-etilpirażina, 2,3-dietil-5-metilpirażina, 2-(sek-butil)-3-metossipirażina, 2-etil-3-metossipirażina, 5,6,7,8-tetraidrokwinoksalina, 2-etilpirażina u 5-metilkwinoksalina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (12)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/249 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi tawrina, beta-alanina, L-alanina, L-arġinina, L-aċidu aspartiku, L-istidina, D,L-isolewċina, L-lewċina, L-fenilalanina, L-prolina, D,L-serina, L-tirożina, L-metijonina, L-valina, L-ċisteina, gliċina, glutamat tal-monosodju u L-aċidu glutamiku bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali u s-sustanza monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina għall-ispeċijiet kollha għajr il-qtates u l-klieb (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (13)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/250 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi metil 2-furoat, bis-(2-metil-3-furil) disulfur, furfural, alkoħol furfuriliku, 2-furanmetantijol, S-furfuril aċetotijoat, difurfuril disulfur, metil furfuril sulfur, 2-metilfuran-3-tijol, metil furfuril disulfur, metil 2-metil-3-furil disulfur u furfuril aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (14)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (15)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 238 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2325) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “239.

    32018 R 0238: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/238 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5′-ribonukleotidi disodiċi, tal-5′-gwanilat disodiku u tal-5′-inosinat disodiku bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 1).

    240.

    32018 R 0239: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/239 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-N-metilantranilat metil u tal-metilantranilat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr l-ispeċijiet tat-tjur (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 9).

    241.

    32018 R 0240: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/240 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ trimetilammina, idroklorur tat-trimetilammina, 3-metilbutilammina għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief it-tiġieġ tal-bajd u 2-metossietil benżen, 1,3-dimetossi-benżen, 1,4-dimetossi-benżen, 1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 14).

    242.

    32018 R 0241: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/241 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-piperin, tat-3-metilindol, tal-indol, tat-2-aċetilpirrol u tal-pirrolidina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 27).

    243.

    32018 R 0242: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/242 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ eż-3(cis)-en-1-ol, non-6-en-1-ol, ott-3-en-1-ol, non-6(cis)-enal, eż-3(cis)-enal, ett-4-enal, aċetat ta' eż-3(cis)-enil, format ta' eż-3(cis)-enil, butirat ta' eż-3-enil, eżanoat ta' eż-3-enil, isobutirat ta' eż-3(cis)-enil, ċitronellol, (-)-3,7-dimetil-6-otten-1-ol, ċitronellal, 2,6-dimetilett-5-enal, aċidu ċitronelliku, aċetat taċ-ċitronellil, butirat taċ-ċitronellil, format taċ-ċitronellil, propjonat taċ-ċitronellil, 1-etossi-1-(3-eżenilożi)etan, u isovalerat ta' eż-3-enil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 36).

    244.

    32018 R 0243: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/243 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' 3-idroksibutan-2-one, pentan-2,3-dion, 3,5-dimetil ċiklopentan-1,2-dion, ħeksan-3,4-dion, sek-butan-3-onil aċetat, 2,6,6-trimetilċikloħeks-2-en-1,4-dion u 3-metilnona-2-,4-dion bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 69).

    245.

    32018 R 0244: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/244 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' vanillil aċeton u 4-(4-metossifenil) tal-butan-2-on bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u r-rifjut ta’ 1-feniletan-1-ol (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 81).

    246.

    32018 R 0245: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/245 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 87).

    247.

    32018 R 0246: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/246 tal-15 ta’ Frar 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tal-linalol bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 105).

    248.

    32018 R 0247: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/247 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi 2,4,5-trimetiltijażol, 2-isobutiltijażol, 5-(2-idrossietil)-4-metiltijażol, 2-aċetiltijażol, 2-etil-4-metiltijażol, 5,6-diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina u kloridrat tat-tijamina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 109).

    249.

    32018 R 0248: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/248 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi 2,3-dietilpirażina, 2,5 jew 6-metossi-3-metilpirażina, 2-aċetil-3-etilpirażina, 2,3-dietil-5-metilpirażina, 2-(sek-butil)-3-metossipirażina, 2-etil-3-metossipirażina, 5,6,7,8-tetraidrokwinoksalina, 2-etilpirażina u 5-metilkwinoksalina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 120).

    250.

    32018 R 0249: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/249 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi tawrina, beta-alanina, L-alanina, L-arġinina, L-aċidu aspartiku, L-istidina, D,L-isolewċina, L-lewċina, L-fenilalanina, L-prolina, D,L-serina, L-tirożina, L-metijonina, L-valina, L-ċisteina, gliċina, glutamat tal-monosodju u L-aċidu glutamiku bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali u s-sustanza monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina għall-ispeċijiet kollha għajr il-qtates u l-klieb (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 134).

    251.

    32018 R 0250: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/250 tal-15 ta’ Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi metil 2-furoat, bis-(2-metil-3-furil) disulfur, furfural, alkoħol furfuriliku, 2-furanmetantijol, S-furfuril aċetotijoat, difurfuril disulfur, metil furfuril sulfur, 2-metilfuran-3-tijol, metil furfuril disulfur, metil 2-metil-3-furil disulfur u furfuril aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali (ĠU L 53, 23.2.2018, p. 166).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/238, (UE) 2018/239, (UE) 2018/240, (UE) 2018/241, (UE) 2018/242, (UE) 2018/243, (UE) 2018/244, (UE) 2018/245, (UE) 2018/246, (UE) 2018/247, (UE) 2018/248, (UE) 2018/249 u (UE) 2018/250 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ April 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 1.

    (2)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 9.

    (3)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 14.

    (4)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 27.

    (5)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 36.

    (6)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 69.

    (7)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 81.

    (8)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 87.

    (9)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 105.

    (10)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 109.

    (11)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 120.

    (12)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 134.

    (13)   ĠU L 53, 23.2.2018, p. 166.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top