Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0081

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/81]

    ĠU L 26, 30.1.2020, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/81/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/60


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 64/2018

    tat-23 ta’ Marzu 2018

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/81]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2014 tat-3 ta’ Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta’ kapital ta’ riskju Ewropej (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014 tat-3 ta’ Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bcai (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042 tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

    “31bd.

    32013 R 0345: Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/(i)’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

    (b)

    Fl-Artikoli 22 u 23, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘AETS’.

    (c)

    Fl-Artikolu 23(2), il-kliem ‘liġijiet oħra tal-Unjoni’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ŻEE’.

    (d)

    Fl-Artikolu 24, il-kliem ‘lill-AETS, li’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘lill-AETS. lill-AETS jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.

    31bda.

    32014 R 0593: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2014 tat- 3 ta’ Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta’ kapital ta’ riskju Ewropej (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 41).

    31be.

    32013 R 0346: Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠUL 115, 25.4.2013, p. 18).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/(i)’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

    (b)

    Fl-Artikoli 23 u 24, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘AETS’.

    (c)

    Fl-Artikolu 24(2), il-kliem ‘liġijiet oħra tal-Unjoni’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ŻEE’.

    (d)

    Fl-Artikolu 25, il-kliem ‘lill-AETS, li’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘lill-AETS. lill-AETS jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.

    31bea.

    32014 R 0594: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014 tat-3 ta’ Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 44).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) 346/2013 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2014 u (UE) Nru 594/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1.

    (2)  ĠU 115, 25.4.2013, p. 18.

    (3)  ĠU 165, 4.6.2014, p. 41.

    (4)  ĠU 165, 4.6.2014, p. 44.

    (*1)  Ma hemm l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top