This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020D0060
Decision of the EEA Joint Committee No 43/2018 of 23 March 2018 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2020/60]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/60]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/60]
ĠU L 26, 30.1.2020, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 43/2018
tat-23 ta’ Marzu 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/60]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1347 tat-13 ta’ Lulju 2017 li jikkoreġi d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011) u 45zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32017 R 1347: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1347 tat-13 ta’ Lulju 2017 (ĠU L 192, 24.7.2017, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1347 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 192, 24.7.2017, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.