Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0053

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/53]

    ĠU L 26, 30.1.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/53/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 36/2018

    tat-23 ta’ Marzu 2018

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/53]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2316 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2316 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 6 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ZEE huwa mħassar:

    Artikolu 2

    It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2316 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 78.

    (2)  ĠU L 80, 25.3.1992, p. 33.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top