Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0215

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakolitekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2019/215]

    ĠU L 36, 7.2.2019, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/215/oj

    7.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/65


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 103/2017

    tal-5 ta' Mejju 2017

    li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakolitekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2019/215]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2147 tas-7 ta' Diċembru 2016 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2016 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni ta' vitikultura kollha tal-Ungerija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    Il-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiżdiedu wara l-punt 14 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2014) tal-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:

    “15.

    32016 R 2147: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2147 tas-7 ta' Diċembru 2016 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2016 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni ta' vitikultura kollha tal-Ungerija (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 30).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2147 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 333, 8.12.2016, p. 30.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top