Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0199

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE [2019/199]

    ĠU L 36, 7.2.2019, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/199/oj

    7.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 87/2017

    tal-5 ta' Mejju 2017

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE [2019/199]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2045 tas-L-Erbgħa, 23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza gamitromiċin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2074 tal-25 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza saliċilat tal-aluminju, bażiku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32016 R 2045: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2045 tal-L-Erbgħa, 23 ta' Novembru 2016 (ĠU L 318, 24.11.2016, p. 3),

    32016 R 2074: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2074 tal-Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru 2016 (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 29).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2045 u (UE) 2016/2074 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 318, 24.11.2016, p. 3.

    (2)  ĠU L 320, 26.11.2016, p. 29.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top