Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0195

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/195]

    ĠU L 36, 7.2.2019, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/195/oj

    7.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 83/2017

    tal-5 ta' Mejju 2017

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/195]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Direttiva 2014/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/110/KE relatata mal-għasel (2) is to be incorporated into the EEA Agreement.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 86 (ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “86a.

    32013 R 1337: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19).”

    2.

    Dan li ġej jiġi miżjud mal-punt 54zo (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE):

    “, kif emendat bi:

    32014 L 0063: Id-Direttiva 2014/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1337/2013 u tad-Direttiva 2014/63/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19.

    (2)  ĠU L 164, 3.6.2014, p. 1.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top