Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0189

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/189]

    ĠU L 36, 7.2.2019, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/189/oj

    7.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 77/2017

    tal-5 ta' Mejju 2017

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/189]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/173 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 and Enterococcus faecium CECT 4515 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ZEE.

    (2)

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187 tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ZEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/194 tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/210 tas-7 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/211 tas-7 ta' Frar 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott minn Bacillus subtilis (LMG-S 15136) bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 1206/2005, u (KE) Nru 322/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 516/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Beldem, diviżjoni ta' Puratos NV) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/219 tat-8 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/211 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 (7) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (9)

    L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zs (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004), 1zzn (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2005) u 1zzzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009):

    “—

    32017 R 0211: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/211 tal-It-Tlieta, 7 ta' Frar 2017 (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 23).”

    2.

    Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 189 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/66):

    “190.

    32017 R 0173: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/173 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515 (ĠU L 28, 2.2.2017, p. 5).

    191.

    32017 R 0187: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187 tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG) (ĠU L 29, 3.2.2017, p. 35).

    192.

    32017 R 0194: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/194 tat-3 ta' Frar 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 18).

    193.

    32017 R 0210: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/210 tas-7 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 19).

    194.

    32017 R 0211: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/211 tas-7 ta' Frar 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott minn Bacillus subtilis (LMG-S 15136) bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 1206/2005, u (KE) Nru 322/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 516/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Beldem, diviżjoni ta' Puratos NV) (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 23).

    195.

    32017 R 0219: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/219 tat-8 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 18).”

    3.

    It-test tal-punt 1zzzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007) jitħassar.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/173, (UE) 2017/187, (UE) 2017/194, (UE) 2017/210, (UE) 2017/211 u (UE) 2017/219 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 28, 2.2.2017, p. 5.

    (2)  ĠU L 29, 3.2.2017, p. 35.

    (3)  ĠU L 31, 4.2.2017, p. 18.

    (4)  ĠU L 33, 8.2.2017, p. 19.

    (5)  ĠU L 33, 8.2.2017, p. 23.

    (6)  ĠU L 34, 9.2.2017, p. 18.

    (7)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top