Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0442

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/442]

    ĠU L 80, 22.3.2018, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/442/oj

    22.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 80/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 184/2016

    tat-23 ta’ Settembru 2016

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/442]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/672 tad-29 ta’ April 2016 li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/678 tad-29 ta’ April 2016 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika mqiegħed ġo kuxxinett imqiegħed fis-suq biex ikeċċi l-baħrijiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 17 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/9) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “18.

    32016 R 0672: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/672 tad-29 ta’ April 2016 li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 (ĠU L 116, 30.4.2016, p. 3).

    19.

    32016 D 0678: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/678 tad-29 ta’ April 2016 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika mqiegħed ġo kuxxinett imqiegħed fis-suq biex ikeċċi l-baħrijiet (ĠU L 116, 30.4.2016, p. 37).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2016/672 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/678 fil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Bergdís ELLERTSDÓTTIR


    (1)  ĠU L 116, 30.4.2016, p. 3.

    (2)  ĠU L 116, 30.4.2016, p. 37.

    (*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top